|
Mexxej
iehor jirrizenja |
| |
|
Wara biss 13-il
xahar bhal mexxej ta’ l-Australian Labor Party, Mark Latham
il-Membru Parlamentari ghal Werriwa f’NSW irrizenja mhux biss
bhala mexxej izda wkoll bhala membru wara li kien ilu
fil-Parlament Federali ghal 11-il sena.
Bhala mexxej ta’ l-ALP Mark Latham tilef l-elezzjoni federali ta’
Ottubru 2004.
John Howard u l-Partiti tieghu jzidu l-maggoranza tas-siggijiet
u ghall-ewwel darba f’20 sena rebhu maggoranza assoluta
fis-Senat.
Mark Latham li ghad ghandu biss 43 sena gie moghti t-tmexxija ta’
l-ALP f’Dicembru 2003 u pproklamat bhala l-mexxej
tal-generazzjoni gdida izda ghalkemm deher mill-ewwel li dan
iz-zghazugh kap kien qieghed ifixxkel sewwa lill-forzi
konservattivi izda fil-politika Awstraljana
la tigi ttimbrat |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050131_LathamMark.jpg |
|
|
Mark Latham |
| |
|
“kontra l-Amerikani” ma ddumx wisq biex ifarkuk.

Ir-raguni ufficjali moghtija
minn Mark |
|
|
Latham kienet li tul iz-17-il sena fil-hajja pubblika kellu
jikkumbatti ma’ zewg mewgiet qalila f’sahhtu li setghu
difnuh. Waqt il-kampanja elettorali 2004 Mark Latham sofra
attakk tal-pancreatitis liema attakk rega’ zbroffa dan l-ahhar
b’rizultat li waqt it-tragedja tat-tsunami kien marid
serjament u ma hax parti attiva f’isem l-ALP.
Fl-istqarrija li ghamel fit-18 ta’ Jannar 2005 qal li jrid
jiehu hsieb sahtu ahjar u jgawdi lill-familja tieghu u
ghalhekk se jirrizenja kompletament mill-hajja politika.
Sa kemm jidher dan l-artiklu jkun diga thabbar ir-rizultat
ta’ elezzjoni ohra biex jinstab mexxej tal-Partit Laburista
Federali. Dak ikun il-hames mexxej f’dawn l-ahhar 10 snin.
L-ohrajn kienu: Paul Keating, Kim Beazley, Simon Crean u
sintendi Mark Latham. |
|
|
| |
|
|
|
|
|
Habsi jirbah kaz kontra l-Gvern |
|
|
|
Persuna
ta’ tendenzi kriminali minn Melbourne li jgib isem Malti, gie
mehlus wara battalja persunali li fiha kixef li kien hemm ghadd
ta’ prigunieri li kienu qed jinzammu l-habs illegalment.
Paul Psaila li halla l-iskola f’Year 11 kellu l-hila jargumenta
il-kaz tieghu quddiem QC fil-Qorti Suprema ta’ Queensland.
Ir-ricerka li ghamel fic-cella tieghu tista’ twassal biex 40
prigunieri ohra jigu mehlusa u mijiet ohra titnaqsilhom is-sentenza.
Bhala rizultat Psaila gie mehlus mill-habs f’Ipswich Qld, 10 xhur qabel
ma’ l-awtoritajiet qalu li kellu jigi mehlus. |
|
|
Meta kellem lil wahda mill-gazzetti ta’ Melbourne mid-dar
tieghu f’Lalor Victoria, Paul Psaila stqar li qatt ma
kien jobsor li individwu bhalu seta’ johodha kontra
dipartiment tal-Gvern u jirbah. “Ninsab grat li nghix
f’pajjiz fejn il-vuci tieghi giet mismuha ghalkemm jien
habsi.
Paul Psaila gie mibghut il-habs fl-1997 fuq akkuza ta’
serq u gie moghti parole sena wara. Huwa kiser l-obbligu
tal-parole billi mar lura lejn Melbourne wara sentejn.
Huwa gie arrestat fl-2003 u mibghut lura lejn
Queensland.
Fir-ricerka tieghu Psaila sab li
flimkien |
|
ma’ prigunier ohra huwa nzamm maqful iktar milli kien
suppost wara li l-burokratici interpretaw hazin it-tibdil
li sar fi Queensland Correction Service Act tas-sena
2000.
Taht ir-regoli ta’ l-att il-qadim, iz-zmien li prugunier
jiskonta waqt li jkun on parole ma kienx jghodd jekk
jiksru ir-regoli tal-parole. Dan kien ifisser li Psaila
gie meqjuz li serva biss sena meta gie mibghut lura lejn
Queensland.
L-imhallef qabel ma’ Paul Psaila li skond l-att il-gdid
huwa kien intitolat ghaz-zmien li serva sa kemm
il-kundizzjonijiet tal-parole gew miksura. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-Grupp ta’ Dacyville |
| |
|
Dejjem
hu il-pjecir tieghi minn dawn il-kolonni li nuri lill-qarrejja
kemm fl-Awstralja u anke f’Malta bl-attivitajiet taghna l-Maltin
fl-Awstralja. L-attivitajiet ma jsirux biss mill-ghaqdiet
il-kbar u minn dawk li ghandhom il-facilitajiet taghhom. F’kull
rokna ta’ l-Awstralja nsibu gruppi ta’ voluntieri li lesti biex
jghinu lill-huthom, jlaqqghhom regulari f'attivitajiet socjali
fejn dawk li jattendu |
|
|
jkunu
jistghu jghaddu ftit sieghat flimkien f’ambent Malti.
Din il-gimgha niltaqghu ma’ grupp attiv
ferm li ilhom jiltaqghu f’Botany Migrant Centre
fis-subborg ta’ Dacyville fil-lvant ta’ Sydney
ghal hafna snin tant li fi
Frar ta’ din is-sena jkunu ilhom jiltaqghu
regulari ghal 8 snin shah. |
|
Dan
il-grupp jiltaqa’ kull l-ahhar Erbgha tax-xahar u ghandu
madwar 28 membru. Hafna minn dawk li jattendu huma nisa
romol izda hemm ukoll xi rgiel. Doris Scicluna tiehu hsieb
li wkoll li kull tant zmien imorru jzuru postijiet ta’
interess bil-coach, tirrangalhom biex ikun hemm kelliema fuq
diversi suggetti ta’ interess kemm socjali u anke dwar sahha,
edukazzjoni u servizzi socjali. |
|
|
 |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050131_DacyvilleGroup.jpg |
|
|
Il-Grupp ta’
Dacyville |
|
|
|
|
|
|
|
Pittura ta' Sindku |
|
|
|
Il-Kunsill
ta’ Maribyrnong fin-nahat ta’ Melbourne ghadu kemm iccelebra l-ghaxar
anniversarju u fl-istess hin fakkar ukoll l-ewwel Sindku billi
kixfu tpingija sabieha u kbira ta’ Mai Ho li kienet ukoll l-ewwel
Sindku u kunsilliera ta’ dixxendenza Vjetnamiza. Mai Ho harbet
bhala refugjata minghajr sold minn art twelidha fl-1980.
Fl-Awstralja bdiet negozju u ggradwat bl-MBA waqt li giet eletta
bhal kunsilliera. Il-pittur li gie nkarigat minn din il-bicca
xoghol artistika li qamet $11,000 huwa Paul Borg liema pittura
se tigi mdendla mal-hitan tat-Town Hall flimkien ma’ sindki ohra
ta’ Footscray li jmorru lura ghas-seklu 19.
Paul Borg li jahdem bhala art teacher fl-Universita ta’ Victoria
qal li l-pittura fiha hafna simbolizmu. Huwa qal li pinga lil
Mai Ho bhala persuna genwina tas-subborgi izda waqt is-sessjonijiet
maghha sab li hija persuna analetika, serja izda ferrieha dejjem. |
 |
| |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050131_BorgPaul.jpg |
|
|
Fir-ritratt
jidher il-pittur Paul Borg flimkien ma’ Mai Ho persunali u
fit-tpingija.. |
|
|
|
|
|
|