It-Tnejn, 2 ta' Mejju, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 
 
 L-Awstralja tbexxaq il-bieb
 

 L-Awstralja donna qed tbexxaq il-bieb fejn jidhlu iktar emigranti. Mhux facli li tifhem kif nazzjon bhal dan b’popolazzjoni ta’ madwar 20 miljun biss jista’ jkompli jghix b’popolazzjoni tant zghira meta jokkupa tant medda kbira ta’ art. Il-Ministru Federali ta’ l-Immigrazzjoni s-Senatur Amanda Vanstone habbret li se jkun hemm zjieda ta’ madwar 20,000 post fejn jidhlu dawk l-emigranti li jigu accettati bhala nies tas-sengha. Dan ifisser li n-numru se jizdied ghal 97,500. Izda l-Ministru qalet ukoll li hemm bzonn ta’ hafna haddiema fil-qasam agrikolu specjalment dawk li jmorru jaqtghu l-frott skond l-istaguni. Tant hemm nuqqas li l-Ministru qalet li l-“back-packers” li jqattghu tlett xhur jahdmu fil-qasam tal-harvesting jistghu jigu moghtija visa iktar fit-tul. Il-Ministru qalet ukoll li dawk li jidhlu l-Awstralja fuq visa bhala nies tas-sena u jmorru fir-regjuni desinati ghal sentejn jistghu jigu moghtija viza permanenti.

 

Il-Gvern Federali qieghed jinduna li hawn nuqqas serju ta’ nies tas-senghau b’din id-decizzjoni jista’ b’xi mod jghin iktar malajr il-prodottivita’ nazzjonali. Il-Ministru qalet li huma dawk li jhaddmu li jridu jiddeciedu lil min iridu u fejn ghandhom l-iktar bzonn. In-numru ta’ haddiema tas-sengha li jidhlu fl-Awstralja ilu jikber mit-34,600 fis-sena 1997-98 sa kemm illum sar 97,500.

Izda l-ACTU (Australian Council of Trade Unions) hargu jattakkaw lil Gvern Federali ghax huma qed jghidu lil ghal dawn l-ahhar tlett snin kienu qed jitolbuh biex ikabbar it-tahrig ta’ l-appredisti ghal 20,000 izda l-Gvern Federali baqa’ ma ghamel xejn. Ma ghamel xejn mis-sena 1996 u b’hekk illum sab quddiemu nuqqas serju ta’ haddiema tas-sengha. Skond l-ACTU l-ghajta tal-Ministru Vanstone hija wahda sfurzata ghax soluzzjoni ta’ malajr mhux se ssolvi l-problemi fin-nuqqas ta’ tahrig ghall-iktar apprendisti.

 

Is-Senatur Amanda Vanstone

Sa dan it-tant fuq naha ohra kontroversali, il-Gvern Federali permess ta’ l-istess Ministru Vanstone qal li mhux se jkabbar id-dhul fil-programm umanitarju ghax dan se jibqa total ta’ 13,000 fis-sena. Il-Gvern qal li se jaccetta 6,000 refugjat u 7,000 taht l-iskema ta’ special humanitarian and protection visa. Il-Ministru Vanstone qalet li fis-sena 2003-04 l-Awstralja harget 13,851 visa lir-refugjati u 85% minn dawn hargu minn barra l-Awstralja (offshore).

 
 
 Iktar dwar il-klassijiet tal-Malti
 

Ftit ilu Victor Vella zar il-klassijiet tal-Malti f'Horsley Park, NSW. Victor huwa l-awtur tas-serje ta' kotba li juzaw l-ghalliema u l-istudenti li jkunu qeghdin jistudjaw ghall-ezamijiet ta' l-iSchool Certificate u l-Higher School Certificate fil-Malti, 2U Continuers.

F'Horsley Park hemm tliet klassijiet, li huma lkoll bi studenti ta' livelli differenti. Ghalhekk l-ghalliema jridu jkunu ppreparati sewwa ghall-gruppi varjati f'dawn il-klassijiet. Fl-istess hin, huma jzommu l-klassi bhala entità wahda billi parti mill-lezzjoni tkun tikkonsisti fi 'brainstorm' ta' xi suggett / tema, li jkunu jistghu jippartecipaw fiha l-istudenti kollha, huma ta' liema livell huma.

Il-klassijiet u l-ghalliema huma dawn: Juniors, li tghallimhom Mary Debono; klassi ta' l-ezamijiet School Certificate, Preliminary u HSC li tghallimhom Maria De Carlo; u klassi ghall-adulti tal-bidu u intermediate li tghallimhom Lucy Calleja, il-Principal ta' l-iskola. Minn din il-klassi, generalment, johorgu studenti adulti li, wara numru ta' snin jattendu l-klassijiet, jaraw li lahqu livell tajjeb biex jibdew jersqu ghall-ezamijiet formali tal-Malti.

B'hekk il-‘Board of Studies’ ikollu kandidati biex il-Malti jibqa' jkun offrut bhala    suggett    ghall-HSC.    Ukoll,   il-

Victor Vella

 

F'dan ir-ritratt jidher Victor Vella fuq ix-xellug ma' xi studenti u teachers tal-Malti f'Horsley Park NSW.

Klassi tal-juniors f'Horsley Park NSW imexxija minn Mary Debono

komunita' Maltija tkun tista' trawwem generazzjoni ta' tradutturi u interpreti biex jaqdu l-htigijiet ta' komunità li qieghda dejjem tixjieh.
 
Ir-ritratti juru Victor Vella, (li f' Settembru li ghadda, l-Ghaqda Kulturali Maltija ta' NSW onoratu bl-Award Kulturali), qed jitkellem ma' whud mill-istudenti li jattendu dawn il-klassijiet. F' certi hinijiet kien hemm studenti f' kamra ohra ghax kienu   qed    jiktbu    'assessment   task'

 

bhala parti importanti mill-preparazzjoni taghhom ghall-HSC.
 
Dan ix-xoghol isir ukoll fil-klassi tal-Malti f' Seven Hills, is-Saturday School of Community Languages, fejn jghallem Charles Galea li jigu hu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni ta’ Malta, Dr Louis Galea..
L-iSkola tal-Malti fi NSW, hi taqsima ufficcjali tal-Kunsill Malti, u approvata u ko-sponsorjata mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u Tahrig ta' NSW.

 
 
 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Lingwa Maltija
 

 Il-Ministru Dr Louis Galea ghadu kemm habbar l-ismijiet ta’ dawk li se jservu fil-Kunsill Nazzjonali tal-Lingwa Maltija. Fosthom innutajt ismijiet tassew prominenti minn diversi sessjonijiet ta’ l-akkademja Maltija u bnadi ohra. F’dawn in-nahat tad-dinja hawn thassib kbir dwar kemm jista’ jkun efficjenti dan il-Kunsill fejn jidhol it-tixrid tal-lingwa Maltia barra x-xtut Maltin. Il-Ministru Galea li gie l-Awstralja kemm-il darba u ghandu konnessjonijiet qrib ferm ma’ l-Awstralja naqas li jahtar membri b’esperjenza qawwija mal-Maltin ta’ barra.

Il-Ministru jaf sewwa kemm qeghdin isiru sforzi kbar biex il-komunita’ Maltija ta’ barra, minghajr l-ghajnuna tal-Gvern Malti qed tahdem biex izomm haj l-lingwa Maltija. L-isforzi huma enormi. Hija hasra li l-Gvern Malti jisma’ biss l-opinjoni ta’ xi membri tal-komunita’ li jinzlu Malta u ghall-skopijiet ulterjuri joffru biss argumenti negattivi. Hija tassew hasra. Minn Dr Louis Galea stennejt hafna iktar. Naf li jaf li tul is-snin kbar ilna nahdmu ghall-emigranti. F’dawn iz-zmenijiet tant difficli ma ghandux jabbandunana.

 

Il-Ministru Dr Louis Galea

Lill-Membri mahtura tal-Kunsill Nazzjonali nappellalhom biex ma jinsew qatt il-bzonnijiet ta’ dawk li ma jghixux Malta ghalkemm naf sewwa li quddiemhom ghandhom gholjiet kbar x’jitilghu f’pajjizna stess.

 

 
 Lejla Muziko-letterarja
 

 Ftit ilu, fic-Centru Malti, La Valette fi Blacktown NSW giet organizzata lejla letterarja muzikali li fiha gew onorati zewg Maltin, Valentin V. Barbara li ghalaq 85 sena u Dr George Boffa li ghandu kemm gie onorat fl-ghotja ta’ l-Australian Medal. Sfortunatament it-tnejn ma setghux jattendu. Valentin Barbara jinsab marid u Dr Boffa kien jinsab imsiefer.
 
Fl-istess lejla sar it-tberika tal-plakek li twahhlu mal-monument li issa sar parti ntegrali minn dan ic-centru.Fost l-ahhar plakki li twahhlu kien hemm l-ismijiet ta’ l-ghaqdiet Maltin f’NSW.
 
Inqraw diversi poeziji xogholijiet ta’ Frank Zammit, George Chetcuti, Valentin Barbara, Dr George Boffa u Gejtu Pace.

 

Il-lejla ikkomemorat ukoll is-26 anniversarju ta’ Jum il-Helsien b’diskors minn Gejtu Pace u poeziji ta’ Frank Zammit u Ruzar Briffa.

Hadet sehem ukoll Our Lady Queen of Peace Maltese Band taht id-direzzjoni tas-surmast B. Zammit u l-kor tac-centru taht it-tmexxija ta’ Victor Florida.

Fis-serata inqraw poeziji minn Frank Zammit, Augustine J. Borg u Joseph Zerafa. Sintendi kien hemm diskorsi mill-President tac-Centru, Gejtu Pace u minn Frank Zammit li kien il-mohh wara din il-lejla. Tkellmu wkoll Carmen Camilleri li tigi oht u Agnes Barbara, il-mara ta’ l-istess Valentin Barbara. Mexxiet il-lejla il-Vici President tac-Centru, Antoinette Caruana.

 
 

 Din il-gimgha thabbret il-mewt ta’ Al Grassby, ta’ 78 sena, l-ex-Ministru ta’ l-Immigrazzjoni fil-Gvern Federali ta’ Gough Whitlam mill-1972 sal-1974. Al Grassby huwa meqjus bhala l-instigatur tal-multikulturalizmu fl-Awstralja u kien hu li holoq l-istazzjoni tar-radju u t TV SBS. Nikteb dwaru gimgha ohra.
 
 Fl-istess jum miet ukoll Sir Joh Bjelke-Petersen eks Premier ta’ l-iStat ta’ Queensland u l-iktar wiehed li dam iservi f’din il-kariga. Huwa kellu 92 sena. Fi zmienu kien hemm inkjesta serja dwar korruzzjoni rampanti fl-iStat ta’ Qld li fiha gie mplikat Sir Joh ukoll.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2005 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.