It-Tnejn, 28 ta' Marzu, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Unur Statali ghal Victor Buttigieg
 

 Kienet funzjoni ferm impressjonanti. Is-sala principali tat-Town Hall ta’ Sydney kienet imzejjna ghall-okazzjoni b’ghadd ta’ mwejjed fejn dawk li kienu se jiehdu parti poggew u kielu sa kemm gew biex jigu moghtija gharfien misthoqq ghax-xoghol ta’ siwi li ghamlu fil-qasam tal-volontarjat.
 
Din kienet okazzjoni organizzata mid-Dipartiment ta’ l-Ageing, Disability and Home Care fl-okazzjoni ta’ NSW Seniors Week u fejn gew moghtija l-Achievement Awards 2005. Kien hemm prezenti l-Onor John Della Bosca MLC, il-Ministru responsabbli u ghadd ta’ rapprezentanti ohra.
 
Gew moghtija ghadd ta’ awards f’diversi kategoriji. Fost madwar 60 awards li gew mghotija kien hemm Malti wiehed li gie onorat fil-kategorija ta’ Community Service/Volunteering (Individuals).
 
Dan kien Victor Buttigieg minn Bangor NSW (ritratt) li gie rrakkomandat ghal dan l-award specjali mill-Maltese Welfare (NSW).
 
Il-prezentazzjonijiet fil-kategorija li ghaliha gie maghruf dan il-Maltin saru minn Carol Mills, Deputat Direttur-Generali    tad-Dipartiment,    minn    Neil

 

Tucker,  Direttur  Esekuttiv tal-Council of the Ageing u Donnie Sutherland u  Nayree Reynolds ambaxxaturi tas-Seniors Week.
 
Din il-funzjoni kienet immexxija minn Jessica Rowe prezentatrici ta’ l-ahbarijiet ma’ Network Ten waqt li hadu sehem ukoll il-koristi ta’ St Andrew Cathedral u l-kantant Jimmy Little.
 
Il-Ministru John Della Bosca fid-diskors tieghu qal li l-anzjani fil-komunita’ jgibu maghhom esperjenza, energija u entuzzjazmu u kapacitajiet straordinarji f’dawk l-affarijiet li jwettqu tul il-granet ta’ hajjithom. Qal li ghandu joffrilhom ringrazzjament ufficjali ghan-nom tal-Gvern Statali.
 
Victor Buttigieg, l-uniku Malti li gie onorat f’din l-okazzjoni huwa anzjan li ghalkemm fl-eta ta’ 74 sena ghadu attiv u jservi bhala Vici President tal-MalteseCommunity Council ta’ NSW u kaxxier ta’ l-Ghaqda Kulturali. Huwa wkoll membri ghal ghomru ta’ l-Australian Labor Party.
 
Victor  Buttigieg  emigra   lejn  Sydney fl-1954  u  mill-ewwel  kien  involut  mal-Melita  Eagles  FC  waqt  li  kien  ukoll champion tat-table tennis kemm f’Punchbowl      RSL       Club       u     mal-

 

Victor Buttigieg

 

WatersideWorkers. Kien direttur mal-Phoenician    Club   u   anke   ikkontesta fl-elezjonijiet tal-Kunsill Lokali f’Bankstown. Ilu ghal dawn 20 sena bhala wiehed mix-xandara mal-programm bil-Malti tal-MCC ta’ NSW.

Fix-xoghol kollu jsib appogg shih ta’ martu Adelaide li hija wkoll involuta fl-attivitajiet tal-komunita’ Maltija.

 
 
 Renato fl-Awstralja
 

 Dan il-kantant maghruf Malti rega’ gie l-Awstralja ghas-seba’ darba izda din iz-zjara almenu fl-iStat ta’ NSW kienet xi ftit differenti. L-ewwel ma deher Renato kien f’dinner dance li sar fil-Fontana Amorosa f’Liverpool NSW fejn ghalkemm kien il-mistieden kantant ewlieni izda deher mieghu l-kantant tant maghruf lokali Adam Scicluna. Renato mar ukoll fi Queensland. F’Melbourne huwa kien l-attrazzjoni specjali u kanta f’La Valette Club ta Springvale, c-Centru Malti f’Parkville u anke deher fil-club tal-Green Gully FC.
 
Lura f’Sydney Renato kanta fil-Marconi Club ghal darba ohra izda din id-darba l-attrazzjoni specjali ma kienx hu biss izda qasam dan l-unur ma’ zewg artisti maghrufa lokalment, it-tenur Adam Scicluna li sar tant popolari u mitlub mill-Maltin u l-kantant Joe Apap.
 
Skond rapport li deher f’The Maltese Herald intqal li din is-serata kienet storika ghax dehret ma’ l-Awstralja kollha fuq stazzjon gdid AMTV li biex taqbdu trid tixtri kaxxa (konnessjoni b’satellita) specjali. Waqt li l-gazzetta Maltija fahhret din il-wirja bhala wahda stupenda li damet sejra saghtejn semmiet ukoll li kien hawn fl-Awstralja l-camerman Justine Camilleri u l-pjanista Carlo Bugeja.
 
Dan l-istazzjoni tat-TV il-gdid hemm imdahhal fih Charles Curmi li kellu programm simili fuq Channel 31 izda dak il-programm   kien   spicca   hesrem.   Skond  l-istess   Maltese

 

Mix-xellug jidhru, Renato, Joe Apap, Adam Scicluna.

Herald dan il-programm hekk imsejjah storiku kellu xi diffikultajiet ghax kien hemm min ma setax jaqbad is-sound. Huwa ttamat li dawn id-diffikultajiet jittrangaw malajr specjalment ghal dawk li diga xtraw il-kaxxa b’anticipazzjoni ta’ trasmessjoni tajba u kompluta.

 
 
 Ikla ta’ unur
 

 Ftit ilu habbarna li Dr George Boffa OAM MD inghaqad ma’ grupp ta’ Maltin distinti ohra li tul iz-zmien gew onorati bl-aqwa ghotja li jista’ jaghti l-Gvern Federali Awstraljan jigifieri l-Order of Australia. Dr Boffa kien ghal xi zmien il-Vici President tal-Maltese Past Pupils of Don Bosco (NSW) u l-Ghaqda onoratu flimkien ma’ martu Laura b’ikla f’wiehed mill-ahjar restaurants f’Leichhardt NSW. Dr Boffa hassu ferm umli quddiem dan il-gest ta’ shabu li jahdmu biex jigbru l-flus ghall-karita’ u qal li l-unur li gie mghoti lilu jaqsmu ma’ min jahdem fil-qasam ta’ l-ghajnuna voluntarja fil-komunita’ Maltija.
 
Dr Boffa li joqod f’Ashfield NSW gie onorat f’Jum l-Awstralja 2005 ghas-servizzi lejn il-komunita’ Maltija u l-medicina. Huwa wkoll membru tal-SMOM u pprattika l-medicina f’Malta, fid-Danimarka, l-Ingilterra u l-Afrika bejn 1960-1970.

 

Fir-ritratt jidhru mix-xellug: Joseph Fabri, President tal-Past Pupils of Don Bosco, Dr G. Boffa,
Lawrence Dimech Vici President u Fr John Briffa SDB.

 
 
 
 
 Zjara ta’
 Ministru gdid
 
 

 Il-Ministru gdid ghac-Cittadinanza u Affarijiet Multikulturali, l-Hon Peter McGauran MP ghamel zjara ufficjali fl-iStat ta’ NSW fejn zar ghadd ta’ Migrant Resource Centres fosthom dawk ta’ Parramatta u Blacktown u zar ukoll xi ghaqdiet etnici f’distrett li llum saru “swinging seats” bhal dawn iz-zewg centri regjonali li semmejna.

Fi Blackotwn il-Ministru zar ic-Centru Malti La Valette fejn sab jilqugh il-Konslu Generali, Joanna Pisani, Gejtu Pace il-President u Frances Fitzpatrick is-Segretarja tac-Centru.

Il-Ministru li kien akkumpanjat minn Louise Markus MP Membru ta’ Greenway gew impressjonati hafna bil-monument ta’ l-emigranti, dahlu fis-sala fejn iltaqghu ma’ l-anzjani li jkun hemm kull nhar ta’ Hamis u tkellmu maghhom.

Wara gew introducuti ma’ dawk li jilghabu l-bocci fejn huma stess hadu sehem fil-loghba. Il-mistednin raw ukoll filmat tac-ceremonja tac-cittadinanza li saret fic-Centru f’Novembru u tkellmu mad-dirigenti tac-Centru fuq il-bzonnijiet tal-komunita’.

Il-Ministru deher li hareg sodisfatt billi ra u qal li r-relazzjonijiet bejn La Valette SC u d-Dipartiment tieghu huma ta’ livell gholi.

 

Il-Ministru mal-membri tal-kumitat ta’ La Valette Social Centre

Il-vizitaturi jilghabu l-bocci.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2004 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.