It-Tnejn, 17 ta' Jannar, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Fejn spiccajna fl-ewwel tas-sena?
 

 Kemm-il darba jistaqsuni kif tghaddu z-zmien il-Milied u l-ahhar tas-sena fl-Awstralja. Dwar il-Milied ktibt hafna drabi. Mhux facli li tfisser x’naghmlu f’dawn iz-zmenijiet f’dawn in-nahat tad-dinja fejn flok bard, xita u zlieg ikollna s-sajf. Sintendi l-anqas irid wiehed jiggeneralizza ghax kulhadd ghandu l-mod tieghu kif jistrieh, kif jiddeverti, kif jaghlaq sena u jibda ohra.

Kont ili ftit tas-snin newden li fl-ahhar tas-sena rrid inkun parti mic-celebrazzjonijiet grandjuzi u eccellenti li toffri l-belt ta’ Sydney biswit l-Opera House, taht il-Harbour Bridge u madwar ix-xjtajtiet ta’ wiehed mill-isbah portijiet tad-dinja. Hsibnilu kmieni u flimkien ma’ xi hbieb ibbukkjajna f’restaurant ezatt taht l-arkati tal-famuz Bridge ghal ikla stupenda u xeni li zgur mhux se ninsew ghal hafna snin.

Sa kemm wasal il-loghob tan-nar li jsir f’zewg partijiet, l-ewwel fid-9 pm u l-iehor specjali mat-tokk ta’ nofs-il lejl, imlejna zaqqna u ammirajna l-attivitajiet eccitanti madwar il-port. Bcejjec tal-bahar ta’ kull xorta bin-nies fuqhom jitlajjaw u jistennew il-loghob tan-nar bit-tazzi tax-xampanja f’idejhom. Kif beda jidlam, dawn l-istess bcejjec saru kwiekeb ta' dawl artificjali jleqqu fid-dell ta' bahar kalm f’lejla tassew b'temp ideali.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050117_NYYSydney.jpg

Il-loghob tan-nar fuq famuz Bridge ta’ Sydney

 

Mal-lejl ukoll kull bini sar huggieg ta’ dawl u l-port kien fih tassew dehra spettakulari. Wasal il-loghob tan-nar u l-Bridge zbroffa u miz-zewg braken fuq kull naha spuntaw il-murtali tal-kulur li xelghu s-sema mija mija. It-tema dis-sena kienet Reflections. Mal-Bridge kien hemm indendel ukoll ballun enormi diskritt bhala (a giant shimmering disco ball). Kien hemm 84,000kg  ta'  pyrotechnic   equipment  u

 

57 postijiet fuq il-bridge minn fejn jisparaw, barra l-erba’ barges u 57 persuni specjalisti tan-nar.
Iva, frahna bis-sena il-gdida ghax bdejna s-sena 2005 bhala l-veru residenti ta’ din il-belt sabieha, fid-dell ta’ l-Opera House u taht l-arkati ta’ l-Ispalliera jew
The Coathanger (iva, hekk imlaqqam is-Sydney Harbour Bridge). Ghalkemm ftit tard izda nawguralkom sena mimlija hena, gid u paci.

 
 

 Child Migration

 

 Dan l-ahhar fil-belt ta’ Fremantle f’Western Australia gie inawgurat monument biex ifakkar l-iskema tac-Child Migration mill-Ingilterra u xi pajjizi tal-Commonwealth bhal Kanada u anke Malta. Kien momunmet semplici ta’ zewg itfal zghar kif waslu f’din l-art mill-orfanatrofji minn dawn il-pajjizi tant imbgheda.

Minn Malta waslu fl-Awstralja bejn 1950 u 1967, 310 tifel u tifla li minnhom 51 kien bniet. L-awtoritajiet Awstraljani riedu jwahhlu plakka wahda li tfakkar lit-tfal kollha izda il-kumitat habrieki taht l-isem ta’ C-MOM maghmul minn ghadd ta’ Maltin taht il-Presidenza tal-Prof David Plowman li fil-fatt kien wiehed minn dawn it-tfal li waslu permezz ta’ dik l-iskema irnexxilhom jikkonvincu lill-awtoritajiet li ssir plakka ohra separata fejn tiffoka fuq l-iskema minn Malta ghax dan il-kumitat irraguna li kien hemm differenzi bejn l-iskema mill-Ingilterra u l-iskema minn Malta.

L-istess kumitat qieghed jipprova jikkonvinci lill-Gvern  u  lill-Knisja  Maltija

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050117_ChildEmigrant.jpg

Fir-ritratt jidhru l-membri tal-kumitat tac-C-MOM quddiem il-monument fil-belt ta’ Freemantle WA

 

biex f’Malta wkoll isir monument simili halli jfakkar din l-iskema li tul z-zmien kellha   final   kontroversali  minhabba  li

 

hafna mit-tfal fl-istituti kattolici gew abbuzati sesswalment fisikalment u psikologikalmet.

 
 
 Milied Nisrani
 

 Kemm il-darba minn din il-pagna ktibt dwar l-uzanza li hadet bhan-nar ma’ l-Awstralja fejn izejnu u jixelghu d-djar fiz-zmenijiet tal-btala tal-Milied. Tant ikun hawn djar sbieh x’tara li l-Past Pupils of Don Bosco (NSW) organizzaw tour biex imorru jaraw dawn id-djar imzejna f’diversi subborgi ta’ Sydney. Hafna minnhom ikunu fihom ferm x’tara izda kultant l-ispirtu tal-Milied jintilef.
 
Fis-subborg ta’ Greystanes NSW, il-knisja Kattolika ta’ Greystanes organizzat kompetizzjoni ghal dawk li jzejnu d-djar basta jkollhom tema ta’ Milied Nisrani, u l-ewwel premju haditu d-dar ta’ George u Joyce Dimech minn Cumberland Road li fit-tieqa kellu presepju bil-pasturi kbar. Il-familja Dimech li huma mill-Imsida qaluli li ilhom izejnu bil-presepju fl-istess dar ghal dawn l-ahhar 25 sena. George huwa wkoll il-kaxxier tal-festa ta’ Maria Bambina li ssir fl-istess parrocca ta’ Greystanes NSW.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050117_Prasepju1.jpg

Due to web space restrictions this image has been removed
050117_Prasepju2.jpg

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050117_Prasepju3.jpg

Wahda mid-djar imzejna u l-grupp ta’ Maltin li marru jaraw id-djar imzejna.

 
 
 Tfal ta’ l-emigranti
 

Hafna drabi jishon l-argument dwar il-participazzjoni fil-komunita’ Maltija tat-tfal ta’ l-emigranti. Hafna jsostnu li dawn abbandunaw il-kultura Maltija, ma jafux jitkellmu bil-Malti u nqatghu kompletament mill-gheruq taghhom. Dan huwa veru f’hafna kazijiet izda hemm ukoll provi li huma hafna ukoll dawk it-tfal ta’ l-emigranti li ghadhom jiehdu sehem attiv fil-komunita’. It-tfal ta’ l-emigranti qed izuru Malta bil-mijjiet u issa li dahlet ic-cittadinanza doppja u li dhalna fil-EU iktar se jkun hemm min jithajjar jinzel Malta.
 
Meta dan l-ahhar giet ipprezentata l-musical “Manwel Manwel, il-Bandiera tal-Maltin” hadu sehem fiha hafna tfal ta’ l-emigranti u ohrajna mhux daqstant tfal li twieldu hawn. Fil-qasam sportiv ghadna hafna tfal tal-Maltin li jhossuhom kburin li jilaghbu mat-timijiet li ghandhom bazi Maltija. F’NSW ukoll sponta tim tar-Rugby taht l-isem ta’ Malta Knights li huwa kollu kompost minn tfal li twieldu l-Awstralja. Mhux talli hekk, dawn iridu jinzlu Malta u jorganizzaw kompetizzjoni tar-Rugby League biex taraw kemm huma herqana.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050117_AussieKids.jpg

F’dan ir-ritratt kull persuna twieldet l-Awstralja u kollha kellhom parti attiva
fil-produzzjoni ta’ Manwel, Manwel.

 

 
Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

 

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.