|
Jum l-ANZAC |
|
|
|
Illum
tahbat l-Anzac Day, jigifieri jum ta’ btala ma’ l-Awstralja kollha,
jum meta l-poplu ta’ dan il-pajjiz jiftakar u jfakkar lil dawk li
kienu ngaggati mal-forzi armati fil-gwerrer. ANZAC tfisser
Australian & New Zealand Army Corps. Ghadd ta’ Maltin li servew
fil-gwerrer jiehdu parti tista’ tghid f’kull belt ta’ l-Awstralja u
hafna minnhom jimmarcjaw ukoll taht il-bandiera Maltija. Il-Gwerra
l-Kbira rat movement qawwi ta’ suldati Awstraljani jigu mibghuta
jiggieldu ghall-Imperu fl-Ewropa. Kienet participazzjoni inormita’
meta thares lejha mil-lenti tal-lum.

Fl-1941, l-Awstralja kellha popolazzjoni ta’ 4,870.325 biss.
Madankollu wiehed minn kull 12 ingagga ruhhu fis-servizzi militari.
331,781 Awstraljan gew mibghuta jiggieldu barra pajjizhom. Wiehed
minn kull hamsa jigfieri madwar 66,000 sfaw maqtula u qatt izjed ma
raw l-Awstralja.

F’dak iz-zmien, Malta kienet maghrufa bhala "The Nurse of the
Mediterranean" ghax serviet bhala
|
|
 |
|
Suldati jinzlu fl-Anzac Cove, 25 ta' April 1915 |
 |
|
sptar ghal dawk il-feruti
tal-forzi allejati li ngabu Malti bl-eluf. Bhala rizultat, hemm
midfuna fic-cimiterju militari tal-Pieta Malta, 229 Awstraljan u 79
minn New Zealand vittmi tal-Gwerra l-Kbira. |
|
|
Din hija wahda mill-hafna ragunijiet ghaliex ir-relazzjonijiet bejn
Malta u l-Awstralja huma tant ibbazati fuq sisien taz-zonqor. |
 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Memorji tal-Papa fl-Awstralja |
|
|
|
Meta
fid-dinja jigri xi avveniment eccezzjonali li jolqot direttament
lil hafna minn pajjizi differenti dejjem tistenna li se johrogu
xi stejjer persunali, xi nostalgija. Hekk gara fil-kaz tal-mewt
tal-Papa Pollakk, Gwanni Pawlu t-Tieni. Kienu hafna dawk li
kitbu u tkellmu dwar kif dan il-mahbub raghaj tad-dinja
Kattolika missilhom hajjithom.
F’wahda mill-gazzetti distrettwali “The Advertiser” li tohrog
kull gimgha fin-nahat ta’ Parramatta, Yvonne Attard mart Charles
minn Girraween NSW qalet l-istorja taghha meta l-Papa zar
il-fabbrika Transfield fin-nahat ta’ Seven Hills fl-ewwel zjara
tieghu fl-Awstralja fl-1986. Yvonne flimkien maz-zewgt itfal
taghha Monique u Simone kienu fl-ewwel ringiela fost il-folla.
F’mument li qatt ma tista’ tinsa’ Yvonne tiddiskrivi kif il-Papa
resaq lejhom direttament u pogga idejh fuqha "Hassejt kull xorta
ta’ emozzjoni, gismi qamli xewk xewk. Binti Monique li dak
iz-zmien kellha biss 16-il sena poggiet idejha ma’ ghonq il-Papa
u ghanqitu." qalet Yvoone. It-tifla l-ohra Simone li kellha
11-il sena wkoll kellmet il-Papa meta dan iltaqa’ mal-haddiema
tal-fabbrika Transfield f’Seven Hills. Yvonne Attard tigi oht
il-Mro Charles Camilleri, il-maghruf muzicista Malti.

Grajja ohra eccezzjonali hija mahzuna fil-memorja ta’ Marlene
Dimech minn Greystanes f’NSW. Hija giet mitluba biex tkanta mal-kor
fl-okazzjoni tal-beatifikazzjoni ta’ Mary MacKillop waqt
iz-zjara tal-Papa Gwanni Pawlu fil-korsa tat-tigrija f’Randwick
NSW. Din kienet it-tieni zjara tal-Papa fl-Awstralja li sehhet
fid-19 ta’ Jannar 1995. Meta kienu qeghdin isiru l-provi tal-kor,
Marlene giet mitluba wkoll biex tirrapprezenta lil Malta waqt
ceremonja specjali li kellha |
|
 |
|
Il-Papa Gwanni Pawlu waqt quddiesa f'Randwick NSW.
Marlene Dimech tidher fuq ix-xelluq wara l-mejda |
 |
|
Yvonne
Attard bir-ritratt ta' bintha Monique meta ltaqet mal-Papa
fl-1986. |
| |
|
ssir waqt il-quddiesa. Marlene kellha tkun wahda minn
fost disa’ ohra li kienu libsin
il-kostumi ta’ pajjizhom bhala simbolu tal-multikulturalizmu li
thaddan l-Awstralja. L-ghaxar persuni maghzula resqu lejn
il-palk u telghu it-tarag gholi sa kemm waslu quddiem il-Papa |
|
Gwanni Pawlu t-Tieni. Marlene Dimech tiddiskrivi dan il-mument
bhala wiehed mill-iktar memorabbli ta’ hajjitha ghax kienet
tammira ferm il-qdusija u l-gentilezza tal-Papa. Din l-okazzjoni
unika gabitha vicin ferm tieghu f’jum storiku ghall-Awstralja
Kattolika. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Biddel hajtu |
| |
|
Mill-ewwel
jghidlek li kien serva tlett snin habs wara li kien
nstab hati b’serq bl-armi izda l-espert tal-martial art,
Michael Cutajar ta’ 36 sena jghidlek ukoll kif f’dawn l-ahhar
ghaxar snin mhux biss biddel il-mod ta’ hajtu izda
rnexxilu jiggradwa bhala Bachelor of Science
fil-psikologija mill-Universita’ ta’ Wollongong NSW.
Ghalkemm twieled u trabba
l-Awstralja izda hu kburi bid-demma Malti li ghandu
jigri fil-vini tieghu. Huwa kien irrapprezenta lil Malta
fil-Judo fil-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar tal-Mediterran
f’2001 f’San Marino.
Michael beda jinteressa ruhu fil-judo fl-1976 meta
nghaqad ma’ klabb ta’ Berkeley (nahat ta’ Wollongong).
Ried il-flus malajr biex jikkompeti u sfortunatament
ghazel triq hazina, serqa minn kumpanija tas-sigurta
f’Wollongong fl-1995. Spicca l-habs. |
|
Michael hu wiehed miz-zewgt itfal ta’ Joseph Cutajar
mill-Isla u Sussan, Ingliza mil-Liverpool. Joseph emigra
ghall-Awstralja meta kellu biss ghaxar snin, fuq
il-vapur Skaburyn li kien inharaq u ghereq fi triqtu
lejn l-Awstralja.
F’Novembru 2004 Michael rebah il-kampjunat fil-Heavyweight
Xtreme Fighting fi Queensland.
Fi Frar ta’ dis-sena fil-Gold Coast, l-Awstralja fl-istess
divizzjoni l-glieda tieghu kontra Brad Morris kella tigi
mwaqqfa meta t-tabib ddikjara li Michael kiser kustilja.
Michael Cutajar dam champion ta’ l-Awstralja fl-Extreme
Fighting ghal hames snin shah.
Dan il-Malti fil-prezent qieghed jghallem il-Judo
ghas-sigurta persunali u qieghed ukoll jikteb ktieb dwar
dan l-isport. |
|
|
|
 |
|
Michael Cutajar |
| |
|
Michael Cutajar li jidher f’dan ir-ritratt fil-jum
tal-gradwazzjoni jixtieq li jerga’ jirrapprezenta lill-Malta
fil-qasam tal-judo u qieghed f’kuntatti mal-MOC. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Zewg kazijiet ta’ Mewt |
|
|
|
Melita
Borg ta’ 78 sena, omm ta’ sitta u nanna ta’ tmienja mietet f’daqqa
wahda wara li dahlet b’pulmonija fil-Monash Medical Centre ta’
Melbourne. Din il-Maltija kienet mistennija li tghaddi ghall-ahjar
fi ftit jiem izda allegatament instabet b’rasha fil-hadid tas-sodda.
Jinghad li sfat fgata wara li waqghet. Il-Coroner gie msejjah biex
jinvestiga din il-mewt mhux mistennija wara li l-pulizija gew
mgharrfa. Saret quddiesa ghar-ruhha fil-knisja ta’ St John Vianney,
Mulgrave u d-difna saret f’The Necropolis, Springvale Victoria.

Skond il-Medical Centre kien hemm tlett nurses ghat-22 sodda fejn
kienet Melita Borg u ghalhekk kellha kura adekwata. Izda
|
 |
|
Veronica (ritratt zghir). It-tifel Tony u zewgha Victor. |
|
|
l-Gvern
Statali gie akkuzat li dan kien kawza ta’ nuqqas ta’ flus u
staff u ghalhekk hemm bzonn ta’ nvestigazzjoni bil-miftuh.
Veronica
Bonello ta’ 69 sena soffriet attakk f’qalbha fit-triq principali
tal-belt ta’ Blacktown. In-nies ippruvaw jaghtuha l-ewwel
ghajnuna waqt li cemplu ghal ambulanza izda jinghad li l-ambulanza
damet biex waslet 30 minuta meta l-isptar ta’ Blacktown huwa
biss xi hames minuti l-boghod. Veronica mietet ftit wara li
waslet l-isptar.

Skond binha Tony kien ikun ehfef kieku lil ommu
haduha l-isptar b’karozza normali. Ir-ragel taghha Victor qal li
ma jistghax jghid x’kien jigri kieku l-ambulanza waslet qabel.
Hawn ukoll is-sistema l-gdida ta’ NSW Ambulance Service giet
ikkritikata. |
|
|
|
|
|
|
|
Kont
taf li l-Awstraljani taw $280 miljun lill-vittmi tat-tsunami izda
issa l-appelli ghal dawn il-vittmi kwazi waqfu kollha. Dan l-ammont
ma jinkludix madwar biljun dollar ohra moghtija mill-Gvern Federali
Awstralja. |
|
|
|
|
|