It-Tnejn, 4 ta' April, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Lejla ta’ Gharfien
 

 Ghal-hames darba, gewwa sala mimlija giet imtella' lejla ta' gharfien, maghrufa bhala, Night of Recognition - Quiet Achievers. F’din l-okkazzjoni organizzata minn The Maltese Welfare( NSW) ta’ kull sena jigu onorati numru sabih ta' anzjani fil-komunit’ Maltija. Kien hemm ukoll esibizzjoni tax-xoghol ta’ artiggjan minn Angelo Colerio, wiehed minn dawk li rcieva gharfien.

Dawn l-anzjani jigu nnominati minn Ghaqdiet u individwi Maltin li gharfu l-kontribut taghhom u nizzlu isimhom ghall-ghazla. Din is-sena gew moghtija tnax il-Award lil dawk li gew innominati u maghzula.

Dawn kienu Joe Abela, Louis Aloisio, Carmen Bugeja, Angelo Coleiro, Frank Delia, Mary Farrugia, Victor Fenech, Ariel Fiorini, Andrew Mangion, Vincent Pisani, Fr Benedict Sant MSSP u Fr Leonard Testa OFM Conv.

Dawn il-persuni wettqu xoghol utli u ta' siwi fost il-komunita’ Maltija, specjalment fost l-anzjani u ghalhekk kien xieraq li fil-Gimgha ta' l-Anzjani gew moghtija gharfien specjali. Huma jafu li dan l-gharfien gie minn fost huthom il-Maltin u ghalhekk, kellu pregju aktar.

Il-programm beda meta l-President ta' The Maltese Welfare, Lawrence Dimech OAM, qal kelmtejn ta' introduzzjoni dwar il-hidma ta' The Maltese Welfare (NSW) u il-process tal-ghazla ta’ dawk li jircievu l-awards.

Mark Caruana u s Charles Said Vassallo mbaghad ghamlu 'power point presentation' fejn urew l-hajja fil-qosor u x-xoghol ta' The Maltese Welfare.

Paul Borg minn Victoria kien il-kelliemi specjali b’tahdita interessanti u informattiva dwar il-voluntarjat fil-komunita’ Maltija.

Is-Sur Paul Gibson, Membru Statali ghal Blacktown NSW, ipprezenta lil Victor Buttigieg is-Seniors Achievement Award 2005 li gie moghti mid-Department of Ageing, Disability and Home Care ghax-xoghol voluntarju tieghu ghal-dawn l-ahhar 40 sena. Fil-harga tal-gimgha l-ohra, kellna fid-dettal ix-xoghol li wettaq dan il-Malti.

Gie pprezentat ukoll certifikat ta’ rikonoxxenza   lil    Paul     Borg   ghad-dedikazzjoni u l-hin li huwa offra ghal bosta snin fil-qasam tal-anzjani specjalment iz-zewgt idjar tax-xjuh li ghandhom is-sorijiet Duminkani f’Sydney u Melbourne.

Paul Gibson MP qal kemm hu onorat li kien prezenti ghal din il-lejla u kemm jammira l-voluntieri Maltin li ssibhom kullimkien f'dak kollu li jkun mehtieg.

Il-prezentazzjoni tat-tnax “Quiet Achievers” saret mill-Associate Professor Stephen Gatt. Inqraw rendikonti  fuq  fuq,   bil-Malti  u  bl-Ingliz,

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050404_QAGroup2005b.jpg

Fuq mix-xellug: Angelo Coleiro, Fr Ben. Sant, Victor Fenech, Andrew Mangion, Louis Aloisio,
Joe Abela, Ariel Fiorini, (bil-qeghda mix-xellug) Frank Delia, Fr Leonard Testa, Vincent Pisnai,
Carmen Bugeja, Mary Farrugia u Victor Buttigieg.

Due to web space restrictions this image has been removed
050404_QAGroupHall.jpg

L-Annunciation Hall mimlija bin-nies

Due to web space restrictions this image has been removed
050404_GattGibsonBorg.jpg

F'dan ir-ritratt jidhru l-Prof Stephen Gatt, Paul Gibson MP, u Paul Borg.

 

dwar il-hajja taghhom u ghaliex dawn gew maghzula.

L-Associate Professor Stephen Gatt ghamel id-diskors ta' l-ahhar billi rringrazzja lis-Sorijiet Dumnikani tal-facilitajiet moderni tas-sala u tkellem fil-qosor dwar il-hajja ddedikata  tas-Sorijiet Dumnikani ghall-hidma ta' l-Anzjani.

Il-President Lawrence Dimech pprezenta bukkett fjuri bhala turija ta' apprezzament minn The Maltese  Welfare lis-Superjura tas-St Dominic's Hostel, Sr Giorgina Sultana OP.

 

Angelo Coleiro, wiehed minn dawk li ha l-gharfien kellu esebizzjoni tax-xogholijiet tieghu tal-metall fil-'foyer' ta' din is-sala u fl-ahhar ha l-opportunita’ biex ipprezenta wiehed mix-xoghlijiet tieghu bl-isem ta’ “Malta & Australia” lis-Sorijiet Dumnikani bhala turija ta' ringrazzjament.
 
Dan l-avveniment gie ikkordinat mis-segretarja tal-Maltese Welfare Maria De Carlo. Il-qarrejja kienu Freda Micallef, Marlene Dimech u Nathalie Gatt, filwaqt li l-MC tal-lejla kienet Rita Kassas.

 
 
 Malta onorata f’Cowra
 

 Ghal dawn l-ahhar 41 sena s-Shire ta’ Cowra f’NSW ilu joganizza l-Festival of International Understanding. Din is-sena dan il-festival kien iddedikat lin-nazzjon Malti. Cowra tinsab (316km minn Sydney) madwar erba’ sieghat boghod bil-karozza minn Sydney u saghtejn minn Canberra, belt immelsa mix-xmara Lachlan.

Bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu din il-belt sellmet lil dak kollu Malti. Il-pubblicita’ enormi li Malta taghna rceviet tul dawn il-jiem ma tistghax titkejjal. Kull fejn tmur f’din il-provincja ta’ madwar 13,400 persuna li gie stabbilita fl-1849 kont tara bandieri Maltin, posters ta’ Malta u nies ixejru l-bandiera Maltija.

Skond ma qalli Joe Galea, il-kantant popolari Malti li gie mistieden biex ikanta f’dan il-festival qatt ma hassu daqshekk kburi li hu Malti. “Il-laqgha li sibna kienet enormi u meta kantajt hassejtni onorat u kburi li jien ta’ dixxendenza Maltija”.
 
Flimkien ma’ Joe Galea kien hemm ukoll l-membri ta’ l-Ghaqda Kulturali Maltija ta’ NSW, u l-prezenza taghhom giet ferm apprezzata. Huma kienu ilhom jahdmu hafna flimkien mas-Shire ta’ Cowra biex jizguraw li dan il-festival ikun success.
 
Il-kor ta’ din l-ghaqda kanta waqt servizz   ekumeniku   li   sar  fil-knisja  ta'

 

San Rafel fejn Joe Galea kanta l Ave Maria. Il-membri kollha ta’ l-Ghaqda mmarcjaw u hadu sehem fil-parata li mit-totoq principali spiccat f’Stinsom Park fejn il-kor u Joe Galea kantaw kanzuneti Maltin u anke bl-Ingliz fost ic-capcip ta’ dawk prezenti. Il-ftit Maltin li jghixu f’dawn in-nahat ippreparaw ukoll karru li fuqu kien hemm il-kavalleri ta’ Malta li kien prominenti waqt il-parata.

Waqt il-festival u l-multi-cultural cuisine kien hemm l-ikel tradizzjonali Malti. Kien hemm ukoll cerimonja impressjonati li ghaliha kien hemm prezenti l-Kummissarju Gholi, Dr Ivan Fsadni. Din kienet ic-Ceremonja tal-Paci organizzata mill-Australian Chapter of the World Peace Bell Association. Din l-Australian World Peace Bell giet moghtija lil Cowra fl-1992 b’gharfien xieraq ghall-kontribuzzjoni tan-nies ta’ din is-Shire lejn l-ghaqda u l-paci internazzjonali.

Saret ukoll cerimonja impressjonanti wkoll fi Brougham Park fejn giet imhawla sigra tal-harrub bhala tifkira tal-participazzjoni ta’ Malta f’dan il-festival.
Dan il-festival of International Understanding li jaghmlu f’Cowra huwa maghruf mad-dinja u kull sena jigi maghzul nazzjon biex ikun il-mistieden specjali. Din is-sena kien imiss lil Malta u kif kien mistenni dawk li hadu sehem mhux biss ghamlulna unur izda rregalaw lil Malta l-isbah riklam.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050404CowraPoster.jpg

Due to web space restrictions this image has been removed
050404_CowraChior.jpg

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050404_CowraBanner.jpg

Il-kor ta' l-Ghaqda Kulturali jidher fil-knisa kattolika ta' Cowra.

 

Il-pubblicita' li turi li Malta kienet in-nazzjon mistieden.

 
 
 Dhalna fil-hin tax-xitwa
 

 Iz-zmien igerbeb u ma jzommu hadd. F’dawn in-nahat tad-dinja rega’ dhalna ghall-hin normali tax-xitwa waqt li inthom qed tippreparaw ghas-sajf. Fit-3am tal-Hadd il-Ghid (27 ta’ Marzu) dawwarna l-arlogi lura b’siegha.
 
Meta nghid dawwarna, inkun qieghed nirreferi ghall-iStati ta’ NSW (belt kapitali Sydney), Victoria (Melbourne), Tasmania (Hobart), South Australia (Adealide) u anke l-ACT (Canberra). Bit-tmien tad-“daylight saving” il-bliet principali ta’ l-Awstralja barra Perth issa gew bl-istess hin. L-iStat ta’ Queensland (Brisbane), Western Australia (Perth) u Northern Territory (Darrwin) ma jaqilbux ghad-daylight savings ghalhekk l-ahhar bidla fil-hin ma taffettwax lil dawk in-nahat ta’ l-Awstralja.
 
Il-hin normali jerga’ jinbidel fit-30 ta’ Ottubru 2005. Peress li f’Malta wkoll bdiltu l-hin, issa d-differenza bejn l-Eastern States ta’ l-Awstralja u Malta hija ta’ tmien sieghat.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.