|
Wicc imb’ wicc ma’ Membru
Parlamentari ohra |
|
|
|
Kif
tiltaqa’ ma’ Julie Owens MP, Laburista tolqtok mill-ewwel id-determinazzjoni
taghha biex tkompli izzomm l-elettorat storiku u importanti ta’
Parramatta NSW li rebhet b’margni ferm zghir fl-ahhar elezzjoni
Federali tad-9 ta’ Ottubru 2004.

Qaltli “Il-partit Liberali ma hadniex bis-serjeta u haseb li
mhux se nikkonfondihom izda mill-mument li gejt accettat bhala
kandidata ghal Parramatta kont naf li t-triq biex neghleb lir-Ross
Cameron kienet iebsa izda mhux impossibbli”.

Fis-sensiela ta’ intervisti li qed nghamel mal-Membri
Parlamentari godda Federali tkellimt ma’ Julie Owens MP li l-elettorat
taghha jinkludi distretti fejn hemm jghixu ghadd mhux hazin ta’
Maltin bhal Wentworthville, Girraween, Old Toongabbie u Pendle
Hill.

Tkellimna fit-tul dwar il-htigijiet tal-komunita’ Maltija
specjalment dwar il-kaz prezenti ta’ dawk li twieldu l-Awstralja
izda li gew mehudin lura lejn Malta mill-geneturi taghhom u
minhabba l-ligijiet kif kienu f’Malta dawk iz-zmenijiet tilfu c-cittadinanza
Awstraljana.

Julie Owens MP weghditni li lesta biex tkompli tghin
fil-kampanja biex il-Gvern Federali Awstraljan jaghti d-dritt
lil dawk il-Maltin imwielda l-Awstralja c-cittadinanza lura
skond ir-rapport tas-Senat Awstraljan, hekk imsejjah Legal and
Constitutional Reference Committee “They still call Australia
home: Inquiry into Australian Expatriates” li gie ppublikat
f’Marzu 2005. Dan il-kumitat ircieva
677
sottomissjoni u zamm laqghat ma' nies |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050411_LD& JOwens.jpg |
|
|
Lawrence Dimech u Julie Owens MP |
 |
|
ta’ interess kemm
f’Sydney, Melbourne u Canberra.

Mal-Membru Federali gdid ghal Parramatta tkellimt dwar
ix-xnieghat li hawn li d-Dipartiment ta’ l-Immigrazzjoni
se jnaqqas drastikament is-servizzi li qed joffri mill-ufficju
regjonali ta’ Parramatta. Hija qaltli li dwar dan, hija
qed tahdem bi shih biex ma jkun hemm ebda tnaqqis ta’
servizzi ghax mhux sewwa li ufficju tant popolari
fic-centru geografiku ta’ Sydney jaghlaq jew inaqqas is-servizzi
tieghu. Dan jista’ jkollu impatt hazin ukoll fuq l-impjiegi
f’dawn in-nahat.

Julie Owens twieldet
f’Rockhampton
Queensland fl-1958, mhix mizzewga. |
|
Iggradwat b’BA mill-Konservatorju
tal-Musika ta’ Queensland u kisbet MBA mill-Universita
ta’ Sydney. Qabel ma nhatret Membru tal-Parlament kienet
Production Manager, Lyric Opera fi Queensland, hadmet
ma’ l-Australian Council u bhala Chief Executive Officer
ma’ l-Association of Independent Record Labels u bnadi
ohra.

Julie Owens MP ma ghandha ebda illussjoni dwar l-elettorat
ta’ Parramatta anzi taf li trid tahdem bi shih biex
izzomm Parramatta ghal-Laburisti ghax il-Liberali mhux
se jinsew qatt li tilfu dan is-siggu meta kienu qed
jaghmlu vittorji ohra fil-punent ta’ Sydney, li kien
ghal hafna zmien fortizza Laburista. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
40 sena ta’ servizzi
mis-sorijiet Dumnikani |
|
|
|
Is-sorijiet
Duminkani ta’ Malta ccellebraw l-40 sena ta’ servizz
kontinwu fl-Awstralja b’quddiesa fil-kumpless li
ghandhom fi Blacktown NSW. Il-hidma tas-sorijiet bdiet
bit-taghlim tat-tfal u l-katekizmu u tkompla f'dawn
l-ahhar 19-il sena fis-servizz ta’
kura ghall-anzjani. Il-quddiesa koncelebrata saret mill-isqof
Kevin Manning mghejjun minn Fr Ben Sant, Fr Claude Borg u Fr
R Zammit.
Fost dawk li kienu prezenti kien hemm Sr Valentine Attard li
kienet wahda mill-ewwel grupp ta’ sorijiet li gew l-Awstralja
40 sena ilu.
Kien hemm bhala mistiedna ohra s-Superjura Sr Doris Falzon,
il-Konslu Generali ta’ Malta, Joanna Pisani u l-membri tal-Board
of Management ta’ St Dominic’s Hostel.
L-Assoc Prof Stephen Gatt mexxa prezentazzjoni dwar il-hajja tas-sorijiet
Duminkani minn meta gew fl-Awstralja fl-1956. Tkellmet ukoll
Sr Valentina Attard u fakkret li meta kienu se jitilqu minn
Malta, is-Superjura Generali ta’ dak iz-zmien Sr Imelda
Mercieca tathom l-istatwa ta’ San Pawl maghhom l-Awstralja.
Wara sar it-tberik tal-plakka kommemorattiva mill-Isqof
Kevin Manning, liema plakka
giet mikxufa
minn Sr Attard stess. Tkellmu wkoll l-avukat Victor Borg
u s-superjura tal-Hostel ta NSW, Sr Giorgina Sultana.
Is-sorijiet Duminkani ghandhom zewg Hostels
ghall-anzjani ta’ l-livell ferm gholi wiehed fi
Blacktown NSW u Rosary Home f’Melbourne. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050411_BlessingPlague.jpg |
|
|
L-isqof
Kevin Manning jbierek il-plakka,
tidher Sr Valentine Attard. |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050411_StDomHall.jpg |
|
|
Id-dar ta' San Duminku fi Blacktown NSW |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Issa fil-Parlament |
|
|
|
It-talba
tal-familja Schembri mis-subborg ta’ Delahey (qrib Melbourne)
biex ikunu jistghu jibqghu l-Awstralja waslet sal-Parlament
Federali meta Brendon O’Connor MP ghad-distrett ta’ Gorton fl-isfera
Federali heggeg lill-Gvern biex ibiddel il-ligi biex jghin lil
Steve ta’ 38 sena, martu Lillian ta’ 36 sena u t-tlett itfal
taghhom Glenn 12, Clint 11 u Chereese 5.

Il-familja Schembri twieldu l-Awstralja izda l-geneturi taghhom
haduhom lura lejn Malta fl-1984 u skond il-ligijiet ta’ dawk
iz-zmenijiet kellhom jirrinunzjaw ic-cittadinanza Awstraljana
biex ikomplu jghixu Malta. Il-familja Schembri jinsabu lura
f’Melbourne izda t-talba taghhom biex jibqghu hawn ma
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041129_FamilySchembri.jpg |
|
|
Il-familja
Schembri minn Melbourne |
 |
|
gietx
accettata mid-Dipartiment ta’ l-Immigrazzjoni avolja twieldu
l-Awstralja.
Madwar 2000 Malti jinsabu fl-istess posizzjoni tal-familja
Schembri, l-maggoranza taghhom jghixu f’Malta. |
|
|
Is-Senat
Awstraljan ghadu kemm ircievha rapport dwar nies li jinsabu fl-istess
sitwazzjoni tal-familja Schembri.

Il-Gvern Awstraljan kien wieghed li kien se jirranga l-ligi u se
jressaq l-emendi mehtiega fil-Parlament izda sal-lum ghadu ma
sar xejn.

Il-kaz ta’ din il-familja Schembri ghamel hoss kbir specjalment
fin-nahat ta’ Melbourne ghax ircieva pubblicita’ enormi izda
jidher li din il-familja nqabded fi zmien ta’ elezzjoni federali.
Ghalkemm il-Gvern ma nbidilx izda it-tibdil propost gie mfixxkel
kemm mill-kampanja elettorali u anke miz-zmien ta’ wara fejn
legislatura gdida trid iz-zmien taghha biex tingrana. |
|
|
|
|
|
|
|
|
Tigi saltnatek…dramm bibliku |
|
|
|
Ghall-ewwel
darba fis-sala tassew spazjuza tal-Good Shepherd fi Plumpton
NSW, l-Ghaqda Teatrali "Cittadini" ta’ NSW ipprezentat dramm
bibliku ta’ Pierre Bonello (Bronk Production) "Tigi Saltnatek".
Il-kumitat tal-festa ta’ San Nikola kienu mdahhla f’din
il-produzzjoni wkoll.
Kien ftit jiem qabel il-festi ta' l-Ghid u ghalhekk dramm
ta' din il-kwalita' lahaq l-ghan tieghu b'attendenza ta' madwar
400 persuna. Ghalkemm l-istorja tal-passjoni ta' Gesu hija
maghrufa u rajniha fuq l-palk u anke fil-films kemm il darba
izda il-pinna imaginattiva ta' Pierre Bonello kellha mira
differenti li ffukat hafna fuq il-persunaggi fil-hajja ta'
Kristu u pingithom f’karattri iktar hajjin.
Dan id-dramm kien iktar dwar il-hajja mqallba u mhawwda ta’ Guda,
mahduma tajba ferm minn Joseph Borg li hadet anke prijorita fuq
dik ta’ Gesu, mahduma minn Eddie Busuttil.
Bla dubju din kienet produzzjoni enormi li hadu
sehem fiha madwar 20 attur
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050411_Tigi saltnatek1.jpg |
|
|
L-imsallab
bejn zewg hallelin |
| |
|
b’hafna kostumi bibblici u xeni addattati forsi l-iktar
wahda impressjonanti kienet il-mewt fuq is-salib li
nisslet xi demgha wkoll u kien fiha hafna xoghol tekniku.
Hadmu partijiet tajba, Sam Farrugia, Monica Ledger,
Doris Caruana, Joe Mifsud, Greg Caruana, Sarah Borg,
Victor Mifsud u ohrajn. |
|
L-Ghaqda Cittadini haqqhom ghal darba ohra kull tifhir
ghax dejjem qed jippruvaw jittakiljaw produzzjonijiet
difficli li jridu hafna preparazzjoni u ghalkemm dejjem
taht diffikultajiet kbar izda qatt ma jaqtghu qalbhom.
Jidher li taht id-direzzjoni ta’ Greg Caruana qed
johorgu mill-isfera tad-dilettantizmu ghal dik ta’ wahda
iktar professjonali.
|
|
|
|
 |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050411_Tigi saltnatek2.jpg |
|
|
L-atturi
kollha li hadu sehem |
|
|
|
|
|
|