It-Tnejn, 7 ta' Marzu, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Membru gdida fil-Parlament Federali
 

 Wahda mill-ikbar sorprizi fl-elezzjoni Federali ta’ Ottubru 2004 kien ir-rizultat fl-elettorat ta’ Greenway (nahat ta’ Blacktown NSW), nahat maghrufa bhala fortizza Laburista. Il-veteran membru Parlamentari Federali, Frank Mossfield irtira izda minfloku giet eletta Louise Markus ta’ 44 sena ghall-Partit Liberali.
 
Kien ghalhekk ta’ interess li bhala l-Membru Federali l-gdid fl-iktar post fejn ghandna jghixu l-Maltin, intlaqqakhom maghha. Ftit ilu kont ukoll laqqajtkom ma’ membru iehor Federali, Chris Bowen Laburista ghall-elettorat ta’ Prospect.
 
Ma’ Louise Markus MP tkellimt dwar affarijiet li ghandhom jinteressaw il-komunita’ Maltija specjalment ghotjiet mill-Gvern Federali ghal progetti siewja fil-komunita’ taghna li jidhru li xxuttaw ghal kollox. Hija tinsab konxja minn dan il-fatt u lesta biex thares lejn dan l-aspett bhala prijorita’ ghax taf kemm il-komunita’ taghna qed tixjieh u kemm ghandha bzonn ghajnuna f’dak il-qasam.
 
Tkellimna wkoll ix-xniegha li hawn li l-Gvern Federali se jaghlaq jew inaqqas serjament is-servizzi li jinghataw mill-ufficju tad-Dipartiment ta’ l-Immigrazzjoni f’Parramatta.
 
Tkellimna wkoll dwar ic-cittadinanza ta’ dawk  il-Maltin li kienu jghixu fl-Awstralja

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050307_Markus&Cadman.jpg

Fir-ritratt jidhru, Lawrence Dimech, Louise Markus MP u Alan Cadman MP.

 

u li l-geneturi taghhom haduhom lura Malta b’rizultat li kellhom jitilfu c-cittadinanza Maltija. Kienet interessata ferm dwar dawn il-Maltin u weghdet li bhala membru federali gdid se tistudja dan il-kaz. Qaltli li l-Gvern Federali diga qed jippermetti cittadinaza doppja lil dawk ta’ taht l-25 sena.

Louise Markus MP ilha mizzewwga ghal dawn l-ahhar 17-il sena u ghandha zewgt itfal. Ghandha esperjenza ta’23 sena bhala community worker fil-Punent ta’ Sydney u ghandha degree fil-family counselling u xoghol komunitarju mill-Universita’ ta’ NSW. Hija kienet il-Maniger ta’ Emerge Family Counselling Centre u Emerge Enterprise  Centre   fi   Blacktown  NSW.

 

Hija kienet ghalliema ukoll fi Blacktown TAFE.
 
Mhux difficli ghalhekk mill-esperjenza li akkwistat f’hajjitha li din il-mara tista’ tinduna malajr meta jkun hemm problemi li jistghu jeffettwaw il-familja. Qaltli hija dahlet fil-politika ghax temmen li tista’ taghmel differenza fil-livell tat-tfassil ta’ programmi u inizjattivi.
Waqt id-diskurstata ma’ Louise Markus MP kien hemm prezenti wkoll l-Onor Alan Cadman MP u Gerard Benedet, mill-ufficju taghha.
 
Nittama li f’Louise Markus, fil-Membru Federali ta’ Greenway NSW akkwistajna habiba ohra tal-komunita’ Maltija.

 
 
 Ghaxar snin ilu, delit fahxi
 

 Ghaxar snin ilu grat tragedja fahxija fis-subborg ta’ Fawkner, fit-tramuntana ta’ Melbourne liema tragedja ma tista’ tintesa qatt minn Mark Chetcuti ta’ dixxendenza Maltija, it-tfal u l-familja kollha tieghu. Kien il-jum fatali tal-5 ta’ Dicembru 1994 meta Fotios Diakonodis, li kien girien tal-familja Chetcuti f’Tyrell Crescent Faukner, ragel kwiet li ftit kien jafu dwaru hareg fit-triq bi xkubetta (semi automatic) f’idu u beda jispara lil kull ma jara quddiemu.

Donna Duvall, is-siehba ta' Mark Chetcuti meta semghet l-isparar harget biex tara x’qed jigri. Fotios, li dak il-hin kien qieghed jispara fuq karozza lemah lil Donna u dawwar il-mira tieghu lejha. Donna, dlonk dahlet tigri lura lejn id-dar. Ghalqet il-bieb ta' barra u stahbiet flimkien maz-zewg itfal taghha fil-kamra tas-salott. Fotios ma qatax qalbu u baqa' jfittex fejn dahlet Donna. Fil-gemb tad-dar sab tieqa miftuha u lemah lil Donna u lit-tfal Kaylah ta' hames snin u Jesse tarbija tat-twelid jistahbew imwerwrin. Minn wara l-purtiera spara tir fatali fejn laqat lil Donna fix-xewka ta’ darha u halliha ghall-mewt.

Sa dan it-tant il-pulizija armati bin-nar dawru lil Fotios minn kull naha izda ghaddiet     kwazi    siegha    qabel    ma

Due to web space restrictions this image has been removed
050307_KaylahJesse.jpg

Kaylah u Jesse wara li tilfu lill-Ommom

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050307_ JesseRhondaMarkKaylah .jpg

Jesse Rhonda Wilson Mark u Kaylah

 

ddecidew li jisparaw fuqu u qatluh. Sa dan it-tant Donna kienet qed tmut fis-salott u hadd ma seta jersah lejha.

Fotios spara u qatel ukoll lil Masalosalo Fiu ta’ 25 li kien fil-karroza fi triqtu lejn ix-xoghol. Fiu miet meta l-karozza tieghu habtet ma’ arblu tad-dawl.

Skond ma qal Mark Chetcuti lil Moreland Leader il-pulizija kienu ilhom jafu li Fotio Diakonidis kellu fil-pusses tieghu armi tan-nar hames snin qabel izda naqsu li johduhomlu.

Wara il-qtil ta’ Donna, intbghatu hafna donazzjonijiet ghall-familja Chetcuti fosthom $15,000 minn appell li ghamlu s-Salvation Army. Mark ukoll gie moghti dar tal-housing commission f’Glenroy. B’kollox il-familja gew moghtija $40,000. “Kulhadd beda jghina izda wara sitt xhur jien kont l-iktar persuna wahdi fid-dinja” qal Mark.

Skond rapport tal-habib taghna Charles Belli li tkellem ma’ Mark Chetcuti, l-ahhar kliem ta'  Donna qabel ma mietet

 

kienu “weghdni li dejjem izomm lit-tfal flimkien”. Ghaxar snin wara l-weghda nzammet ghax Kaylah u Jesse qeghdin jghixu flimkien ma’ missierhom Mark Chetcuti u mas-siehba tieghu Rhonda Wilson.

Due to web space restrictions this image has been removed
050307_JesseKaylah2004.jpg

Jesse u Kaylah 2004

 
 
 Fuq it-TV
 

 L-ismijiet ta’ nisel Malti issa bdew iktar jidhru f’kull sfera tas-socjeta Awstraljana, kull tant naraw ismijiet f’okazzjonijiet xejn sbieh izda f’hafna drabi naraw persuni ta’ nisel Malti li qed jaghmlu isem. Dan l-ahhar qrajna dwar ir-reporter ta’ Channel 9, Christine Spiteri li giet moghtija posizzjoni tassew prestigjuza minn dan l-iktar stazzjon popolari tat-TV fl-Awstralja. Christine Spiteri giet mahtura bhala il-korrispondenta gdid f’Los Angeles, l-uniku reporter mara li qed tmexxi ufficju gurnalistiku barra l-Awstralja fin--network ta’ Kerry Packer.

Christine Spiteri kienet tahdem bhala gurnalista mad-Daily Telegraph qabel ma daret ghat-TV. Dan l-ahhar kienet fl-aqwa taghha bhala gurnalista meta rrapportat taht pressjoni qawwija dwar it-tragedja tsunami. Missieri Christine, Charles Spiteri kien gurnalista maghruf fil-qasam sportiv, kontribut tal-gazzetta Soccer World u hadem ghal hafna snin bhala gurnalista u wkoll fil-management ma’ Cumberland Newspapers. Kien jikteb ukoll f’The Maltese Herald.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050307_SpiteriChristine.jpg

Christine Spiteri

 
 
 Zewgt ahwa u d-drogi
 

 Roberta ta’ 25 sena, il-mara ta’ l-akkuzat kap ta’ klikka kriminali Carl Williams dehret quddiem il-Qorti Magistrali ta’ Melbourne permezz ta’ video link minn Dame Phyliss Frost Centre. Hija qed tigi akkuzata b’27 atti ta’ frodi dwar credit cards. Roberta li meta kienet xebba kien kunjoma Mercieca ilha maqfula minn Ottubru meta nstabet hajta ta’ traffikar ta’ droga.

F’Jannar hija giet misjuba hatja u mmultata $2500 ghax ghamlet uzu minn Citibank credit card b’dettalji foloz. Zewgha Carl Williams ta’ 34 sena huwa akkuzat b’erba kazi ta’ qtil u jinsab maqful f’Barwon Prison.

Oht Roberta, Michella Mercieca minn St Albans se tghaddi guri wara li dehret quddiem il-Qorti Magistrali akkuzata bit-traffikar u pusses ta’ cannabis. Il-pulizija allegaw li Mercieca f’zewgt jiem f’April 2004 harget minn dar f’West Brunswick li kienu qed jghassu u kellha fil-pusses taghha marijuana. Mercieca harget bi plegg.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050307_WilliamsRoberta.jpg

Roberta Williams

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.