It-Tnejn, 21 ta' Frar, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Jgheleb l-izvantaggi ta’ hajtu
 

 L-izvantaggi li bdew mill-ewwel nifs ta’ hajtu ma zammewx lil Emile Barbara milli jilhaq il-miri tieghu. Ghalkemm mat-twelid tieghu l-pulmuni ma hadmux u ghal xi minuti l-ossigenu waqaf ukoll b’rizultat li Emile ghandu c-cerebral palsy, jigifieri kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ kordinament u movimenti f’partijiet ta’ gismu.
 
Izda dawn l-izvantaggi donnhom kienu ta’ spinta ikbar ghal dan it-tifel ta’ Rosemary u Charles Barbara mis-subborg ta’ St Albans qrib Melbourne.
 
Fl-eta ta’ 28 sena Emile Barbara diga kiseb zewg degrees. L-ewwel, baccellerat fl-arti u socjologija minn Victoria University u ftit ilu bhala Baccellerat fl-Arti fil-gustizzja kriminali mill-Royal Melbourne Institute of Technology.
 
Rosemary Barbara qalet li hija mhix sorpriza bid-determinazzjoni ta’ binha Emile ghax mit-twelid tieghu kellu jissielet ma’ kull saram li sab ma’ wiccu. Hija tinsab zgur li Emile se jibqa’ jistudja biex jikseb degree fil-ligi u ghalhekk tkun omm kburija meta tarah fil-qorti biex jiddefendi l-gustizzja u lil dawn inqas ixxurtjati minnu.

Ghalkemm waqt il-gradwazzjoni Emile Barbara kien l-istilla u hafna kienu dawk li qamu biex icapcpulu izda huwa jiftakar ukoll li meta beda l-iskola kellu jghaddi minn hafna diffikultajiet u diskriminazzjoni tant li sa anke spicca l-isptar.
 
Emile jghid li halef li mhux se jigi mbuttat minn hsibijiet negattivi u tghallem li jekk tahdem iebes fl-ahhar tasal. Huwa ghandu hsieb li jmur sa Malta ghal btala qabel ma jkompli jistudja l-ligi.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050221_BarbaraEmile.jpg

Emile Barbara

 
 
 Festa ta’ San Pawl f’NSW
 

 F’Penrose Park, Berrima fejn is-sacerdoti Pawlini ta’ nisel Polakk ghandhom santwarju tassew kbir il-Maltin stabilixxu wkoll kappella zghira ddedikata lejn missierna San Pawl. Ghalhekk kienet xierqa li l-festa ta’ San Pawl tigi ccelebrata f’dan il-lokal li huwa madwar saghtejn boghod mill-belt ta’ Sydney.
 
Gew organizzati buses mic-centri ta’ La Valette u l-Hamrun u ohrajn minn Canberra u Wollongong. Fost dawk li attendew kien hemm il-Kummissarju Gholi Dr Ivan Fsadni u l-familja tieghu u l-Konslu Generali f’NSW Joanna Pisani.
 
Il-qofol tal-festa kienet il-quddiesa bl-ghana Malti fuq tape li saret fil-knisja l-kbira f’nofs-in-nhar. Ic-celebrant kien Fr Leonard Testa li ghamel il-prietka wkoll dwar il-wasla ta’San Pawl f’Malta waqt li Fred Fenech qara l-ewwel u t-tieni qari. Saret ukoll purcissjoni bl-istatwa ta’ San Pawl.
 
F’dan is-santwarju ta’ Berrima hemm ghadd ta’ kappelli ddedikati li hafna qaddisin patruni ta’ diversi komunitajiet etnici f’Sydney u kif ghidna il-Maltin ghandhom kappella ukoll dedikata lil San Pawl.
 
Wara c-celebrazzjonijiet religjuzi kien hemm divertiment muzikali minn Fred Borg fuq il-keyboard. Kien hemm ukoll loghob tal-bocco, bingo u ikel Malti. Din l-attivita kienet organizzata minn Charles C. Mifsud minn Greystanes bl-ghajnuna ta’ Rose Bartolo, Doris u Paul D’Amato u Mary Mizzi.

Due to web space restrictions this image has been removed
050221_SanPawl1.jpg

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050221_SanPawl2.jpg

L-istatwa ta’ San Pawl waqt il-purcissjoni

 

Xi whud mill-Maltin li attendew

 
 
 Esibizzjoni f’Canberra
 

 Il-Ministru Federali Awstraljan responsabbli mill-Affarijiet Multikulturali, John Hargreaves waqt li habbar l-2005 National Multicultural Festival li saret f’Canberra f’dawn l-ahhar jiem qal li se jkun hemm esibizzjoni “Malta 24/7” li hija wirja ta’ ritratti mehudha minn tim ta’ 21 fotografu internazzjonali li fosthom hemm ukoll Maltin. Dawn gew mitluba biex jiehdu ritratti ta’ nies Maltin kontinwament ghal gimgha shiha. Gew mehuda ritratti f’kull villagg li skond il-Ministru jaghtuna rizultat ta’ xeni li huma mimlija kuluri, kultura u l-qalb ta’ Malta kontemporanja.
 
Il-Ministru qal ukoll li l-Awstralja ghandha l-ikbar popolazzjoni ta’ Maltin barra Malta u minn dawn madwar 300 Maltin jghixu fl-inhawi ta’ l-ACT (Canberra). Qal li jinsab cert li din l-esebizzjoni se jkollha sinifikat specjali ghal Maltin-Awstraljani. L-esibizzjoni qed tigi ko-ordinata mit-Tuggeranong Community Arts Centre ta’ Canberra.

 
 
 Xoghol ghal Christian Zahra
 

 Ghalkemm kien hemm kritika ta’ “jobs for the boys” il-Gvern ta’ l-iStat ta’ Victoria ta’ Steve Bracks ghadu kemm impjega lil eks Parlamentarju ta’ nisel Malti, Christian Zahra (ritratt) ta’ 31 sena bhala direttur fuq il-board ta’ VENCorp b’salarju ta’ $37,000 fis-sena f’kuntratt ghal tlett snin li jispicca f’Lulju 2007.
 
Christian Zahra li huwa meqjus bhala politiku ta’ stoffa izda kien l-uniku membru Parlamentari ta’ l-ALP f’Victoria li tilef is-siggu tieghu fl-elezzjoni tad-9 ta’ Ottubru 2004.
 
Il-Ministru ghal Energija, Theo Theophanous qal li l-appuntament ta’ Zahra f’din l-entita’ ta’ l-iStat kien wiehed skond il-mertu ghax huwa ghandu hafna esperjenza fl-industrija ta’ l-energija u hadem fil-qrib f’dan is-settur f’La Trobe Valley. Huwa dam ukoll sitt snin bhala l- Membru Federali ta’ l-elettorat McMillan.
 
Christian Zahra kien ukoll l-uniku Membru mwieled f’Malta fil-Parlament Federali Awstraljan qabel ma gie meghlub. Issa ma hemmx Maltin fil-Parlament Federali ghalkemm hemm zewg Parlamentari li ghandhom in-nisa taghhom Maltin. Dawn huma Bob Sercombe minn Melbourne u Chris Bowen minn Sydney.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050221_ZahraChristianMP.jpg

 Christian Zahra

 
 
 Ktieb dwar il-politika barranija ta’ Malta
 

Due to web space restrictions this image has been removed
050221_GauciVictor.jpg

Victor Gauci

 

 Victor Gauci, eks kap tad-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u eks Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Awstralja (1987-1991) ghadu kemm illoncja l-ktieb tieghu The Genesis of Malta’s Foreign Policy fl-Universita ta’ Victoria. Dan l-awtur kien, tul il-karriera tieghu diplomatiki ta’ hila u serva ghal hafna snin bhala rapprezentant permanenti ta’ Malta fin-Nazzjonijiet Maghquda. Xi ftit snin ilu kien kiteb ktieb iehor ukoll dwar l-istorja ta’ tas-Sliema. Victor Gauci li huwa mizzewweg Awstraljana llum huwa rtirat u joqghod f’Northern Beaches ta’ Sydney.

The Genesis of Malta’s Foreign Policy jaghti harsa fil-fond ta’ kif il-politici Maltin, id-diplomatici u l-istituzzjonijiet governattivi holqu strategiji biex jilqghu l-isfidi li sab quddiemu stat zghir li kien ghadu kemm sar indipendenti.

Waqt ic-cerimonja ta’ l-illoncjar tkellem l-acting Vici Kancellier ta’ l-Universita’ ta’ Victoria, Prof Richard Carter waqt li Prof Ron Adams tkellem fid-dettal dwar il-ktieb. Tkellmu ukoll Dr Ivan Fsadni u l-awtur stess.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.