It-Tnejn, 3 ta' Jannar, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Differenza bejn id-Dipartimenti
 

 Taht il-firma ta’ Assistant Segretarju tal-Fergha Internazzjonali Linda Powell, ftit gimghat ilu, id-Dipartiment tal-Familja u s-Servizzi tal-Komunita tal-Gvern Awstraljan hareg stqarrija fejn gharrafna li l-ftehim kurrenti bejn Malta u l-Awstralja fejn jidhlu s-servizzi socjali gie revidut u ftehim gdid gie ffirmat f’Malta fis-16 ta’ Gunju 2004. Sa hawn kollox konna nafu.

Izda n-nahat Awstraljani qalulna wkoll li dan il-ftehim huwa mistenni li jibda jsehh mill-ewwel ta’ Lulju 2005 wara li z-zewg pajjizi jghaddu l-legislazzjonijiet mehtiega.  Minn  naha ta'  l-Awstralja dawn qeghdin jaghmlu konsultazzjonijiet estensivi qabel ma jiehdu decizzjoni finali tant hu hekk li kitbu lill-Ghaqdiet Maltin u nahat ohra fl-Awstralja li jista' jkollhom xi interess f'dan il-qasam qabel ma jigu ppreparati id-dokumenti kollha ghal quddiem il-Parliamentary Joint Session Standing Committee on  Treaties.  Wara kemm  il-Ftehim u anke n-National Interest Analysis           jigu         pprezentati       fil-

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050103_RichardPalk.jpg

Richard J. Palik
il-Kummissarju Gholi ghal Awstralja f'Malta

 

Parlament Awstraljan x’aktarx ghall-ahhar ta’ Frar 2005.

Meta f’Malta gie ffirmat il-ftehim mill-Ministeru ta’ Dolores Cristina u l-Kummissarju Gholi Awstraljan f’Malta, Richard J. Palk l-indikazzjoni kienet li dan il-ftehim gie ffirmat u allura ma hemmx iktar lok ta’ konsultazzjoni.

 

Mill-istqarrija li hareg il-Gvern Awstraljan minn Canberra dan jidher li ma kienx ezatt. Tant hu hekk li l-Gvern Awstraljan ghamel appell lil dawk kollha li ghandhom xi interess biex jikkomunikaw mieghu u kien hemm d-data ta’ l-10 ta’ Dicembru 2004 bhala l-gheluq ta’ dawn il-konsultazzjonijiet.
 
Minn dan nistghu naraw kif il-Gvern ta’ Malta jittratta mal-Maltin li jghixu barra. Naraw kif l-informazzjoni ma tohrogx cara, l-aqwa li tigi moghtija l-ahbar li l-ftehim gie rivedut. Ta min josserva li meta kkomunikajt mad-Dipartiment Awstraljan tal-Familja u Servizzi Kommunitarji f’Canberra dawn mill-ewwel spjegaw il-proceduri kollha u l-pjanijiet estensivi biex jikkonsultaw ma’ min seta’ kellu interess f’dan il-ftehim. Ma naqsux ukoll li jwiegbu bid-dettalji kollha kif il-ftehim inbidel minn dak iffirmat fl-1991 u r- revizzjoni li saret dan l-ahhar. Haga li l-awtoritajiet Maltin kemm f’Malta u anke f’Canberra naqsu li jaghmlu bid-dettalji kollha.

 
 
 Nitkellmu bil-Malti f’NSW
 

 Minn din il-pagna, ma nixbghu qatt nurukom bix-xoghol fejjiedi li qeghdin jaghmlu l-klassijiet tal-lingwa Maltija fl-Awstralja. U din il-gimgha ghandna storja ohra. Mark Vella (ritratt) ta’ 17-il sena minn Blacktown NSW ilu jattendi l-iskola tal-Malti f’dan l-Istat ghal dawn l-ahhar hames snin. Huwa beda jistudja l-Malti meta kellu 13-il sena fil-klassijiet li jsiru f’St Michael’s Blacktown taht id-direzzjoni ta’ Rita Kassas, ghalliema li hija wkoll segretarja ma’ The Maltese Herald. Minn dawn il-klassijiet fejn imbghad hassu li tghallem mhux hazin, Mark Vella thajjar ikompli jistudja taht id-direzzjoni ta’ Charles Galea (li jigu hu l-Ministru Louis Galea) li jipprepara l-istudenti ghall- Higher School Certificate (HSC) fis-Saturday School of Community Languages fil-Hills Sports High School Seven Hills NSW.
 
Id-determinazzjoni ta’ l-ghalliema u l-istudent taw il-frott taghhom meta Mark Vella kiseb 94 punt fil-lingwa Maltija fl-ezamijiet HSC u ghalhekk ircieva certifikat ta’ mertu ghax gie minn ta’ l-ewwel fil-kategorija li dahal ghaliha.

Meta kellu 8 snin, Mark  kien  ghamel  il-prietka  tal-Milied  fic-

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050103_MarkVella.jpg

Mark Vella

Centru Malti La Valette. Il-geneturi tieghu, Gejtu u Lucy Vella flimkien man-nanniet tieghu Mary u Tony Cucciardi dejjem inkorragguh biex jitkellem u jitghallem il-lingwa Maltija.

 
 
 Il-Maltin ta’ Barra
 

 Ghal darba ohra l-Maltin li jghixu barra minn Malta li hafna minnhom tant jahdmu iebes u jhabbtu wicchom ma’ diffiklutajiet kbar biex irrawmu l-uzanzi u l-kultura Maltija u fuq kollox jaghmlu dan fuq bazi voluntarja ghal darba ohra gew minsija totalment f’Jum ir-Repubblika meta l-Gvern Malti habbar il-Midalji ghall-Qadi tar-Repubblika. Konna qed nistennew li bil-bidla li saret fil-Palazz ta’ San Anton dawk li jghixu barra minn Malta se jigu moghtija ferm iktar apprezzament izda kif dejjem ifakkruna, “dawk li jghixu barra” huma minsijin hajjin u jiftakru fina biss meta jkunu jridu jigu jaghmlu xi zjara/btala hawn fejn ahna bhala “fidili” naghtuhom l-aqwa merhba minghajr qatt ma ndahhlu politika partiggjana. Nilqghu lil kulhadd bl-istess entuzjazzmu jkunu ta’ liema kulur politiku jkunu.
 
Hija l-fehma ta’ hafna, li l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu ghandu jkollha sessjoni apposta ghall-Maltin li jghixu Barra. Izda dan il-Gvern qatt ma accetta ufficjalment il-proposta unanima li saret fil-Konvenzjoni ta’ l-Emigranti 2000 li jkun hemm politika ta’ “The Greater Malta.
 
Ghax tghid, dan il-Gvern mank implimenta farka minn lista twila ta’ rakkomandazzjonijiet li saru f’dik il-Konvenzjoni. Mhux talli hekk, izda l-kumitat “Federation of Maltese Abroad” li gie mponut fuq id-delegati b’hafna weghdiet u tama fiergha mhux talli ftit iffunzjona izda qatt ma lahaq l-iskopijiet tieghu. Biss biss, l-weghda li l-Konvenzjoni kellha tiltaqa’ kull erba’ snin ukoll taret mar-rih.

 
 

Due to web space restrictions this image has been removed
050103_Scicluna.jpg

Jane u Desmond Scicluna mat-tarbija Karly

 

Il-hames miljun persuna
f’Victoria

 

 Skond storja li kiteb habibi Gejtu Deguara f’The Maltese Herald rajna li hemm possibilita kbira li Karly Scicluna li twieldet fis 7 ta’ Dicembru fir-Royal Women’s Hospital ta’ Melbourne fil-3.56 am tista’ tghaqqad il-hames miljun persuna li jghixu f’dak l-Istat. Ma setax jonqos li l-geneturi ta’ Karly, Desmond u Jane Scicluna ferhu ghax kellhom tarbija qawwija u b’sahhitha u jifirhu ferm iktar jekk ic-ckejkna Kalry tigi maghzula ufficjalment bhala l-5,000,000 persuna ta’ dan l-Istat ta’ Victoria fejn hemm jghixu l-iktar numru ta’ emigranti Maltin. Il-koppja Scicluna ghandhom zewgt itfal ohra, John ta’ 7 snin u Emily ta 4 snin.

 
 

 Messaggi ta’ l-okazzjoni

 

 Ma jistax jonqos li The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja fil-harga ta’ qabel il-Milied u l-ahhar wahda sal-11 ta’ Jannar 2005 kienet mimlija b’messaggi mid-dinjitarji Maltin, kollha alenija jfahhru r-rabta li l-Maltin ta’ l-Awstralja zammew ma’ Malta. Sewwa jghidu, iktar facli li tikteb izda ferm iktar difficli biex bil-fatti taccetta  lil  dawk li jghixu barra jaghmlu

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050103_LinoVella.jpg

parti minn “Malta Akbar” Kiteb il-President, kiteb il-Prim Ministru, it-tnejn ghamlu emfazi bid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, qishom kienu qed jitkellmu b’vuci wahda waqt li l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni fakkar fiz-zjara interessanti li kellu ma’ l-editur ta’ The Maltese Herald, Lino Vella fis-sajf li ghadda gewwa Malta. Mill-Awstralja kellna messaggi mill-Konslijiet Generali u l-Kummissarju Gholi, Dr Ivan Fsadni, mill-Konslu Onoraju ta’ SA, Frank Scicluna u mir-rapprezentant tal-MLP Charles Muscat.
 
Bhal ma jigri kull  sena  l-messagg  lill-emigrant li johrog l-Arcisqof ta’ Malta, Mons

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050103_LinoVella2.jpg

L-editur ta’ The Maltese Herald, Lino Vella

Guzeppi Mercieca ma jigix mibghut lill-The Maltese Herald fl-Awstralja. Dan il-kumment dwar dan in-nuqqas serju ghamiltu snin ohra izda xorta min hu nkarigat ghandu ma ndunax li hawn gazzetta nazzjonali ghall-Maltin fl-Awstralja. Nittamaw li l-Kurja tinnota dan li qed nghid. Ma rridx nifhem li dan in-nuqqas qieghed isir apposta.

 
 
 Il-kritika mbuttathom ftit
 

 Nhar il-Hadd, l-ghada tal-Milied “l-Ahbarijiet” li l-PBS (Malta) jibghatulna l-Awstralja waslu qawwijien u shah ghat-tieni darba nfila. Ohrog il-ghageb kien fihom 30 minuta. Le, mhux 10, 15 jew 20 minuta. Kellna ghalhekk program mimli daqs bajda. Mhux xi kapolavur tafux imma tal-PBS (Malta) riedu min jimbutthom. Sincerament nittamaw li dan ir-ritmu jkompli u ma nergghux naqghu fil-bir ta’ l-inkompitenza. Mhux kollox mixi fuq ir-rubini ghax l-ahbarijiet ghadhom jaslulna madwar gimghatjen tard.
 
Fil-programmi ta’ qabel il-Milied almenu stennejna li jkun hemm il-messaggi annwali tat-tlett Rejiet jew ahjar il-President, PM u Kap ta’ l-Oppozizzjoni izda dan kien jirrikjedi xi ftit iktar xoghol ghall-PBS.
 
Il-Kap Esekuttiv ta’ PBS (Malta), Andrew Psaila ammetta li l-kritika mill-Maltin ta’ l-Awstralja kienet konstruttiva u weghdna (skond l-orizzont ta’ l-Erbgha 29/12/2004) li l-programm minn issa il-quddiem se jkun ferm ahjar fil-kwalita’ u l-kontenut u li sa jaslilna kull nhar ta’ Hadd. Nittamaw issa li Andrew Psaila jkollu l-kuragg li jghid dan il-kliem fl-ewwel programm li jmiss halli l-Maltin li jghixu fl-Awstralja jkollhom almeni skuza tad-dizrispett li wrew maghhom l-PBS ta’ Malta.
 
Wahda mill-iktar affarijiet li wrtat lill-membri tal-komunita’ Maltija kienet li hadd, PBS, Gvern u r-rapprezentanti tieghu fl-Awstralja ma ndenja ruhom jiskuzaw ruhhom meta l-komunita’ kienet qed isofri tant umiljazzjoni.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.