It-Tnejn, 7 ta' Frar, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Cittadinanza zoppa
 

 Il-Maltin li jghixu barra minn Malta u zammew ic-cittadinanza Maltija, hafna drabi taht difficultajiet kbar u b’hafna zvantaggi ghalihom fil-pajjizi fejn jghixu, indunaw li anke l-Iraqini li jghixu fl-Awstralja gew moghtija d-dritt li jivvutaw fl-elezzjoni tat-30 ta’ Jannar 2005 li saret fl-Iraq, l-ewwel wahda wara l-waqa’ tar-regim ta’ Saddam Hussien.

Fl-Awstralja hawn madwar 50,000 Iraqin, kwazi daqs kemm hawn Maltin li emigraw minn Malta. Ghalkemm minn dawn madwar 11,800 biss irregistraw biex jivvutaw fil-hames centri li gew organizzati fil-belt ta’ Sydney izda ghal darba ohra c-cittadini ta’ pajjiz li jghixu barra  minn  pajjizhom  gew  moghtija d-

 

dritt legali taghhom li jivvutaw, li jipparticipaw fil-process demokratiku ta’ pajjizhom.

Huwa argument sod dak li jekk int zammejt ic-cittadinanza ta’ pajjizek mhux sewwa u l-inqas hu gust li l-istess pajjizek jittrattak bhala cittadin inferjuri, cittadin tat-tieni klassi u fuq kollox jichdek mid-dritt tal-vot, dritt li ghandu kull cittadin. L-Ingliz jaghtu dan id-dritt lic-cittadini taghhom, hekk jaghmlu wkoll il-Pollakki biex insemmi biss zewg pajjizi.

Izda ahna l-Maltin li emigrajna biex ghamilna l-wisa’ li dawk li hallejna warajna biex dawn  ikunu  jistghu  jghixu

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050207_IraqVote.jpg

L-Iraqini qed jivvutaw f'Sydney

 

iktar komdi, qatt ma gejna moghtija d-dritt tal-vot. Tawna biss speci ta’ cittadinanza zoppa! X’tiswa cittadinanza jekk ma ghandekx dritt li tiehu sehem fl-aqwa process ta’ pajjizek li tant jghozz id-demokrazija?

 
 

 Unuri f’Jum l-Awstralja

 

 Kull sena f'Jum l-Awstralja, l-Gvern Federali jaghti gieh lic-cittadini ta’ dan il-kontinent bl-unuri hekk  imsejha "Order of Australia". Dis-sena gew onorati 798 persuni f’diversi divizzjonijiet li ghandha din l-ordni. Fost dawk li gew onorati kien hemm 59 atleta li rebhu midalji tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Ateni.

L-uniku Malti li sa fejn naf ghamel il-lista ta’ l-unuri f’NSW huwa t-tabib George Boffa maghruf sewwa f’NSW specjalment fil-qasam tas-sahha u welfare. It-Tabib Boffa li huwa anaesthetist spikka fix-xoghol tieghu mhux biss fil-komunita’ Maltija izda wkoll ghal kontribuzzjoni tieghu f’oqsma ohra tal-komunita’ fejn tidhol is-sahha u l-kura ta’ l-anzjani. Huwa gie moghti l-OAM (Order of Australia Medal).

Dr Boffa huwa clinical senior lecturer fl-Universita ta’ NSW u Visiting Medical Officer f’diversi sptarijiet. Ghamel ukoll zmien twil bhala konsulent inkarigat mis-servizzi anestetici fl-isptarijiet Wesley u St John of God Private Psychiatric. Kien direttur ta’ l-anestasija u kura intensiva fl-isptar Lewisham.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050207_DrBoffa.jpg

Dr George Boffa

 

Izda l-unur li rcieva kien iffukat iktar dwar ix-xoghol voluntarju u siewi li ghamel fost il-komunita’ Maltija fejn diga xandar elf segment dwar is-sahha fuq ir-Radio SBS bil-lingwa Maltija mill-1978 l hawn. Minn zmien ghal zmien jikteb ukoll artiklu ta’ interess f’The Maltese Herald u anke f’The Times ta’ Malta.
 
Huwa kien President ta’ St Dominic’s Village Association mill-1983 sal-1988 u nstigatur fost ohrajn  biex taw  bidu  ghal

 

dan il-villagg li hemm f’Walters Rd Blacktown NSW.

Huwa attiv ukoll ma’ La Valette Social Centre fil-qasam tal-welfare u wiehed mill-ahjar kelliema li ghandna fil-komunita’ dwar suggetti kemm ta’ sahha, xjuhija, edukazzjoni u religjon. Huwa serva ghal sena bhala Vici President ta’ l-Ghaqda Past Pupil of Don Bosco ta’ NSW. Ilu wkoll Justice of the Peace mill-1991.

It-tabib Boffa, barra l-Awstralja pprattika l-medicina f’Malta, Danimarka, l-Ingilterra u l-Afrika bejn 1960-1970. Huwa membru attiva tas-Sovereign Military Order of Malta (SMOM) waqt li jamministru t-tqarbin bhala ministru specjali fil-parrocca ta’ St Vincent fejn joghqod gewwa Ashfield NSW. Nafuh ukoll bhala l-kummentatur fil-festi religjuzi li jsiru fil-Katidral ta’ St Mary’s fl-okazzjoni tal-festa tradizzjonali tal-Vitorja.

Kien unur misthoqq lil Malti li dejjem hadem biex il-komunita’ Maltija tigi moghtija ghajnuna u specjalment biex inkunu ferm iktar informati dwar il-htegijiet tas-sahha u x-xjuhija taghna. Nawgurawlu.

 
 
 Problemi b’dawk illegali
 

 Fl-Awstralja hawn iktar persuni illegali ta’ dixxendenza Amerikana u Ingliza minn kull nazzjoni iehor, tant li n-numru jilhaq 10,000 sa Gunju 2004 jigifieri wiehed minn kull hamsa ta’ dawk li qaghu hawn wara li ghalqitilhom il-visa. Kien hawn 3900 Cinizi, 3000 Indonseini u 2800 mill-Koreja t’Isfel li kienu illegali. Il-popolazzjoni ta’ l-Awstralja lahqet ukoll 20.1 miljun sa l-ahhar ta’ Gunju 2004. L-Awstralja ghandha problema kbira ghax madwar 29,000 haddiema tas-sengha telqu mill-Awstralja. Fil-fatt dan it-total lahaq 59,078 ta’ persuni li hallew l-Awstralja ghal kollox

 
 
 Id-dizastru tsunami
 

 Waqt li gimghat wara dak li gara kawza tat-tsunami ghadna nisimghu b’iktar nies misjuba mejta u stejjer ohra ta’ persuni li salvaw. Gazzetta lokali semmiet lil Paul Galea li rega’ lura lejn il-belt ta’ Melbourne, l-Awstralja biex jghid l-istorja tieghu. Huwa inqabad meta flimkien mat-tifel u tifla tieghu kienu qeghdin jieklu l-breakfast f’Merlin Beach Resort f’Phuket. Waqt li kien qed jipprova jehles mill-ilmijiet qawwija, flimkien ma wliedu zelqu f’hofra u sabu ruhom f’3 metri ilma. Paul qal li kien wiehed strangier li rnexxilu jehles lit-tifla tieghu u wara ghadd ta’ attentati rnexxilu hu wkoll jehles lit-tifel tieghu minn mumenti tassew tal-biza’. Flimkien ma’ xi ohrajna damu jimxu sieghat sakemm sabu nahat iktar gholjin u post fejn jistkennu.

 
 
 U fl-ahhar…..
 

 ......Il-festival Moomba li jsir fil-belt ta' Melbourne hu avveniment specjali ghal dawk li joqoghdu f’din il-belt, il-kapitali ta, l-iStat ta' Victoria. L-istorja miktuba minn Gejtu Deguara minn

Due to web space restrictions this image has been removed
050207_Deguara.jpg

Waterfest giet maghzula fost mijiet ta' kontribuzzjonijiet biex tidhol fil-website fi progett mniedi biex jinstabu l-ahjar memorji ta. din ic-celebrazzjoni.
 
Gejtu Deguara li huwa wkoll is-segretarju ta’ l-Ghaqda San Gejtanu ta’ Melbourne kiteb li l-Moomba hija specjali ghalih  ghax  kienet l-ewwel   festival   li   ra  meta

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050207_CentStation.jpg

Dehra mill-belt ta' melbourne fejn isisr il-festa Moomba.
Flinders Street Railway Station

 

wasal l-Awstralja f’Marzu 1955. Kiteb ukoll li meta twieled ibnu, John Charles hadu ghal Moomba meta kellu biss hames gimghat. Jekk tridu taghrif dwar il-Moomba idhlu fil-website  www.moombawaterfest.com.au.

 
 

 ......Ghal darba ohra fi zmien ta’ hames xhur persuni mhux maghrufa dahlu b’forza fil-sala principali tal-Melita Stadium Complex f’South Granville NSW li jinsab taht il-grandstand billi kissru xi bricks mill-istess tieqa li kienu dahlu qabel u immiraw lejn il-Bar. Ghalkemm il-cash register kien vojt izda xorta serquh flimkien ma’ ghadd ta’ flixken tax-xorb. Il-hsara gie ikkalkulata ghal $3,000. Dawn l-attentati ta’ serq qeghdin ifixklu l-progress li qieghed jaghmel dan il-klabb almenu jekk mhux fil-qasam tas-soccer izda fl-amministrazzjoni.

 
 

 ......L-Australian Labor Party fli sfera federali hatru mill-gdid lil Kim Beazley (minn Western Australia) bhal l-mexxej taghhom wara r-rizenja ta’ Mark Latham. Fl-1996 Beazley gie mahtur mexxej ta’ l-ALP ghall-ewwel darba izda wara li tilef zewg elezzjonijiet gie mibdul ma’ Simon Crean fl-2001.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.