|
Il-Bambin
fil-maxtura u l-Milied |
| |
|
Il-Milied wasal u
ghal darba ohra nindunaw kemm din il-festa qaddisa u l-qofol
tal-Kristjanezmu globali qed tiehu xejra ohra. Nafu li l-Milied
sar ic-centru tal-kummerc izda f’pajjizi bhall-Awstralja fejn
il-popolazzjoni mhix iktar wahda Nisranija qed isiru ilmenti li
l-festa tal-Milied u t-twelid ta’ Gesu Bambin fil-maxtura tal-belt
ta’ Betlem ma ghadhomx accettati minn kulhadd.

Smajna kemm-il darba li Shopping Centres il-kbar nehhew kull
xbieha religjuzi u t-twelid tal-bambin mit-tizjin tal-Milied.

L-ahhar fl-ahbarijiet kienu d-ditta Oporto li jbieghu t-tigieg
misjura, dak li nsejhu fast food chain. Jidher li l-propjetarju
tal-hanut ta’ Hornsby, Kattoliku Malti Charlie Saliba zejjen,
kif jaghmel kull sena l-hanut u pogga l-maxtura tal-Bambin. Izda
dawk ta’ fuqu ddecidew li fost it-tizjin ma ghandux ikun hemm
referenza ghall-Kristjanezmu. |
|
|
Jeff Fisher, ic-chief executive ta’ Oporto din il-katina
ta’ 60 hanut gab hafna skuzi u qal li fil-fatt il-hanut
ta’ Hornsby biss inista li jkun hemm il-maxtura.
Izda Fisher kellu jirtira dak li qal minhabba hafna
ilmenti mill-klijenti u rega’ qal lil Charlie Saliba li
huwa sid il-franchise ta’ Westfield Hornsby Oporto li
mhux se jinsisti li titnehha x-xena tan-nativita'.
Charlie Saliba qal li kienet tkun hasra kieku tnehhit
il-konnessjoni tal-maxtura mit-tizjin tal-Milied haga li
hu ilu jaghmel ghal dawn l-ahhar tlett snin u nofs “ghax
ma jisghax ikollna Milied minghajr il-Bambin fil-maxtura.”
Charlie Saliba qal li huwa jhaddem kemm Lhud u anke
Musilmani fil-hanut tieghu izda hadd minnhom ma
oggezzjoni ghax-xena tan-nativita'.
Ghalkemm l-Awstralja
hija pajjiz
|
|
 |
|
Charlie Saliba |
| |
|
multikulturali fejn jghixu flimkien f’armonija ghadu
ghandu jkun hemm rispett u spazju religjuz ghal
kulhadd. |
|
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Jum il-Maltin f’Melbourne |
| |
|
Ghal
dawn l-ahhar 25 sena shah l-Ghaqda Maltija, Reskeon minn
Melbourne ilhom jorganizzaw Jum il-Maltin li jsir kull sena
fit-tielet Hadd ta’ Novembru. Il-President prezenti, George
Colvin qal li dan il-JUM beda bhala xalata zghira izda
mas-snin kiber. Huwa fahhar lil President ta’ qablu, John
Gauci u shabu tal-kumitat bikrin ta’ din l-Ghaqda li
jiftakru sewwa l-bidu ta’ dan il-jum gewwa Wandong qabel
ittiehed lejn Clarke’s Oval f’Sunbury biex sar wiehed mill-aqwa
avvenimenti fil-kalendarju socjali tal-komunita’ Maltija
f’Melbourne.
Dan il-Jum Malti jkun fih loghob tas-soccer ghal irgiel u
nisa fejn kull tim jaghzel isem ta’ villagg Malti, jkun hemm
quddiesa li dis-sena giet iccelebrata minn Fr D. Carabott
MSSP. Ikun hemm loghob tal-bocci, tigrijiet tat-tfal, kull
xorta ta’ ikel u muzika Maltija. Kien hemm ukoll il-Baned,
Maltese Own Philharmonic u St Albans Melita. Id-divertiment
muzikali thalla f’idejn Mario Sammut tal-Moods Music. Hu
kkalkulat li attendew madwar 4,000 persuna. |
| |
|
|
|
|

|
|
| |
|
|
| |
|
50 sena ta’ drama u karita’ |
| |
|
Minn
Melbourne ukoll sirna nafu li l-Malta Star of the Sea Drama League
qed ticcelbra l-50 sena tat-twaqqif taghha. George Cini, il-President
qal li kien fit-23 ta’ Novembru 1954 meta grupp zghir ta’ zghazagh
talbu permess tal-Knisja ta’ St Mary’s Star of the Sea ta’ West
Melbourne biex jaghmlu uzu minn kamra biex ikollhom fejn jiltaqghu u
jibdew grupp ta’ drama. Bhala celebrazzjoni tal-50 sena organizaw
Dinner Dance f’Taylor Lakes Reception Centre fejn kien hemm hafna
mestednin specjali fosthom il-Konslu Generali ta’ Victoria Dr C
Zammit u l-Onor George Seitz MLA. Dan ta’ l-ahhar ipprezenta
certifikat iffirmat mill-Premier ta’ Victoria l-Onor Steve Bracks
fejn gharaf il-kontribuzzjoni ta’ din l-ghaqda lill-komunita ta’
Victoria.
Il-President Gorg Cini fakkar li din l-ghaqda kienet tul is-snin
irregalat madwar $110,000 lill-ghaqdiet ta’ karita’ f’Malta u fi
Frar tas-sena id-diehla se ssir donazzjoni ohra ta’ $50,000 |
| |
|
|
|
|
|
Ghadu attiv ta’ 77 sena |
|
|
|
Fil-Gold
Coast fi Queensland isiru l-Pan Pacific Masters Games li
fihom jiehdu sehem atleti li ghandhom ‘l fuq minn 30 sena li
jikkompetu f’46 dixxiplina. B’kollox kien hemm madwar 10,000
atleta fosthom atleti minn 40 nazzjon differenti.. Fost dawk
li hadu sehem attiv kien hemm l-atleta veteran Malti minn
nahat tal-Gold Coast, il-Belti, Paul Lapira li gab in-numru
7720 (ara ritratt). Hu ha sehem fil-4km Run.
Paul Lapira li ghandu 77 sena huwa persuna ferm popolari u
mahbuba fl-inhawi tal-Gold Coast u f’kull avveniment sportiv
li jkun hemm dejjem jiehu parti u jxejjer ukoll il-bandiera
Maltija.
Izda dawn il-loghbiet habtu fi zmien hazin ghal Gold Coast
ghax fi zmien ta’ 28 siegha is-smewwiet infethu berah u
nizlet 28cm ta’ xita tant li l-avvenimenti ta’ l-ewwel
gurnata tal-Pan Pacific Masters Games gew imhassra.
Paul talabni biex minn dawn il-kolonni nirringrazzja lil
hafna hbieb tieghu li baghtulu xewqat tajba u fejqan malajr
meta martu Carmen kienet marida dan l-ahhar. |
|
|
 |
|
Paul
Lapira |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nifthu l-Bibien |
|
|
|
Din
il-gimgha gie mniedi l-ktejjeb “Nifthu l-Bibien” mill-Multicultural
Disability Advocacy Association of NSW. Dan il-ktejjeb jaghti
taghrif dwar id-dizabilita’ u jiffoka fuq l-esperjenza tad-dizabilita
ghal nies u familji Maltin.
Taqraw ukoll xi attitudnijiet u twemmin dwar id-dizabilita’ kemm
f’Malta u anke fl-Awstralja.
Dan il-ktieb kien imniedi mill-Ministru ghad-Dizabilita’ ta’ NSW, l-Onor
Carmen Tebbut f’Parramatta Mission, Macquarie Street Parrammatta u
kien gie migbur minn Sandra Schlossar wara konsultazzjoni ma’ hafna
ghaqdiet Maltin f’NSW. Jista’ jinkiseb kemm bil-Malti u anke
bl-Ingliz.
|
|
|
|
|
|
|
|
Iz-Zwieten jiccellebraw
f’Sydney |
|
|
|
L-Ghaqda
Festa Santa Katarina ta’ Sydney organizzaw Jum ta’ celebrazzjoni
ghall-okazzjoni tal-festa ta’ Santa Katarina li Malta tigi
ccellebrata fl-irhula taz-Zejtun u z-Zurrieq. Din il-Ghaqda
kienet torganizza din il-festa xi zmien ilu izda kienet waqfet.

Dan il-Jum li sar fic-centru Malti La Valette fi Blacktown NSW
beda b’quddiesa. Il-panegirku li kien recorded sar fuq screen
kbir minn Mons Pantanjol Orland, illum mejjet. Waqt il-quddies
telghu fuq l-artal il-Mro Carmelo u martu Carmena Baldacchino li
kienu qed jiccellbraw l-seba’ u sittin sena miz-zwieg taghhom.
Il-Mro Baldacchino kien ghamel hafna zmien surmast tal-banda
Beland taz-Zejtun. |
|
Kien hemm
ukoll messaggi mis-Sindku taz-Zejtun, Joe Attard u mit-Tabib
Cachia Zammit, il-President u Anthony Aquilina, is-Segretarju
tal-banda Beland. Instemghu wkoll il-qniepen u kien hemm filmat
fuq l-istess knisja.
Dawk li attendew iddevertew mal-muzika taz-Zejtunu Sam Mifsud li
mieghu kellu lic-ckejkna Ashlee Cilia. Sar kollegament dirett
ma’ Radio Hompesh fejn inbidlu hafna messaggi bejn ir-residenti
taz-Zejtun u Sydney.
Kien hemm is-soltu ikel Malti. Il-kumitat ta’ l-Ghaqda,
jigifieri l-ahwa Sam u Tony Mifsud u Joe Abela fahhru hafna l-ko-operazzjoni
tac-Centru Malti La Valette u weghdu li din il-festa se tibqa
ssir kull sena. |
|
 |
 |
|
Sam
Mifsud |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Id-djarju misthi tal-Ministru
Gatt |
|
|
|
Il-Ministru
Austin Gatt b’arroganza kbira qed jinjora kompletament lill-eluf
kbar ta’ Maltin li jghixu l-Awstralja u se kemm jibqa jaghmel dan,
sa kemm jibqa cass ma jaghmel xejn jien minn din il-pagna se nkompli
nfakkru fin-nuqqasijiet ta’ dawk li hu u shabu ghazlu b’tant zelu u
transparenza biex imexxu l-PBS (Malta), nies li mank ghandhom hila
jimmuntaw program ta’ 30 minuta ghall-SBSTV ta’ l-Awstralja.
Sur Ministru Gatt, nhar il-Hadd 5 ta’ Dicembru 2004 il-program rega’
kellu biss 17-il minuta jigifieri SRAQTULNA 13-il minuta minn
program ta’ 30 minuta. Se tibqa stinat? se tibqa ma tghidilna xejn?
Wasal iz-zmien ta’ azzjoni u minn din in-naha. Naf li ghadd ta’
Ghaqdiet Maltin se jiehdu azzjonijiet li bihom jistghu jimbarazzaw
lill-Gvern Malti u lir-rapprezentanti tieghu fl-Awstralja. U
jkollhom ragun! |
|
|
|
|