|
Fost
l-aqwa tlieta tad-dinja |
| |
|
Fil-hajja tieghi,
innutajt hafna differenzi bejn pajjizi Malta u l-pajjiz li kelli
naddotta bhala t-tieni art tieghi. Zewg gzejjer, wahda daqs
tikka u l-ohra kontinent. Fejn jidhol l-isports innutajt li hemm
differenza kbira kif iz-zewg pajjizi Malta u l-Awstralja jharsu
b’lenti differenti lejn il-loghob Olimpiku.
Forsi dan minhabba li Malta qatt ma rebhet midalji fil-Loghob
Olimpiku waqt li l-Awstralja rebhet iktar midalji minn kull
nazzjoni iehor fid-dinja. Fil-fatt, l-Awstralja rebhu 2.45
midalja ghal kull miljun fil-popolazzjoni waqt li l-US rebhu
biss 0.34, Russia 0.54 u c-Cina 0.05.
B’din l-introduzzjoni nidhol ghall-istorja dwar Adam Vella minn
Keilor, Melbourne li ghalkemm twieled l-Awstralja izda huwa ta’
dixxendenza Maltija. Dan it-tiratur ta’ fama mondjali kellu ghax
jiccelebra dan il-Milied. Kif jghidu, fuq tlieta toqghod
il-borma. Adma rebah midalja tal-bronz fl-Olimpjadi ta’ Ateni,
rebah midalja tad-deheb fil-World Cup ta’ l-isparar u f’Novembru, flimkien ma martu kellhom
|
|
|
addizzjoni ohra fil-familja, it-twelid ta’ Adriana, it-tieni
tifla taghhom. Adam Vella li jahdem bhala plumber qal li
s-sena 2004 kienet wahda “ta’ l-ghageb li tulha
tghallimt hafna, kollox donnu waqa’ f’postu nkluz it-twelid
tat-tieni tifla. L-ewwel tifla twelditina gimghatejn
qabel ma gejt maghzul ghall-Olimpjadi ta’ Sydney waqt li
Adriana waslet ftit qabel il-Milied”
Adam Vella qal li ftit se jkollu l-opportunita’ ta’
btala twila ghax f’Jannar 2005 irid ilesti ghan-National
Shooting Championships. Huwa ikklassifikat bhala fost l-aqwa
tlieta fid-dinja fid-dixxiplina tas-“single trap”.
Fis-sena 2005 se jikkompeti f’World Cup events kwazi
kull xahar. Irid ilesti wkoll ghall-Commonwealth Games
li se jsiru Melbourne u sintendi ghal-Loghob Olimpiku.
Adam, li jidher f’dan ir-ritratt mal-familja tieghu,
martu Fiorella u z-zewgt ibniet Alessandra u Adriana qal
li saret difficli hafna ghalih biex ihalli lill-familja
wehedha meta jkun irid imur jikkompeti. |
|
 |
|
Adam Vella |
|
|
|
|
| |
|
|
|
|
|
Zewg Maltin onorati |
|
|
 |
|
Lilian
Calleja ma’ zewgha Vincent |
|
|
|
Waqt
li l-unuri li johorgu minn Malta jinjoraw lill-emigranti
fl-Awstralja, ta’ kull sena l-Multicultural Commission
ta’ l-iStat ta’ Victoria jaghtu l- Award for excellence
lill-ghadd ta’ membri tal-komunitajiet etnici.
Ic-ceremonja impressjonanti ssir fil-Government House u
l-presentazzjonijiet jaghtihom il-Gvernatur ta’
Victoria, John Landy. Din is-sena zewg Maltin gew
moghtija dan l-gharfien prestigjuz.

Lilian Calleja ta’ 73 sena minn Hoopers Crossing
ghalkemm damet snin kbar tghix f’St Albans giet maghrufa
ghax-xoghol voluntarju taghha fost il-komunita’
fil-qasam taz-zfin u muzika. Lilian bdiet tahdem fost
il-komunita’ meta waslet l-Awstralja ma’ zewgha Vincent
fl-1955. Fl-1973 hi u zewgha thabtu hafna biex twaqqfet
in-Newport Maltese Association u t-tnejn ghadhom attivi
fiha. Fis-sena 2001 Lilian kienet giet maghzula bhala
Citizen of the Year tal-Municipalita ta’ Brimbank.
Lilian twieldet il-Belt Valletta bint il-magician,
Cris Van Bern u Teresa Pace. Dawk li jridu jkunu jaf
iktar dwar il-hajja ta’ Lilian Calleja ghadhom jaqraw,
It-Torca ta’ 4 ta’ Novembru 2001.
Malti iehor li rcieva l-istess unur huwa Charlie Zammit
(iz-Ziffa) ghax-xoghol |
|
voluntarju tieghu mal-Hobsons Bay Maltese Association.
Dan il-Malti huwa maghruf sewwa bhala kantant, awtur u
MC. Huwa xandar ukoll f’Melbourne ma’ l-istazzjoni
komunitarju 974FM. It-Tarxien Association innominawh
ghal dan l-unur minhabba x-xoghol tieghu fost ix-xjuh u
persuni b’dizabilita’. Huwa jghin ukoll lit-Tarxien
Social Club u jigbor hafna flus biex tinbena knisja gdid
ghal St Leos.
Carmen, il-mara ta’ Charlie Zammit qalet li kien
jixraqlu dan l-unur ghax ghalkemm huwa qatt ma jiftahar
b’dak li
jaghmel izda huwa ferm iddedikat biex jghin lil
dawk fil-bzonn. Charlie Zammit twieled l-Imsida,
f’Novembru 1940 u emigra lejn l-Awstralja meta kellu
biss 18-il sena.
L-istorja dwar hajtu dehret f’It-Torca fit-12 ta’
Settembru 2004. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
L-emigrazzjoni tifred u tghaqqad |
| |
|
L-emigrazzjoni
lejn l-Awstralja holqot hafna episodji mhux tas-soltu. Kien hemm
hafna li zzewwgu bil-prokura u ohrajn li zzewwgu mhux wara xi
gharusija twila izda fuq proposta bil-posta Hekk gara fil-kaz ta’
Pauline Portelli li, ta’ 19-il sena marret Melbourne l-Awstralja
wara li rceviet proposta taz-zwieg minghand Lewis li kien habib
tal-familja. Mal-wasla taghha f’Novembru 1954 ma damux biex
izzewwgu fil-knisja ta’ St Michael f’North Melbourne.
Skond Pauline ftit kellhom opportunita biex isiru jafu lil
xulxin izda illum wara 50 sena mizzewgin hija tirringrazzja
l’Alla li mxiet skond ma ddettatilha qalbha. “Kienet ir-rieda
t’Alla li kellna mizzewwgu” kompliet Pauline li llum ghandhom
hamest itfal, Victor, John, Peter, Michael u Mary flimkien
ma’16-it tfal tat-tfal.
Lewis, ir-ragel ta' Pauline huwa
remedial therapist.
Tlieta mit-tfal saru tobba,, Mary tahdem bhala
registered nurse
u l-iehor jahdem ma' Telstra. Mary qalet li |
|
 |
|
Pauline u Lewis Portelli |
| |
|
t-tfal
kollha kburin bil-geneturi taghhom. “Ommi ghandha l-pacenzja
ta’ qaddisa dejjem devota u dejjem sinciera. Hi u missieri
donnhom tnisslu mill-istess zokk, ghandhom mentalita’ wahda.” |
|
|
|
Qatt
ma kellha dubju li xi darba ma jkomplux jghixu flimkien.
“Iz-zwieg taghhom sal-mewt.” Ic-celebrazzjonijiet tal-50
sena taz-zwieg hadu xejra ohra meta minn Malta waslet
ghall-okazzjoni Salvina li tigi ohra Pauline. Kienu ilhom ma
jiltaqghu 12-il sena u damu hafna zmien jitkellmu dwar
tfulithom f’Malta. |
 |
|
Pauline u Lewis Portelli |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ceremonja ohra tac-cittadinanza |
|
|
|
Ghal
darba ohra il-Kunsill Malti ta’ NSW bl-ghajnuna tac-Centru Malti La
Valette ta’ Blacktown NSW organizzaw cerimonja ohra tac-cittadinanza
Awstraljana fejn 47 Malti hadu l-gurament u ghalhekk inghaqdu wkoll
mal-familja Awstraljana..
Fred Fench flimkien ma’ Antonette Mascari hadmu hafna biex barra c-cerimonja
dawn l-47 Maltin jispiccaw l-applikazzjonijiet u l-intervisti
taghhom fil-hin sa kemm waslu ghal jum tal-gurament u l-ghotja
tac-certifikat.
Ic-cerimonja giet miftuha minn Antoinette Caruana, il-Vici President
tac-Centru Malti La Valette. Hija qalet li dan ic-centru jinsab
kburi li jospita’ din ic-cerimonja tant importanti fil-hajja ta’
dawn il-Maltin. Is-sinjura Caruana fakkret li c-Centru Malti
f’Ottubru 2004 iccelebra l-40 anniversarju mill-bidu tieghu b’hafna
celebrazzjonijiet li gibdu numru kbir ta’ Maltin.
Tkellem wkoll il-President tal-Kunsill, Charles Mifsud meta qal li
issa li ghandna c-cittadinanza doppja ma hemmx xejn li ghandu jzomm
lill-Maltin li jsiru cittadini Awstraljani wkoll. Huwa semma’ is-sehem
tal-Kunsill biex waslet ic-cittadinanza doppja kemm ghall-emigranti
u anke ghat-tfal taghhom.
Suzette Skobier mid-Dipartiment tac-Cittadinanza qrat il-pledge ta’
l-accettazzjoni flimkien ma’ dawk kollha li kienu se jsiru cittadini
godda. Antoinette Mascari qrat l-ismijiet u s-47 persuna rcevew
ic-certifikat li issa huma cittadini Awstraljani. Dan sar wara li
affermaw lealta lejn l-Awstralja. Huma rcevew ukoll xi rigali bhala
tifkira. Ghac-cerimonja kien hemm presenti l-Konslu Generali ta’
Malta ghan-NSW, Joanna Pisani li fahhret l-inizjattiva tal-Kunsill
Malti ta’ NSW u c-Centru La Valette li hadu hsieb din ic-cerimonja. |
|
|
|
|
|