|
Joseph
A. Xerri fl-Awstralja |
| |
|
Il-gazzetta
nazzjonali li tohrog kull gimgha fl-Awstralja hija istituzzjoni
u ilha tohrog bla waqfien ghal dawn l-ahhar 43 sena kontinwament.
Mhux biss hija maghrufa fl-Awstralja izda anke f’Malta. Fl-istorja
ta’ l-emigrazzjoni, qatt hadd ma rnexxilu jzomm gazzetta
bil-lingwa Maltija barra x-xtut ta’ Malta ghal 43 sena shah.
Mhux xi fuljett ta’ erba pagni jew xi tqanziha li tohrog kultant
izda gazzetta serja li tohrog kull gimgha b’20 faccata.

Kif ghidna, fin-natura taghha din il-gazzetta kellha bzonn izomm
ir-relazzjonijiet fil-qrib ma’ Malta.

Fl-ahhar harga ta’ The Maltese Herald insibu editorjal iddedikat
lil wiehed mill-kolonni ta’ din il-gazzetta li jghix f’Malta u
li wara tant zmien thajjar jaghmel zjara qasir fl-Awstralja.
Dwar din il-persuna The Maltese Herald kitbet hekk:

F’kull organizazzjoni, f’kull ghaqda dejjem ikun hemm min jahdem
minn wara l-kwinti, min jaghti daqqa t’id mhux necessarjament
biex jidher izda ghax ihoss li dak li jkun qieghed jaghmel ikun
qed jaghmlu bhala missjoni. Ma tul l-ahhar 44 sena ta’ din
il-gazzetta kellna persuni li hadmu u stinkaw biex The Maltese
Herald mhux biss tkun it-tarka ta’ l-emigranti fl-Awstralja,
mhux biss biex tkompli tohrog kontinwament ghal dawn is-snin
kollha izda biex tibqa’ l-aqwa holqa bejn dawk li hallew
pajjizhom u huthom u l-qraba taghhom f’Malta.

Wara dawn is-snin kollha nixtiequ naghtu merbha fl-Awstralja
lil Joseph A. Xerri, ghalliem, storiku, awtur u gurnalista
mill-aqwa li bla dubju huwa kolonna li fuqha nbniet The
Maltese Herald. Tul il-hajja ta’ din il-gazzetta Joseph A.
Xerri kien il-vuci taghna f’Malta. Irrapprezentana fl-aqwa
okazzjonijiet, thabat u hadem biex izomm l-isem ta’ The
Maltese Herald fl-oghla sfera tal-gurnalismu f’Malta. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050214_LinoLD_Xerri2.jpg |
|
|
Lino Vella, Joseph A. Xerri u Lawrence Dimech |
| |
|
Fil-bidu ta’ din il-gazzetta meta l-mezzi
tal-komunikazzjonijiet ma kienux facli daqs kemm huma illum
Joseph A. Xerri kien jibghatilna l-ahbarijiet u kull haga li
kien ikollna bzonn. Huwa beda u zamm ir-relazzjonijiet
zonqrija li ghandna ma’ l-Union Press u relazzjonijiet tajba
wkoll ma sorsi gurnalistici u governattivi ohra f’Malta.

Joseph A. Xerri ghamel dan waqt li naqqax karriera brillanti
ghalih fil-qasam ta’ l-edukazzjoni f’Malta fejn lahaq
surmast, Education Officer u finalment Assistent Direttur ta’
l-Edukazzjoni. Ghal hdax-il sena shah huwa kien l-Ufficjali
ghar-Relazzjonijiet Pubblici tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni
f’Malta. Daz-zmienijiet ghalkemm irtirat huwa visiting
lecturer fl-Universita’ ta’ Malta, fil-Fakulta ta’ l-Edukazzjoni.

Huwa ilu wkoll segretarju ta’ l-Ghaqda Maltese/Australian
Association f’Malta ghal dawn l-ahhar ghaxar snin, l-ghaqda
li l-fundatur
taghha huwa |
|
|
Nicholas Bonello li wkoll kellu assocjazzjoni mill-qrib
ma’ The Maltese Herald ghal hafna snin.
Ghalkemm The Maltese Herald ghal hafna snin xtaqet li
Joseph A. Xerri jigi jzurna fl-Awstralja izda minhabba
x-xoghol u d-dedikazzjoni tieghi lejn s-sistema
edukattiva ta’ Malta qatt ma seta’ jaghmel dan. Fl-ahhar,
wara assocjazzjoni ta’ madwar 43 sena ma’ din
il-gazzetta lqajna fostna lil dan il-kollega taghna li
sintendi hu akkumpanjat mal-mara tieghu, Marlene li
dejjem hadmet id f’id mieghu. Ghax kifjghidu wara kull
ragel li jikseb success ghandek issib mara dedikata li
daqsu haqqha l-apprezzament u t-tifhir taghna.
Lil Joseph A. Xerri, kollega u habib naghtuh merhba
sinciera. Joe “l-Ghawdxi” kif huwa maghruf f’Malta
ghandu zewgt hutu joqghodu f’Victoria u z-zjara tieghu
kienet iktar iffukata f’dak l-iStat fejn
kellu wkoll l-opportunita’ li
|
|
|
|
 |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050214_XerriDinner.jpg |
|
|
Waqt l-ikla jidhru mix-xellug: Lino Vella, J.A. Xerri,
Lawrence Dimech, Charles u Rita Kassas,
Marlene Dimech u Marlene Xerri |
|
|
jkun il-mistieden
tal-Maltese Historical
Association fejn indirizzhom dwar l-istorja ta’ l-izvillup
edukattiv f’Malta.
Grazzi Joseph A. Xerri tal-kontribut enormi li tajt lil din
il-gazzetta u ghalhekk ikun xieraq li nirringrazzjawk u
niddedikaw dan l-editorjali ghalik ghax haqqek tassew.
F’okazzjoni organizzat minn The Maltese Herald iz-zewg edituri
li qatt kellha din il-gazzetta jigifieri Lino Vella u Lawrence
Dimech ipprezentaw plakka ta’ lil Joseph A Xerri li tfakkar l-konnessjoni
tieghu mal-gazzetta tul 43 sena shah (ara ritratt). |
|
| |
|
|
|
|
|
Mewt ohra |
|
|
|
Ftit
ilu thabbret il-mewt ta’ Joseph Aquilina li jigu missier
l-iSpeaker ta’ l-Assemblea Legislattiva ta’ NSW, l-Onor
John Aquilina. Il-funeral sar fil-knisja ta’ St
Patrick’s Blacktown NSW fejn madwar 18-il xahar ilu kien
sar il-funeral ta’ Anne, il-mara ta’ John Aquilina MP.
Joseph Aquilina twieled l-Imsida 81 sena ilu u f’April
1949 izzewweg lil Stella
Scicluna minn tas-Sliema. Huma kellhom tlett itfal izda
wiehed minnhom miet ftit wara t-twelida.
Joseph u Stella flimkien maz-zewgt itfal, John u Charles
emigraw lejn l-Awstralja f'jum il-Karnival 1956 fuq
il-vapur Arosa Kulm. Joseph kien diskritt minn ibnu John
f'diskorss ta' l-okazzjoni bhala persuna privata li qatt
ma fittex il-hajja socjali. Kien bniedem serju u li
spikka
fis-sengha tieghu li bdiet bhala shipyard |
 |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050214_Aguilina&Children.jpg |
|
|
Jidher l-Onor John Aquilina mat-tlett itfal
tieghu, Bridget, Bebe, Jeremy |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050214_AquilinaJoseph.jpg |
|
|
Joseph Aquilina
(missier l-Onor J. Aquilina MP) |
| |
|
fid-Dockyard ta’
Malta. Eduka lilu nnifsu, kien intiz ferm fl-istorja
politika u kien dejjem ta’ ezempju tajjeb lill-familja
tieghu. F’dawn l-ahhar tlett snin Joseph Aquilina sofra
hafna bl-artrite u kien kwazi dejjem f’siggu tar-roti.
F’Dicembru tas-sena l-ohra huwa ghamel operazzjoni serja li
ghalkemm kienet success izda tfaccawlu komplikazzjonijiet
ohra u finalment miet fit-28 ta’ Jannar 2005.
Ghal funeral tieghu kien hemm prezenti ghadd ta’ dinjitarji
mill-qasam politiku, fosthom ukoll Ministri ta’ l-Istat,
politici rtirati, il-Konsli Generali ta’ Malta u tal-Croatia
u ghadd mhux hazin ta’ Maltin minn kull naha tas-socjeta. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jigbru iktar fondi ghall-vittmi
tas-tsunami |
|
|
|
Mario
Sammut u Lewis Stafrace, zewg membri ferm attivi u habrieka
tal-komunita’ Maltija f’Melbourne ftehmu flimkien biex jaghmlu
sforz qawwi biex jigbru flus ghal Australian Red Cross Asia
Appeal. L-idea irnexxiet tassew. Gie organizzat ballu kbir
fil-Luxor Reception Centre f’Sydenham u minnu ngabru $15,000 li
kollha marru biex jghinu lill-vittmi tat-tsunami.

Laurie Galea, il-propjetarji tal-Luxor kien ta’ ghajnuna kbira
biex intlahaq dan il-ghan. Din il-funzjoni tidher li kellha
ghajnuna minn bnadi ohra bhal Brinbank City Council, St Albans
Good Friday Committee u l-komunita Maltija fin-nahat ta’
Brinbank u Melton. Tant kien success dan l-appell li kien hemm
attendenza ta’ madwar 600 persuna. Jidher li l-Maltin generuzi
kull fejn jghixu u ta’ dan ghandna nkunu kburin ghax quddiem
talbiet ghal bzonn dejjem inwiegbu bi hgarna.

L-organizzaturi fahhru wkoll il-koperazzjoni li rcevew mill-programmi
tar-radju bil-Malti f’Melbourne.

Fir-ritratt jidhru Lewis Stafrace (xellug) u Laurie Galea waqt
il-preparazzjoni tal-ballu li halla qliegh ta’ $15,000. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050214_Stafrace&Galea.jpg |
|
|
Joe Stafrace (xellug)
jidher ma' Laurie Galea |
|
|
|
|
|
|
|