|
Il-Gimgha l-Kbira f’Melbourne u
Sydney |
|
|
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050418_GoodFriday2.jpg |
|
|
Centurjuni jimxu quddiem il-Banda Maltija, Our Lady Queen of
Peace |
 |
|
Bdiet hierga l-purcissjoni li titmexxa b’qima u
devozzjoni. Kien hemm il-Kor ta’ l-Ghaqda Kulturali
Maltija ta’ NSW u l-Banda Maltija, Our Lady Queen of
Peace waqt li tlett prezentaturi bdew jaqraw kummenti
mall-harga ta’ kull statwa.
Fin-naha l-ohra ta’ Melbourne, skond il-President ta’ l-Ghaqda
tal-Gimgha l-Kbira, Lewis Strafrace it-temp
kien ukoll ta’ thassib tant li seta’ zamm xi nies milli
jattendu izda fil-mumenti propji flok
sajjetti tfaccat ix-xemx u ghal 21 sena
konsekuttiva harget il- |
|
purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira
quddiem eluf ta’ nies li ngabru mat-toroq ta’
St Albans. Ghall-ewwel darba kien hemm
il-kustumi tas-suldati Lhud li waslu minn Malta ftit
jiem biss qabel il-funzjoni.
Din kienet sena ohra fejn il-Maltin ta’ l-Awstralja
zammew it-tradizzjonijiet li gabu maghhom minn Malta.
Hafna jghidulek li dak li jigi pprezentat f’dawn
iz-zewgt ibliet huwa ta’ livell ferm gholi li jhabbatha
mal-purcissjonijiet li jsiru f’Malta fil-Gimgha l-Kbira. |
|
|
|
 |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050418_GoodFriday1.jpg |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050418_GoodFriday3.jpg |
|
|
Xena ohra mill-purcissjoni f'Horsley Park NSW |
|
Parti zghira mill-folla
kbira li attendiet ghall-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira
f'Horsley Park f'Sydney NSW. |
|
|
|
|
|
|
|
|
Laqgha annwali tal-AMCC f’Sydney |
|
|
|
Fil-laqgha
annwali generali tal-Kamra tal-Kummerc Awstraljana-Maltija (
AMCC ) li saret fl-ufficcju tal-kumpanija PCS Australia
f’Granville NSW gie elett dan il-kumitat:
|
President
Vici President |
Syd Borg ta' PCS Australia.
Victor Gauci ta' KBA Europe. |
|
Segretarju |
Joe Borg ta' UBEECO Packaging Solutions. |
|
Tezorier |
George Doublesin ta' Control Supplies. |
|
Membri tal-Kumitat |
Joe Cauchi ta' Ablec Trading Electrical Wholesalers. |
| |
Joe Attard ta’ Sydney Envelopes.
Paul Sant ta’ Cluff & Sant ( Avukati ).
Franco Farrugia tal-Bank of Valletta.
Charles Hili ta’ Gato’s Pastizzi.
John Gavin Bonello. |
|
|

Il-President, Syd Borg, ghamel ghadd ta’ ringrazzjamenti
fosthom lir-returning officer, Joanna Pisani, Konslu
Generali, talli mexxiet l-elezzjoni, lil Joe Cauchi li
ghall-ahhar sentejn kellu l-kariga ta’ kaxxier izda din is-sena
hareg ghall-pozizzjoni ta’ membru tal-kumitat wkoll lil
Harry Calleia ta' Creditcorp u Edwin Stabile ta’ TAC
Consulting li din is-sena ma hargux ghall-kumitat. Ta merhba
wkoll liz-zewg membri godda, Paul Sant u John Gavin Bonello.

Wara l-elezzjoni tkellem il-'guest speaker', Ben Sammut,
ex-player tar-Rugby League mall-‘Cronulla Sharks’. Dan
tkellem dwar il-karriera tieghu go Sydney u fl-Ingilterra
mat-team ta’ Hull. Ben Sammut issa ghandu n-negozju tieghu
ta’ ‘personal trainer’ u huwa wkoll il-kaptan tat-team
tar-Rugby |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050418_AlfredFenech.jpg |
|
|
Alfred
Fenech |
|
|
Malti, Malta Knights.

Hawn wasal iz-zmien biex il-President, Syd Borg, jaghti
rapport dwar dak li rnexxielha taghmel il-Kamra matul is-sena.
Minbarra hafna attivitajiet bhal ‘business lunches’ u l-introduzzjoni
tal-web site li ssibuha fuq
www.amcc.org.au huwa
rrapporta zieda sostanzjali fin-numru tall-membri
fosthom numru ta’ membri godda minn stati ohra.
|
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050418_SydBorg.jpg |
|
|
Syd Borg |
 |
|
Huwa fisser kif flimkien mall-Kummissarju Gholi, Dr Ivan Fsadni, huwa zar dawn l-iStati u stieden lil hafna
negozjanti biex isiru membri u jiffurmaw kumitati ghalihom.
Dan irrizulta f’kumitati godda go
Brisbane u Adelaide. Hu
mistenni li
jinhatru kumitati ohra f’iStati ohra biex b’hekk il-Kamra
ssir veru ghaqda nazzjonali.

Fit-tmiem ta’ dan ir-rapport sar diskors qasir mill-ET Ivan
Fsadni li fahhar ix-xoghol tal-Kamra u fisser kif ta
ghajnuna taht l-iskema gdida li hareg bl-isem ta’ ‘Enhanced
Cooperation Initiative’.
Wara, il-president, Syd Borg, ghamel prezentazzjoni lil Fred
Fenech ta’ ‘Life Membership ‘ li spicca l-kariga tieghu ta’
Executive Officer wara tmien snin. Fred Fenech, barra li
kien l-Executive Officr, kien wiehed mill-fundaturi
tal-Kamra fis-sena 1994.

Fred Fenech irringrazzja lill-Kamra ta’ dan l-unur u qal li
waqt li kien wasal iz-zmien biex jaghti din il-kariga lil
haddiehor, hu kien dejjem lest bex jghin fejn jista’.

Syd Borg habbar li l-Executive Officer il-gdida ser tkun
Graziella Hilliker, (li tigi oht il-Konslu Generali) li ser
tibda tahdem jumejn fil-gimgha f’din il-kariga.

Indirizzaw ukoll lil din il-laqgha l-President, George Tonna
u Mark Sultana, il-‘Club Registrar’ tat-tim tar-rugby
league, Malta Knight. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sunshine George Cross SC |
|
|
|
Il-klabb
tas-soccer Sunshine George Cross ta’ Melboure regghu lura lejn l-oghla
divizzjoni fl-iStat taghhom dan l-istagun. Skond rapport li deher
f’gazzetta tal-lokal jinghad li dan il-klabb storiku Malti li ilu
f’Chaplin Reserve fis-subborg ta’Sunshine ghal dawn l-ahhar 20 sena
liema grownd huwa propjeta taghhom qed iharsu lejn art ohra f’Forest
Street.
Dan ikkonfermah il-President Charlie Borg li qal li l-klabb kien
qieghed jinnegozja mal-Kunsill Lokali izda dawn in-neguzjati ghadhom
fil-bidu taghhom u ma huma xejn kunfidenti li jkun hemm rizultat
posittiv.
Il-Federazzjoni tas-Soccer f’Victoria qed tippressa lill-klabbs biex
jirrangaw ahjar il-facilitajiet taghhom sas-sean 2007. F’Chaplin
Reserve ghandhom biss 5.5 acres u dan mhux bizzejjed biex ikollhom
ukoll il-juniors taht saqaf wiehed ghax biex taghmel dan irid
ikollok erba pitches b’madwar 15 jew 16 acres.
Chaplin Reserve jinsab f’zona kummercjali u huwa stmat li Sunshine
George Cross jistghu jakkwistaw madwar erba miljun dollaru jekk
ibieghu din il-propjeta taghhom u jixtru f’post iehor f’zona xi ftit
imwarrba, u b’hekk ikollhom iktar spazju u flus biex jibnu
facilitajiet ferm ahjar.
Charlie Borg qal “li f’neguzjati bhal dawn u jekk ikun hemm xi xiri
jew bejgh iridu jaddu snin biex isahhu izda il-klabb taghna dejjem
jahdem ghal futur ahjar”. |
|
|
|
|
|