It-Tnejn, 24 ta' Jannar, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Radiothon ta’ l-SBS Radio f’NSW u Victoria
 

 Ma jistghax ikun li ma nikkumentawx fuq it-tragedja Asjatika li werwret lid-dinja l-ghada tal-Milied 2004. Id-dinja quddiem din il-hruxija wigbed bi hniena kbira. Taru mar-rih il-hafna differenzi bejn ir-razzez, bejn ir-religjonijiet, bejn l-idejologiji. Rajna mhux xaqq ta’ dawl izda kewkba kbira ta’ tama. Il-Gvern Federali tal-pajjiz fejn nghix jien ghalkemm b’popolazzjoni ta’ biss 19-il miljun, offra biljun dollaru Awstraljan bhala ghajnuna u kienu l-ewwel nies li dahlu fl-Asja biex jaghtu l-ghajnuna. Ahna li nghixu barra konna kburin ferm bil-kontribuzzjoni ta’ pajjizna. Qatt ma ddubitajna mill-generozita’ tal-poplu Malti.

Bla dubju l-aktar programmi popolari tar-radju bil-lingwa Maltija fl-Awstralja huma dawk iffinanzjati mill-Gvern Federali u mxandra fuq bazi nazzjonali permezz ta’ l-SBS Radio. Ma setghax jonqos ghalhekk li dan l-istazzjon iniedi radiothon mhux ghal Maltin biss izda ghall-programmi l-ohra kollha li jxandru bil-lingwi l-ohra ta’komunita’ multikulturali.

Il-programmi fuq ir-Radju ta’ l-SBS gabru ‘l fuq minn $1.4 miljun dollaru ghall-vittmi li ntlaqtu mat-tragedja tal-maremot l-ghada tal-Milied. Il-programm Malti fuq ir-Radju ta’ l-SBS kien Radiothon. Fih ingabru fondi ghall-vittmi   tal-maremot   li   laqat   lill-Asja   u

 

Joe Axiaq jitkellem ma’ wiehed mill-voluntiera waqt ir-Radiothon.

 

qatel eluf ta’ nies u halla eluf ohra minghajr dar u affarijiet essenzjali ghal hajja ta’ kuljum.
 
Fil-programm li xxandar bejn nofs in-nhar u s-siegha u li kien qed jasal ghall-komunitajiet Maltin ta' Victoria u New South Wales il-Maltin kienu mitluba jcemplu u jaghtu donazzjoni ta’ flus permezz ta' World Vision. Mijiet ta’ Maltin wiegbu ghal din is-sejha. Fi programm ta’ siegha  ngabru 'l fuq minn

 

$23,000, tant li Joe Axiaq u Marlene Galea li kienu qeghdin jipprezentaw il-programm minn Melbourne ma setghux ilahhqu mal-qari tad-donazzjonijiet. Id-donazzjonijiet mill-ghaqdiet u l-komunita’ Maltija baqghu jinghataw wara l-programm biex b’kollox issa ngabru fuq il-$A31,000.
 
Joe Axiaq li mexxa l-programm qalilna li l-generozita’ tal-Maltin ta’ l-Awstralja, dejjem tkun kbira f’Radiothons li

Dawk il-voluntieri li taw l-ghajnuna taghhom biex ingabru $31,000
mir-Radiothon ta’ l-SBS Radio f’NSW u Victoria.

 

jorganizza l-SBS, imma ghal dan id-dizastru l-Maltin verament fethu qalbhom u bwiethom. Fil-jumejn mindu thabbar fil-programmi li se jsir ir-Radiothon, ghaqdiet Maltin organizzaw attivitajiet u raffles biex jingabru fondi ghar-radiothon.

Hafna voluntiera Maltin li kienu bil-vaganzi marru apposta fl-istudios ta’ l-SBS f’Federation Square Melbourne biex iwiegbu t-telefon waqt ir-Radiothon. Waqt il-programm Marlene Galea, tkellmet mal-kap tal-programmi Indonezjani fuq l-SBS li ddeskriva s-sitwazzjoni f’Aceh u kif il-korrispondent tal-programm taghhom, il-mara tieghu u t-tifel inkinsu mill-mewg mal-bqija ta’ dawk li kienu joqoghdu fl-istess inhawi ta’ Banda Aceh.

 
 

 Bdil fil-ligi tac-cittadinanza Awstraljana

 

 Mhux l-ewwel darba li kkummentajt dwar is-Southern Cross Group u fahharthom ghal mod professjonali li mexxew il-kampanja taghhom biex dawk it-tfal tal-Maltin li twieldu l-Awstralja izda kellhom jigu lura Malta fi zmien meta l-ligijiet tac-cittadinanza f’Malta kienu antikwati jergghu bi dritt jakkwistaw ic-cittadinanza Awstraljana. Sfortunatament mhux il-komunita’ Maltija kollha fl-Awstralja gharfet din il-htiega u mhux kulhadd ta l-appogg tieghu.
 
Fejn qeghdin f'din  il-kampanja? L-ahhar taghrif li wasalli minn ghand Norman Bonello, ir-rapprezentant tas-Southern Cross f'Malta huwa ta' interess ghal kulhadd. Kemm il-Gvern Federali Awstraljan u anke l-Oppozizzjoni qabel l-elezzjoni Federali kienu qablu u kienu lesti biex jaddu l-legislazzjoni  mehtiega  u  jaghtu  lura c-cittadinanza   Awstraljana   lil   dawk    li  tilfuha.     Izda     l-elezzjoni      fl-Awstralja

 

fid-9 ta’Ottubru 2004 hawdet u tawlet il-process. Is-Senat kien iffissa d-data ta’ Settembru 2004 biex jirraporta lura izda issa r-rapport ghandu jkun lest f’Marzu 2005.
 
Kont dehert persunalment quddiem kumitat tas-Senat Awstralja biex naghti x-xhieda tieghi favur dawn il-Maltin fis-27 ta’ Lulju 2004 fil-Kamra tal-Parlament f’NSW.
 
Il-Parlament Awstraljan bhal issa jinsab bil-btajjel tas-sajf u jidhlu lura fi Frar 2005. Bi rizultat ta’ l-elezzjoni 2004 hemm ukoll bidla sinifikanti hafna ghax il-Gvern ta’ John Howard rebah il-maggoranza assoluta fis-Senat minn Lulju 2005. Dan ifisser li l-Gvern mhux se jkollu lill-Oppozizzjoni tikkonfondih b’xi tibdil li jkun necessarju.
 
Kemm is-Southern Cross Group u kemm jien qeghdin f’konsultazzjoni ma’ ghadd   ta'   membri  tal-Parlament  biex

 

nizguraw li din il-legislazzjoni tispicca favur it-talba tal-Maltin. Sfortunatament fil-media ta’ Malta dehru ghadd ta’ stqarrijiet inazetti minn kwartieri li riedu jiehdu ftit tal-glorja izda li spiccaw ihawdu hafna Maltin.
 
Ir-rapport tas-Senat Awstraljan ghadu mhux komplut u ghalhekk il-kampanja qed tkompli biex mhux biss jintrebah id-dritt ghal dawk li kellhom jirriturnaw Malta izda ghat-tfal taghhom ukoll. Ghalkemm ma hemm xejn li jindika li l-Gvern se jibdel l-opinjoni tieghu izda dawk milquta sfortunatament ghad iridu jdumu mill-inqas sa nofs dis-sena biex inkunu nafu fiex wasal ix-xoghol tal-Gvern fis-Senat u meta finalment se jitressqu r-regoli necessarja biex isir bidla.
 
Sa dan it-tant infakkru li dawk f’Malta ghandkom tikkuntatjaw lil Norman Bonello Tel: 79468329 jew email: nor.bon@onvol.net

 
 
 Minn South Australia
 

 Huwa dejjem il-pjacir tieghi li nwasslilkom l-ahbarijiet minn South Australia fejn ghalkemm hemm komunita’ relattivament zghir fin-numru izda huwa ferm attivi. Ma setax jonqos ghalhekk li fil-Milied rajna attivita kongunta bejn Il-Maltese Chaplaincy Festivities Group u l-Maltese Queen of Victories Band hadmu id f’id biex jiccelebraw il-Milied. Saret quddiesa minn Patri Grabiel u mbghad purcissjoni bil-bambin mill-Knisja sas-sala parrokkali (ara ritratt) fejn kien hemm sala mimlija nies. Deher Father Christmas u kien hemm kant tal-Milied.
 
Saret ukoll il-quddiesa ta’ nofs il-lejl li ssir fil-berah fil-gnien kbir u sabieh tas-sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesu liema quddiesa issa ilha ssir ghal dawn l-ahhar 52 sena nfila. Kien hemm presepju tassew sabieh mahdum minn Charlie Mifsud u Shawn Saliba

 

Il-bambin fil-maxtura waqt il-purcissjoni tal-Milied f'S.A.

 
 
 Ghajnuna waqt kraxx
 

 Meta Seahawk helicopter Amerikan ta’ l-USS Abraham Lincoln ikkraxxja f’ghalqa tar-ross hdejn il-mitjar ta’ Banda Aceh kienu s-suldati Awstraljani li marru jaghtu l-ewwel ghajnuna. Dan l-incident halla 10 Amerikani midruba u kien ta’ skoss ghall-ghajnuna li qed tinghata mill-bazi militari f’Aceh.

Fost l-ewwel Awstraljani li waslu fil-post ta’ l-incident kien hemm Fying Officer, David Borg. Flimkien ma shabu, hekk kif intebhu bil-kraxx qabdu jigru, qabzu c-cnut u ntoppi ohra biex waslu l-ewwel. Borg qabad fire extinguisher ghax intebah li mill-helikopter kien hiereg in-nar u f’hakka t’ghajn waslu hafna tobba u nurses mill-kontingent Awstraljan.

Ghal David Borg li dahal fil-RAAF fl-1992 dan huwa t-tieni deployment tieghu ghax kien serva f’Timor ukoll fl-1990. Il-bazi tieghu hija f’Williamstown Victoria. Mizzewweg u ghandu tifel. Huwa gie msejjah biex iservi fl-Indonesja fit-3 ta’ Jannar u gie avvzat biss ta’ 24 siegha qabel. Huwa jigi t-tifel ta’ Joe Borg, is-segretarju ta’ Parramatta Melita Eagles.
 
Dwar it-tragedja ta’ tsunami, Flying Officer Borg qal li nduna kemm kienet enormi t-tragedja meta bdew jghabbu t-twiebet fl-ajruplani. Qal li kienu qed jahdmu taht kundizzjonijiet difficli bix-xita nizla l-hin kollu u hafna tidlik izda qatt ma ta kaz ghax l-intenzjoni kienet li jghin.

 

David Borg mat-tifel tieghu Alex

 
 
 Ta' l-ahhar………
 

 Dan l-ahhar ikkritikajt bl-ahrax lil PBS (Malta) minhabba nuqqasijiet fil-programm ta’ ahbarijiet li jibghatulna l-Awstralja. Il-MLP ukoll haqqhom tumakka. Dan l-ahhar issospendew temporanjament il-gurnal elettroniku www.maltastar.com Jinghad li dan ghamluh sa kemm isibu editur iehor flok Joseph Muscat. Mhux sewwa li jkun hemm daqstant dewmien!
 

 Fl-ahhar tislima lill-habib antik tieghi, Remig Sacco, suldat ta’ l-azzar, gurnalista mill-aqwa, unjonista u Laburista gwapp. Lill-familja tieghu kollha specjalment liz-zewg itfal Leonard u Charles, hbieb tieghi, noffrilhom il-kondoljanzi ta’ dawk kollha li kienu jafuh minn din in-naha tad-dinja.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2004 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.