It-Tnejn, 20 ta' Decembru, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

Il-Milied Qaddis u sena mimlija paci lil kulhadd

Nixtieq l-isbah xewqat u ringrazzjament lil dawk kollha li jaqraw il-kontribuzzjoni tieghi ta' kull gimgha f'allmalta.com
u nawguralhom l-isbah xewqat ghall-gejjieni.

 Il-Milied fis-sajf
 

 Kif nghamlu kull sena, dhalna mill-gdid qrib l-ahhar tas-sena u l-wasla ta’ sena gdida. Sa dan it-tant ikollna din il-festa qaddisa u tant mistennija tal-Milied. Iva, boghod minn art twelidek fin-naha l-ohra tad-dinja, fejn halla l-karkura x-xitan, il-Milied jasal fl-eqqel tas-sajf. Ma nahsibx li hemm xi persuna f’Malta li ma tafx li fl-Awstralja flok bard, xita u kesha jkollna s-shana, umdita’ u gharaq nizel mieghek insomma meta nsemmghu l-Awstralja niftakru li dan hu kontinent ta’ kobor enormi u f’kull stat t-temp ivarja hafna. Jien, nikteb mill-belt Olimpika ta’ Sydney fejn it-temp ghalkemm mhux daqstant fiss izda ghandna klima simili ta’ Malta fejn rari jkollna temp estrem (silg ecc) barra sintendi meta tfaqqa’ xi maltampata distruttiva.
 
Meta tkun mdorri b’Milied xitwi mhux facli li tidhra Milied fis-sajf. Niftakar fl-imghoddi meta domt hafna snin biex naccetta Milied fis-shana waqt li domt hafna biex nifhem ghaliex taht sema kahlanija xorta konna naghtu importanza lit-tradizzjonijiet tal-Milied Ingliz.
 
Ghall-familja tieghi, il-festa tal-Milied dejjem kienet u dejjem tibqa’ l-festa tal-familja meta ningabru flimkien ghall-lejla tal-Milied. Meta t-tfal kienu ghadhom zghar kien ikollna ghors narawhom tant ferhanin jistennew lil Santa Claus igibilhom ir-rigali tant li hdejn ic-cumnija kienu jlestulu ftit halib u xi zewg galettini biex Santa Claus jitrejjaq. Issa li kibru u marru ghar-rashom imbieghda minn distanzi kbar, xorta jaghmlu l-pellegrinagg biex inkomplu t-tradizzjoni ta’ familja maghqdu fl-ispirtu ta’ Milied qaddis. U n-nanniet tassew jitghaxxqu u jhossuhom sodisfatti tassew meta jaraw lit-tfal taghhom jghaddu l-istess tradizzjonijiet lit-tfal tat-tfal.

Is-sajf igib mieghu hafna vantaggi  ghax

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041220_MajlakXmas.jpg

Wahda mid-djar mzejjna ghall-festi tal-Milied.

 

l-attivitajiet familjari u anke dawn komunitarji jkunu jistghu jitgawdu fl-arja friska (jekk ma taghmilx xi halba xita). L-ikbar li jispuntaw f’dawn iz-zmenijiet huma l-Carols by Candlelight li jsiru f’hafna gonna pubblici. Il-BBQs li jsiru hdejn il-bahar u attivitajiet ohra madwar is-swimming pools privati.

Zmien il-Milied u l-ahhar tas-sena jfisser ukoll li hafna haddiema tal-fabbriki u ufficcini jiehdu l-btala annwali taghhom u ghalhekk f’hafna sferi jkollna “shut down”. Hafna jghidulek li mit-tielet gimgha ta’ Dicembru sa nofs Jannar l-Awstralja tieqaf !

Il-komunita’ Maltija mxerda ma’ l-Awstralja kompliet trawwem it-tradizzjonijiet Insara tal-Milied u torganizza ghadd ta’ quddies ta’ nofs il-lejl fejn sa anke jaghmlu il-prietka tat-tifel u l-purcissjoni bil-Bambin.
 
F’dawn l-ahhar snin ukoll dahlet l-uzanza   li   hafna   Maltin   izejnu    d-djar

 

taghhom minn barra b’hafna dawl artificjali u tizjien iehor addattat ghal dawn iz-zmenijiet. Dawn id-djar (mhux tal-Maltin biss) ikun fihom ghaxqa wara li jidlam u eluf ta’ nies tarhom jitlajjaw mat-toroq iduru u jfixxu dawn id-djar mixghulin li zgur jirriflettu l-ispirtu tal-Milied. Ahna il-Maltin imdorrija nzejjnu u nixeghlu meta rridu nesprimu l-ferh taghna.
 
Kull Milied ikollna wkoll tilwim dwar it-tizjin tal-Milied minhabba li Sydney hija belt fejn hawn jghixu madwar 120 razza ta’ nies ta’ twemmin differenti. Ma jonqos ghalhekk li tisma’ lil xi hadd iredden li ma ghandux ikollna ix-xena tan-nativita’ ghax din tista’ toffendi lil dawn li mhumix Insara. Is-sens komun u t-tollerenza dejjem jirbhu ghax Sydney hija belt li toffri spazju lil kulhadd. Fejn l-armonija tirrenja bejn nies indigini u dawk li gew minn barra b’kulturi u twemmin differenti li tghallmu jghixu flimkien fil-paci.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041220_CaruanXmas.jpg

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041220_HouseXmas.jpg

Ritratti ta’ djar tal-Maltin fis-subborg ta’ Greystanes NSW li kienu mzejjna ghall-festi tal-Milied.

 
 
 Kuncert tal-Milied
 

L-Istat ta’ NSW ifakkar il-festi tal-Milied billi jorganizza l-Premier’s Christmas Gala Concert li ilu jsir ghal dawn l-ahhar 23 sena f’dawn iz-zmenijiet fis-sala enormi ta’ L-Entertainment Centre. Dan il-kuncert isir darbtejn u kull darba jkun hemm madwar 12,000 persuna. Id-dhul ikun b’xejn. Kif qal sewwa l-Premier Bob Carr li deher persunali, l-Istat ta’ NSW b’dan il-kuncert jirringrazzja lill-poplu anzjan ta’ NSW ghall-kontribuzzjoni enormi li rrendew u ghal ghajnuna voluntarja li joffru. Dis-sena it-tema tal-kuncert kienet Aussie Bush Christmas u rajna u smajna hafna kantanti popolari Awstraljani jkantaw dwar Milied fil-bush ta’ l-Awstralja. Kienet esperjenza helwa u fis-sessjoni li attendejna ghalija jien u marti rajna eluf ta’ anzjani Maltin. Kollha jkunu akkwistaw il-biljetti mill-Ghaqdiet Maltin.

 
 



Il-membri nisa tal-kor ta' l-Ghaqda Kulturali Maltija ta' NSW meta marru jzuru d-dar tax-xjuh "San Duminku" fi Blacktown fejn kantaw carols tal-Milied, hafna minnhom bil-Malti.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041220_Choir.jpg

 Flimkien wara 50 sena

 Il-Maltin ilhom l-Awstralja ghal hafna snin izda issa dhalna fejn dawk li telqu minn Malta fil-hamsinijiet waslu biex ikun ilhom l-Awstralja mal-hamsin sena. Storja helwa li dehret f’wahda mill-gazzetti ta’ Melbourne kienet dwar il-laqgha familjari bejn il-hdax it-tfal tal-familja Fenech li jiltaqghu flimkien fis-subborg ta’ Ballan qrib Melbourne biex jiccelebraw il-hamsin sena li ilhom fl-Awstralja. John, wiehed mit-tfal qal li f’din ir-reunion ingabru madwar 120 dixxendenti.
 
Il-laqgha bdiet b'quddiesa f'St Bridgit il-knisja Kattolika ta' Ballan fejn qaddes Fr Michael O'Toole. Wara kulhadd mar lejn id-dar ta' l-icken fost l-ahwa, Connie

 

Azzopardi. U milli qrajna kulhadd ferah b’xulxin, kielu l-hafna ikel li gie ppreparat u intqalu hafna stejjer. Kien hemm min kien ilu hafna ma jiltaqa’.
 
Il-familja Fenech kollha trabbew fis-subborg ta’ Sunshine izda meta kibru hafna minnhom tferrxu ma’ kull naha tant li hemm min joqghod f’Caroline Springs, Hillside, St Albans, Taylor Lakes, Bakkus Marsh, Ballan u Melton.
George u Frances Fenech kellhom 13-il tfal. Spiccaw joqghodu f’St Albans fejn George miet fl-1989 u Frances fl-1994. George u zewgt itfal il-kbar tieghu emigraw lejn Melbourne u wara biss ftit jiem sabu jahdmu mal-progett Eildon Weir.     Sal-1954,     il-kumplament     tal-

 

familja telqu minn Malta wkoll.
 
John Fenech qal li kien sagrificcju li telqu minn art twelidhom biex ifittxu xoghol fl-Awstralja izda kull membru tal-familja huwa kburi li ghamlu dan il-pass. Mal-wasla, il-familja kienet toqghod f’South Melbourne u mbaghad fl-1960 marru joqghodu f’North Sunshine. John qal ukoll li hu u huh servew f’Vjetnam meta nqabdu bil-lieva fl-1969. Ohrajn kien jahdmu l-Wharf.

John spicca biex qal li f’Vjetnam korra serjament meta kien riekeb fuq tank u laqtu mina li splodiet. Xhur wara qam u sab ruhu fl-isptar ta’ Heidelberg qrib Melbourne.

Due to web space restrictions this image has been removed
041220_FamiljaFenech.jpg

Fir-ritratt jidhru il-familja Fenech: Mix-xellug: John u Reno Fenech, Rita Cilia, Joe u Bill Fenech, Mary Camilleri, Doris Debono, Nina Cilia,
Connie Azzopardi, Charlie u George Fenech.

 Id-djarju misthi tal-Ministru Gatt u l-PBS Malta

 Nhar il-Hadd, 12 ta’ Dicembru 2004 ftahna l-SBSTV biex naraw “l-ahbarijiet” minn Malta, stennejna b’herqa biex forsi jkollna stampa vizvali tal-Budget. Kull ma rajna kien notizzja ta’ misthija li qaltilna li l-programm minn Malta MA WASLAX. X’misthija!!! Iva allura dawn in-nies ma ghandhomx zejt b’wicchom!!
 
Ghalfejn ghandna l-ufficcini tal-Gvern Malti fl-Awstralja? X’qed jaghmlu dawn biex jassiguraw li dawn il-programmi mhux biss jaslu fil-hin izda li jkun fihom, kull gimgha filmat ta’ 30 minuta?
 
Kif hadd ma jindejna ruhu jghidilna x’qed jigri u ghaliex? Fejn huma d-DOI? Fejn hu l-Ministru Austin Gatt? Fejn huma l-Konslijiet Generali, fejn hu l-Kummissarju Gholi fl-Awstralja li tant kien johrog press releases fl-ewwel xhur li wasal l-Awstralja?

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.