|
Mhux facli li
tittrasporta produzzjoni muzikali minn dawk li jipprezentaw
f’Iljieli Mediterranji f’Malta u turiha f’teatru f’Sydney,
l-Awstralja. Id-diffikultajiet huma enormi. Izda, dan jidher
li ma kienx daqstant ta’ saram ghall-Ghaqda Kulturali
Maltija ta’ NSW meta ghazlu li jipprezentaw, Manwel Manwel
il-Bandiera tal-Maltin fli Starlight Room tal-Wentworthville
Legaues Club fil-punent ta’ Sydney.
F’sala ppakkjata bin-nies, rajna wahda mill-aqwa
produzzjonijiet li qatt gew ipprezentanti mill-Maltin f’NSW.
Rajna kemm ghandna talent fost il-komunita’ Maltija u darba
ghal dejjem xejjinna l-akkuza falza li jaghmlu kontra l-komunita’
li qatt ma jkun hemm participazzjoni mit-tieni generazzjoni.
Hafna minn dawk li hadu sehem twieldu l-Awstralja u l-Malti
mhux l-ewwel lingwa taghhom.
Ma nafx min fejn nista’ nibda ghax kull min ha parti qaxxar
il-parti tieghu. Joe Galea fil-parti ta’ Manwel ikkonferma
li ghandu wahda mill-isbah vucijiet fl-Awstralja u hadem
il-parti tieghu b’hila u dahal sewwa fl-ispirtu tal-persuna
li kien qieghed jinterpreta.
L-istess nghidu ghal Joe Mifsud li hadem il-parti ta’ Manwel
meta kien zghir. Imwieled Malta izda gie zghir l-Awstralja,
Joe jispikka f’kull ma ghamel u kellu parti mportanti fit-tmexxija
tal-produzzjoni kif ukoll fit-tpingija tax-xenarju.
Joe Fabri fil-parti tal-Patri Protestant issorpredina b’vuci
soda u d-dwetti ma’ Joe Galea kienu kant mill-aqwa. In-nisa
fil-partijiet principali komplew iffurmaw il-bazi ghas-success.
Marisa Previtera b’vuci ta’ anglu kienet mahluqa ghall-parti
ta’ Virginja.
U xi nghidu ghar-Rita O’Dwyer bid-debut taghha fuq il-palk?
Qaxxret kompletament il-parti ta’ Guditta qisha xi attrici
li ilha ghomorha kollu fuq il-palk. Marlene Dimech spikkat
ukoll bil-vuci melodjuza taghha meta tat tifsira mqanqla
tas-sofferenzi tan-nisa ta’ dak iz-zmien. Charles Mifsud
kien idejali fil-parti ta’ l-avukat Frendo Azzopardi.
Kien hemm partijiet ohra importanti bhal dawk li hadmu Greg
Caruana, Victor Micallef, Doris Caruana, Monica Ledger u
specjalment Eddie Busuttil li mhux biss kien id-direttur
tal-produzzjoni izda hadem mill-inqas il-parti ta’ sitt
persunaggi u f’kull wahda spikka tassew.
Tifhir specjali jmur ghat-tfal li hadu parti. Fl-opinjoni
tieghi taw aspetti ferrieha u wasslu sewwa l-messagg
tal-faqar li kienu jghixu fih it-tfal ta’ dak iz-zmien. Il-participazzjoni
taghhom haqqha prosit specjali. |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041206_MarleneDimech.jpg |
|
|
Marlene Dimech fil-parti tal-mara maltija |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041206_Final.jpg |
|
|
Fl-ahhar
tal-musical, kulhadd fuq il-palk. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041206_JoeGalea.jpg |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041206_Joe&Marisa.jpg |
|
|
Joe Galea fil-parti principali ta' Manwel Dimech |
|
Joe Galea fil-parti ta' Manwel u Marisa Previtera
fil-parti ta' martu Virginia |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041206_ManwelCrowd.jpg |
|
|
Parti
mit-tfal u nisa li hadus sehem |
| |
|
Il-kor tan-nisa Maltin, kemm tfajliet u kemm nisa kantaw
kull kanzunetti b’tant herqa u entuzjazmu li kisbu l-applawsi
qawwija ta’ l-udjenza. Tassew dahlu fl-ispirtu ta’ l-okazzjoni
u kellhom parti kontinwa fil-produzzjoni.
Rajna xeni ta’ swied il-qalb, ohrajn ta’ briju, ohrajn ta’
kuluri, xeni li hafna drabi nisslu wkoll demghat ta’ dmugh
fost l-udjenza li tant kienu attenti ghal kull kelma, kull
mossa. Mhux ta’ b’xejn li kull kanzunetta giet moghtija
capcip u fl-ahhar rajna l-udjenza tqum allenija u
spontanjament f’ghadd ta’ "standing ovations" tassew
misthoqqa.
Kif qalli sewwa l-producer Charles Mifsud "li kieku kellna
maghna lil Raymond Mahoney, li kiteb il-kliem tant imqanqla,
Dominic Galea li kiteb il-muzika li tant tidhollok f’qalbek
u Narcy Calamatta, kieku zgur li jkun kburinu b’dak li rajna
gewwa Sydney".
Kien hemm narrazzjoni addattata minn Lawrence Dimech li
ghinet hafna biex l-udjenza tidhol fl-ispitu ta’ dan l-ispettaklu
muzikali li jizvolgi ruhu f’perjodu ta’ madwar 61 sena,
il-hajja li ghix dan il-patrijott Malti.
Ghal darba ohra haqqhom tifhir specjali Eddie Busuttil u
Charles Mifsud, direttur u producer rispettivament li
rnexxilhom jpoggu kollox b’hila kbira u forsi ukoll
jispikkaw fuq is-success ta’ produzzjonijiet ohra bhal
Gensna u Malta 1919.
Sar hafna xoghol ukoll minn Laurie Mifsud, Joe u ibnu
Nicholas Galea fejn dahlet il-muzika u l-pakkett finali huwa
unur ghat-talenti taghhom. Vince Simiana kien ukoll ta’
ghajnuna bir-recording studio tieghu.
Kien hemm nies ohrajn li hadmu minn wara l-kwinti, kemm biex
ippreparaw il-hwejjeg, xenarju u kull ma kien hemm bzonn.
Dan kien bla dubju attentat li rnexxa minn grupp ta’ nies li
hadmu u thabtu ghal hafna xhur biex jipprezantaw spettaklu
ta’ livell gholi. Ma hemmx dubju li mhux kollox imur kif
ikun mahsub izda l-uniku apprezzament tircivieh mill-udjenza
u dawk prezenti mhux talli hadu gost izda talli apprezzaw u
wrew li hadu pjacir bil-mod kif laqghu lill-atturi u
kantanti kollha.
Il-produzzjoni Manwel, Manwel - il-Bandiera tal-Maltin hija
bbazata fuq il-hajja tar-rivoluzzjunarju Malti, Manwel
Dimech (1860-1921) li bil-hsibijiet u bit-taghlim tieghu
witta t-triq ghall-bidu tal-moviment tal-haddiema f’Malta. |
|