It-Tnejn, 14 ta' Marzu, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Pittur Malti ta’ fama
 

 Kif dejjem ninsistu minn din il-pagna, il-Maltin li emigraw lejn l-Awstralja qed ikomplu jiktbu pagna wara l-ohra ta’ success f’hafna sferi tal-hajja Awstraljana. Illum niltaqghu ma’ pittur kontemporanju li ghadu kemm fetah studju/gallarija ta’ art l-iktar modern fin-nahat ta’ Highlands madwar 125k fit-tramuntana ta’ Melbourne, post imdawwar bil-muntanji madwar 20k boghod minn Yea.
 
Dennis Spiteri (ara ritratt) twieled l-Imsida fl-1948 u emigra ghall-Awstralja fl-1954. Studja fil-Fine Arts f’Morwell Technical Collage qabel ma ghamel kors ta’ erba’ snin fl-arti f’Prahran Collage of Technology. Huwa ggradwa minn National Art Gallary Art School fl-1969 u rebah il-Caltex Purchae Prize. Fl-1970 ipprezenta l-ewwel esibizzjoni tieghu f’Baraque Riddle Suite fil-Pinacatheca Gallery ta’ Melbourne.
 
Seba snin ilu Dennis Spiteri kien xtara propjeta f’Old Highlands Road izda ddecieda   li    jirtira  permanenti  f’din  il-

 

propjeta tlett snin ilu biss. Hu hadem mal-Librerija Statali ghal 20 sena u mal-Librerija Bailleau. Ghalhekk gabar hafna esperjenza biex ikun jista’ jibni studju/gallarija ghall-bzonnijiet tieghu. Dan ghaliex huwa jahdem fuq tili ta’ 10’x15’ u hafna jispiccaw bhal sett jew serje ta’ pitturi.
 
Dawk li raw ix-xogholijiet tieghu innutaw kemm jaghmel uzu minn kuluri u disinni geometrici. Il-muzika tispira hafna lil dan il-pittur Malti tant li ghandu kollezzjoni enormi ta’ LPs u CDs. Dennis qalilna li jhobb il-klassiku specjalment Beethoven u “Missa Solemnis” ispiratu biex johloq l-iktar bicca xoghol famuza tieghu, serja ta’ pitturi li huwa hadem fl-1970-2. Ix-xoghol ta’ dan l-artist Malti jinsabu f’hafna galleriji u kollezzjonijiet privati.
 
Ta’ min isemmi li Dennis jigi t-tifel ta’ Frances Spiteri li kienet attrici u kantanta maghrufa fil-hamsinijiet fejn kienet taghmel parti mill-kumpanija teatrali  tant  maghrufa f'Malta  li   "Stage

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050314_SpiteriDennis.jpg

Dennis Spiteri

Commandos". Kienet tahdem ukoll fuq ir-Rediffusion mal-famuzi Charles Clews u Johnny Catania.

 
 
 Ktieb iehor ta’ Albert Agius
 

 Ftit ilu fil-belt ta’ Melbourne gie mniedi l-ktieb ferm interessanti “Fears, Tears and Cheers” miktub minn Albert W. Agius li huwa residenti ta’ dik il-belt. Dan il-ktieb huwa t-tieni wiehed fis-sensila ghax Albert Agius, gurnalista u eks xandar mal-programmi bil-Malti fuq l-SBS Radio kien diga kiteb ktieb iehor dwar is-settlement tal-Maltin fl-Awstralja bl-isem ta’ “Building a Community”.
 
Iktar tard meta jigi f’ideja dan il-ktieb, inkun nista’ naghtikhom ricessjoni. Skond ma gie miktub diga dwar dan il-klieb insibu li huwa storja  tal-bidliet, tas-successi  u   tat-tbghatija   li   rajna  u

 

hassejna waqt li bnejna l-komunita’ Maltija fl-Awstralja. Il-ktieb li fih 450 faccata ghandu iktar minn 60 ritratt hafna minnhom huma storici. Il-kittieb jikkwota minn intervisti li kellu l-awtur ma’ individwi u fuq dawn l-intervisti u xi dokumenti ufficjali bena il-kontenut ta’ dan il-ktieb.
 
Il-Kummissarju Gholi, Dr I Fsadni illoncja dan il-ktieb waqt li fid-diskors tieghu sahaq li jkun tajjeb li nkunu nafu l-istorja tal-Maltin kif ukoll ir-realtiet prezenti. Il-Professur Maurice Cauchi, il-President tal-Maltese Community Council  of  Victoria   mbaghad   tkellem

 

dwar il-kontenut tal-ktieb f’lejla li kienet organizzata mill-Grupp Letterarju Malti ta’ Victoria. Il-President ta’ dan il-Grupp Dr Victor Sammut qara xi versi milli kiteb hu stess. Is-Segretarja tal-Grupp, Rosemarie Attard introduciet lil kelliema waqt li Manwel Casha fuq il-kitarra u Laurie D’Amato fuq il-mandolina holqu divertiment addattat.
 
Nittama li dan il-ktieb jikseb success ghax l-istorja ta’ l-emigrant Malti hija parti integrali ta’ l-istorja ta’ pajjizna daqs kemm hija storika l-migja ta’ l-Inglizi, l-gwerra u partijiet ohra li ghandhom jigu mfakkra.

 
 
 
 Mewt ohra
 

 Charles Camilleri maghruf sewwa fin-nahat ta’ Melbourne miet dan l-ahhar fl-eta ta’ 71 sena. Dan il-Malti li twieled Birkirkara u kien joqghod f’Sunshine u kien gie moghti l-Brinbank Citizen of the Year 1999 tilef hajtu wara battalja ta’ 18-il xahar mal-kancer. Il-funeral tieghu sar fil-knisja ta’ San Pawl f’West Sunshine.
 
Huwa kien parti integrali mill-hajja tal-belt ta’ Sunshine. Kien President u fundatur tal-festa ta’ San Pawl, fundatur tal-Grupp Solo Parents, fundatur ta’ West Sunshine Neighbourhood Watch, Chairperson      ta'     Sunshine      Senior

 

Citizens  kumitat  welfare u chairman tal-Brinbank Seniors Group fost ohrajn.

Dan il-popolari Malti, li kien gie elett ukoll bhala Kunsillier ta’ Glengala Ward ghal Brinbank, kien lance corporal mas-St Johns Ambulance u membru mas-Sunshine George Cross FC. Kien ukoll prezentatur mal-programmi tar-radju 3EA u 3ZZZ.

It-tifla tieghu Jane Baldachino li ghixet ma’ missierha wara li mietet ommha qalet li missierha kien tant attiv u mdahhal f’hafna organizazzjonijiet li mank  setghet tiftakar kollox izda qalet li

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050314_CamilleriCharles dec.jpg

Charles Camilleri

missierha kien persuna li jhobb jghin u din kienet il-missjoni principali fil-hajja mimlija tieghu.

 
 
 
 It-tixrid tal-Malti fl-Awstralja
 

 Kull meta jkolli opportunita’ huwa l-pjacir tieghi li nattendi l-klassijiet tal-Malti li huma tant organizzati tajjeb mill-Maltese Language School ta’ NSW. Ghal darba ohra flimkien mal-mara tieghi morna sa Horsley Park NSW fejn is-Sibt fil-ghodu jkun hemm ghadd sabieh ta’ studenti jitghallmu l-lingwa Maltija. Iva, dan f’Sydney, l-Awstralja. Bhal dawn il-klassijiet hemm ohrajn fi Stati ohra ta’ dan il-kontinent.

Inhoss ghafsa ta’ qalb u jiddispjecini lil dawk il-klassijiet tal-Malti ma ghandhom l-ebda ghajnuna finanzjarja mill-Gvern ta’ Malta. Kieku tafu kemm gew jarawna Prim Ministri, Ministri u Membri tal-Parlament, kollha alenija jghidulna kemm hija x-xewqa taghhom li nzommu hajjin t-tradizzjonijiet u l-lingwa Maltija barra minn Malta.

Dan l-ahhar kellna lill-Kummissjoni Gholja f’Canberra taghmel stharrig biex jaraw kif jistghu jghinu fit-tixrid tal-kultura Maltija fl-Awstralja. Imma sa hawn naslu u mhux qed nistennew li jghidulna x’hareg minn dan l-istharrig.

Il-Maltin fl-Awstralja jafu li l-Gvern ta’ Malta mhux sincier meta jghid li jrid jghin fit-tixtrid tal-Malti fl-Awstralja. Lir-rapprezentanti tal-Gvern fl-Awstralja, il-Gvern Malti qatt ma taghhom ghodda biex jahdmu u dawn biex ma jigux imbarrazzati mal-komunita’ jippruvaw juru li qed jaghmlu xi haga. Qatra f’ocean. Tithassarhom. Ix-xoghol u l-ghajnuna finanzjarja dejjem taqa’ fir-responsabilita’ tal-komunita’ Maltija. L-iskejjel tal-lingwa u l-kultura Maltija fl-Awstralja jircievu loqom. Xi sett tal-kotba li f'Malta jkunu  warrbu  snin  ilu.  Il-

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050314_HPMariaclass.jpg

Due to web space restrictions this image has been removed
050314_HPLucyclass.jpg

Fir-ritratti jidhru zewg klassijiet tal-Malti, wahda taht it-tmexxija ta’ Maria DeCarlo u l-ohra taht
it-tmexxija ta’ Lucy Calleja li hija wkoll il-Principal ta’ l-Iskola tal-Malti f’NSW.

 

Gvern mank jaghti bhala ghotja dizzjunari bil-Malti bhala turija ta’ apprezzament, mhux talli hekk izda l-iskola tal-Malti trid thallas ghalihom bil-

 

quddiem. Din hija s-sitwazzjoni li ninsabu fiha. Forsi hemm xi hadd minn naha tal-Gvern Malti li joghgbu jwiegeb ghall-dawn il-kummenti. Nistennew!!!

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.