|
Ghotjiet
ta’ ghajnuna |
| |
|
Il-Holroyd City
Council, il-municipalita’ f’NSW li tigbor fiha bostasubborgi
mimlia Maltin bhal Pendle Hill, Merrylands, Greystanes ecc
ipprezentaw ghal darba ohra lejla impressjonani u ta’ siwi
fil-Holroyd Centre Merrylands fejn qassmu l-ghotjiet annwali
taghhom f’dak li jisejjhu Community Assistance Program 2004.
Gruppi komunitarji li jkunu talbu ghajnuna minn dan il-Kunsill
jigu mghotija xi assistenza fi prezentazzjoni li ghaliha kien
hemm prezenti l-Kunsillieri tal-belt ta’ Holroyd u l-Membri
Parlamentari Federali, Julia Owens ghal Paramatta u Laurie
Ferguson ghal Granville. Fost dawk li gew mghotija assistenza
kien hemm il-Maltese Welfare (NSW) li hafna mill-hidma taghhom
hija f’din il-municipalita’ li fiha t-tieni l-ikbar numru ta’
Maltin f’NSW.
Is-Sindku ta' Holroyd,
Clr John H.
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041129_Grants.jpg |
|
|
Mix-xellug: Lawrence Gatt, Lawrence Dimech, Is-Sindku J.H.
Brodie, Marlene Dimech u Nathalie Gatt. |
|
|
|
Brodie, fahhar il-hidma ta’ dan il-grupp Malti
specjalment fil-qasam tat-tixrid ta' informazzjoni dwar
il-bzonnijiet ta’ komunita’ li ghalkemm ilha hafna f’din
il-municipalita’ izda xorta ghandha bzonn ta’ daqqa t’id. |
|
Il-Maltese Welfare (NSW) kien irapprezentat ghal din l-okazzjoni
mill-President Lawrence Dimech, mis-Segretarja, Maria
DeCarlo, mill-Kaxxiera Nathalie Gatt u minn Marlene
Dimech u Lawrence Gatt. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Russell Crowe u l-koppja
Schembri |
| |
|
Fit-30
ta’ Awissu 2004, minn din il-pagna ktibna dwar il-koppja
Schembri minn Melbourne u d-diffikultajiet enormi li qeghdin
isibu ma’ wicchom. Steve u Lillian Schembri twieldu l-Awstralja
izda meta kienu ghandhom zghar gew mehuda lura lejn Malta mill-geneturi
rispettivi taghhom. Huma kienu vittma ta’ ligijiet
tac-cittadinanza ta’ dak iz-zmien fejn Malta kienet titlob lil
dawk iz-zghazagh biex jaghzlu cittadinaza, Maltija jew
Awstraljana ghax Malta qabel 1989 ma kienetx taghraf
il-konvenjenza ta’ cittadinanza doppja. Kien hemm hafna bhal
koppja Schembri li spiccaw vittmi u kellhom jirrinunzjaw l-Awstraljana
biex jibqghu jghixu Malta.
Dan l-ahhar il-koppja Schembri regghu hadu hafna pubblicita’ fuq
il-media Awstraljana tant li dehru fuq “This Day Tonight”
f’programm nazzjonali ta’ ahbarijiet kurrenti. Din id-darba
Steve Schembri ghamel hafna impatt ghax qal li kien ha parti
bhala extra fil-film Gladiator u hemm ghamel hbieb
ma' l- |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041129_FamilySchembri.jpg |
|
|
Il-koppja
Schembri li qed jithabtu biex
jibqghu l-Awstralja |
 |
|
artist famuz, Russell Crowe li hadem il-parti principali u
li huwa Awstraljan. Kif stqarr mall-media Awstraljana, Steve
Schembri, “iz-zewg Awstraljani saru hbieb.”

It-TV u l-gazzetti gabu ritratti tal-koppja Schembru u t-tfal
taghhom Chereese 5, Clint 11 u Glenn 12 snin jieklu
l-Vegemite. Ftahru wkoll li jhobbu l-karozzi tat-tip Holden
u l-cricket f’kelma wahda dawk l-affarijiet li huma sinonimi
ma’ l-Awstraljani. |
|
|
Il-koppja
Schembri, Steve ta’ 38 sena u Lillian ta’ 38 sena jinsabu l-Awstralja
izda taht visa temporanja ghax il-Gvern Awstraljan la cahdu c-cittadinanza
Awstraljana ma jaghrafhomx. Il-kampanja taghhom biex jibqghu l-Awstralja
qed jibbazawha fuq kemm huwa Awstraljani, ghax twieldu l-Awstralja
u kemm ghad ghandhom assocjazzjoni qawwija ma’ dan il-pajjiz.

Ghall-koppja Schembri issa qieghed jidher xaqq ta’ dawl ghax
il-Gvern Awstraljan diga wieghed li persuni bhal din il-kopjja
se jergghu jigu moghtija lura c-cittadinanza Awstraljana izda
din il-legislazzjoni ghad trid tghaddi mill-Parlament.

Minhabba
l-elezzjoni tad-9 ta’ Ottubru mhux nistenni li dan it-tibdil
fil-ligi jsir qabel s-sena d-diehla. Hawn ta’ min ifahhar ix-xoghol
kbir ta’ lobbying li ghamlu s-Southern Cross Group u l-Maltese
Welfare (NSW) biex il-Gvern Awstraljan jilqa’ t-talba ta’ dawn
il-Maltin li sfaw vittmi tal-ligijiet ikkomplikat
tac-cittadinanza. |
|
| |
|
|
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041129_Zammit.jpg |
| |
|
Miet neguzjant Malti |
| |
|
Dan
l-ahhar thabbret il-mewt ta’ Louis (Gigi) Zammit (ritratt)
maghruf bil-laqam Tal-Patri li grat fid-dar tieghu fi
Greystanes NSW fl-eta ta’ 73 sena. Dan l-Ghawdxi, ghal dawn
l-ahhar hamsin sena mexxa n-negozju li stabilixxa f’Pendle
Hill NSW bl-isem ta’ Zammit Ham & Bacon Curers li illum
ihaddmu maghhom 30 persuna. Gigi Zammut twieled Ghawdex
fl-1931 u emigra lejn l-Awstralja fl-1952 fejn diga kien
hawn missieru, li kien wasal mal-grupp imsejjah il-Maltin ta’
New Caledonia. Gigi Zammit beda wahda mill-aqwa kumpaniji
tal-wholesale meat & small goods fl-Awstralja u kien kburi
li t-tfal tieghu Frank, John u Anthony kollha jahdmu mieghu.
Gigi Zammit izzewweg lir-Rita Borg mill-Fontana fl-1953.
Kien ukoll goalkeeper maghruf u laghab kemm ma’ Victoria
Hotspurs FC u mal-Hamrun Spartans FC fl-1951 fi zmien il-coach
Ingliz, Fred Mills. Barra li kien neguzjant mill-aqwa Gigi
Zammit kien bniedem gentlom ta’ ftit kliem, x’aktar misthi
izda karittativ bla limitu ma’ hafna ghaqdiet Maltin u mal-knisja,
minghajr hafna daqq ta’ trombi. Ma hemmx dubju li tlifna
wiehed mill-aqwa benefatturi tal-komunita’ Maltija.
Jekk tridu taqraw
iktar dwar il-hajja ta’ Gigi Zammit araw It-Torca tat-2 ta’
Mejju 2004 |
|
|
| |
|
|
|
|
|
Freddie Portelli fl-Awstralja |
|
|
|
Fl-eta
ta’ 60 sena dan il-kantant Malti tar-rock gie fl-Awstralja
ghall-ewwel darba u deher fil-Marconi Club f’NSW u xi bnadi
ohra ta’ l-Awstralja. Skond rapport li deher f’The Maltese
Herald dan il-kantant mar tajjeb hafna. Kanta kemm bl-Ingliz
anke bil-Malti. U l-udjenza taghtu applaws kbir. Fuq l-istess
program, hadu sehem ukoll Catherine Buhagiar, Charles “Baby
Face” Curmi u huh Eddie. Hadu sehem ukoll xi dancers.
Charles Curmi qal li l-programm G’day Maltaussie TV se jerga’
jibda f’Dicembru fuq stazzjon cable bl-isem ta’ Australian
Multicultural Television (AMT). Kien hemm min osserva li
dawn l-artisti minn Malta ma ghadhomx jattiraw l-istess
udjenza kbira li kienu jaghmlu qabel. Dan ghaliex li s-suq
issa gie vgat minn hafna artisti li qed jingiebu hawn minn
Malta u tilfu xi ftit in-novita’ li kienu ftit tas-snin ilu. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041129_FPConcert.jpg |
|
|
Freddie Portelli fil-Marconi Club, Sydney NSW. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Wara z-zjara tal-Kardinal |
| |
|
Il-Kardinal
George Pell, (ritratt) l-Arcisqof kontraversarju ta’ Sydney ghadu
kemm wasal lura minn Malta fejn attenda ghall-Kungress tas-Sacerdoti
li sar f’Malta u Ghawdex. Il-Kardinal li jikteb kull nhar ta’ Hadd
fil-gurnal Sunday Telegraph iddedika l-kolonna tieghu ghaz-zjara
tieghu f’Malta.
Qal li Malta taghti kontribuzzjoni kbira lid-dinja hielsa. Kiteb
dwar li storja ta’ Malta taht hafna hakmiet. Osserva li f’Malta 65%
tal-poplu jattendi ghall-quddiesa tal-Hadd. Ma naqasx li jghidilna
li kulhadd f’Malta ghandu xi kugin fl-Awstralja u li ma kiex cert
jekk fl-Awstralja hawx iktar dixxendenti Maltin milli hemm Maltin
jghixu f’Malta. Fl-ahhar dan il-Kardinal qal li l-Kungress f’Malta
fakkru ghad-dejn li l-komunita’ Kattolika ghandha lejn is-sacerdot
celibat u l-kontribuzzjoni globali u qawwija li jaghti lis-socjeta.
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041129_DrPell.jpg |
|
 |
|
Kardinal
George Pell |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-PBS (Malta) u l-Maltin fl-Awstralja. |
|
|
|
Fil-harga
ta’ nhar it-Tnejn 22 ta’ Novembru ktibt fit-tul dwar il-programm ta’
kull gimgha li jibghatulna l-PBS (Malta) u ilemtajt dwar dan is-servizz
li issa sar farsa ma’ kulhadd. Kont nahseb li dawk li huma nkargiati
minn dan il-programm f’Malta kienu nies arroganti fix-xoghol taghhom
li dahluha f’rashom li kienu qeghdin jaghmulna xi pjacir. Nies li
rari wiegbu ghall-ilmenti taghna. Illum ma nahsibx li huma nies
arroganti biss izda hemm ukoll elimenti ta’ stupitagni. Ghax ma
tridx tkun gharef biex tkun taf id-differenza bejn 15-il minuta u 30
minuta. Elimentari, mhux hekk?
Fil-programm ta’ nhar il-Hadd, 21 ta’ Novembru ghal darba ohra
tal-PBS (Malta) bghatulna tape bi 15-il minuta biss flok tape li
kellha tkun ta’ 30 minuta. Tahsbu li hadu zball? Ma ghandhomx aloggi?
Iktar nahseb li tilfghu l-boxla. L-aghar li hadd minnhom, Ministru,
Manager, Board tad-Direttur ma ghandhom il-kuragg iwiegbu ghall-dawn
l-ilmenti taghna. |
|
|
|
|
|