|
Fejn
hu l-Ministru Austin Gatt? |
| |
|
Dan il-Ministru
ghandu fama li malajr isib soluzzjoni meta jigi affrontat bi
problema. Fil-PBS ta’ Malta tajjar nofs l-impjegati u qalilna li
kollox se jimxi bir-rubini. Ma nahsibx li l-Ministru Gatt, li hu
tant imghobbi bi problemi kbar, ser jasal biex jinnota l-ilmenti
li l-Maltin ta’ l-Awstralja kontinwament jaghmlu dwar
il-programm li l-allievi tieghu jippreparaw ghalina Maltin ta’
l-Awstraja biex ahna naraw kull nhar ta’ Hadd fuq l-SBSTV.

Mhux xi haga kbira tafux! Mhux xi maratona! Mhux xi Xarabank!
Semplici muntagg ta’ items ta’ ahbarijiet li jkunu diga dehru
fuq l-ahbarijiet f’Malta. Iva, bil-haqq Sur Ministru, sa kemm
dawn l-ahbarijiet jaslu l-Awstralja jkunu ilhom li saru tlett
gimgha.

Il-programm suppost li huwa ta’ nofs siegha izda qatt ma jwassal
dan it-tul ghax jaqtghu nifishom. Iktar jaslulna ghaxar minuti,
kwarta, ghoxrin minuta anqas, insomma qatt 30 minuta shah. Forsi
ghandhom timers difettuzi!
Tahsbux li dan il-programm jaslilna b'xi satellita.....u hallina.
Tal-PBS (Malta) jitfugh fuq videocasette u jibghatuh b'servizz
specjali ta’ posta lejn Sydney. Sur Ministru, allura ghadek ma
ndunajtx li dan il-programm daqqa' jasal u daqqa le?
Tirrejalizza jew le kemm huwa imbarrazzanti ghall-Maltin fl-Awstralja
meta jifthu l-SBSTV u ma jkun
hemm xejn? Jew forsi
dan ftit |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041122_GattAustin.jpg |
|
|
Ministru Austin
Gatt |
| |
|
jeffettwak ghax minn ta’ l-Awstralja mhux se tiehu
voti?

Halli naghtik, sur Ministru zewg ezempji ta’ kif min
jiehu hsieb dan il-programm ftit jimpurtah mill-professjonalita’
forsi wkoll mod-dicenza. Harsa lejn il-programm
tal-Hadd, 31 ta’ Ottubru:-
 |
|
Dak li kien qed jaqralna l-ahbarijiet qalilna li
issa wasal fl-ahhar u niltaqghu gimgha ohra. Dan ma
kien minnu xejn ghax wara pawsa l-programm kompla
b’xi zewgt items ohra u mbaghad ghal darba ohra
x-xandar qalilna li dan issa veru kien it-tmiem!!!! |
|
|
Ma jimpurtax!
Stennejna il-Hadd 7 ta’ Novembru 2004 izda ghal darba
ohra l-programm ma wasalx. L-ebda apologija. Qisu qatt
ma gara xejn. Fil-programm tal-Hadd 14 ta’ Novembru ghal
darba ohra kellna biss 20 minuta jigifieri serqulna 10
minuti ohra. Forsi tal-PBS (Malta) huma mdorrija b’dawn
in-nuqqasijiet izda fl-Awstralja mhux lilna biss qed
timbarazzaw izda lill-Malta ghax ahna biss fost l-ghexieren
ta’ nazzjonijiet etnici ohra li jxandru l-ahbarijiet
taghhom fuq l-SBSTV naghmlu dawn il-hmerijiet.
Sur Ministru, din mhix l-ewwel darba li l-programm ma
wasalx l-inqas it-tieni jew it-tielet darba izda dan
isir spiss. Qatt ma hrigt xi stqarrija biex tfehemna,
ghaliex ahna l-Maltin ta’ l-Awstralja ghandha nkomplu
nigu suggetti ghal dan id-dizprezz kollu?
Sa dan it-tant il-Kummissarju Gholi f’Canberra talab
lill-komunita’ Maltija fl-Awstralja biex jghidulu kif l-ufficcju
tieghu jista’ jghin biex ixerred ahjar l-kultura Maltija
fl-Awstralja. Forsi jistghu jibdew minn dan il-programm
u jassiguraw
1. li jibda jasal fil-hin

2. ikun fih dejjem tul ta’ 30 minuta

3. ikun fih kontenuti li jkun
relevanti
ghall-Maltin li jghixu fl-Awstralja |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Politiku iehor b’konnessjoni
Maltija |
| |
|
Il-gimgha
l-ohra ktibt dwar Chris Bowen, il-Membru Parlamentari gdid ta’
Prospect fi NSW u semmejna li ghandu konessjoni mal-Maltin ghax
fil-fatt mizzewweg mara ta’ nisel Malti.

Fuq ix-xefaq l-iehor fin-nahat ta’ Melbourne ghandna wkoll
membru ferm popolari mal-Maltin mhux biss ghax martu, Carmen
Portelli hija Maltija wild geneturi Maltin. Missierha hu minn
tas-Sliema u ommha mill-Hamrun izda ghax ilu hafna snin jaqdi
lill-komunita’ Maltija fin-nahat ta’ Melbourne.

Bob Sercombe MP, il-membru Federali ta’ Maribyrnong ghadu kemm
gie elevat ghal front benches ta’ l-Oppozizzjoni Laburista wara
tmien snin li ilu fil-Parlament Federali. Huwa mar Canberra
fl-1996. Qabel ma dahal fil-Parlament Federali, Bob Sercombe
serva wkoll bhala Membru Parlamentari ta’ l-iStat ta’ Victoria
fiz-zmenijiet meta kien hemm Jeff Kennett fil-Gvern. Ghamel
kwazi sena bhala Deputat Kap u kelliemi fl-Oppozizzjoni fuq l-affarijiet
tal-pulizija.

Qabel ma dahal fil-politika Bob Sercombe hadem
fis-servizz pubbliku |
|
minn fejn
inghaqad mal-Kunsill ta’ Williamstown bhala social planner.
Hadem ukoll ta’ amministratur f’Community Health Centre u
fl-1983 gie mahtur konsulent mal-Ministru Federali ta’ dak
iz-zmien Clyde Holding. Bob Sercombe huwa wkoll id-deputat chair
tal-Corporation and Securities Commission. Mizzewweg u ghandu
zewgt itfal kbar u nannu ta’ Harper ta’ 18-il xahar.
Meta Mark Latham tilef l-elezzjoni tad-9 ta’ Ottubru 2004 nehha
minn nofs ghadd ta’ ucuh qodma u hareg b’sebgha godda fosthom
Bob Sercombe li se jkun il-kelliemi fl-Oppozizzjoni ghal
Ministeru tal-Gzejjer Pacifiki. Ghalhekk, huwa se jkun jahdem
mill-vicin ma’ Kevin Rudd, il-kelliemi dwar l-Affarijiet
Barranin u s-Sigurta Internazzjonali. Meta staqsejtu x’inhuma l-problemi
ta’ dawn il-gzejjer tant qrib l-Awstralja huwa semma’ t-tibdil
fil-klima u l-izvillup ekonomiku. Qal li l-Awstralja ghandha
obbligazzjoni morali li tghin lil dawn il-gzejjer bhala
Kiribati, Tuvalu, Fiji, Solomon Island, Papua New Guinea u
ohrajn. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041122_BobSercombe.jpg |
|
|
Bob
Sercombe MP |
| |
|
Bob
Sercombe MP qal "il-Prim Ministru Howard jemmen li s-sigurta
fl-Awstralja tista’ tigi mharsa billi ninvadu lill-Iraq izda
jekk niffokaw fuq pajjizi l-boghod jista’ jigri li ninjuraw
il-problemi fuq l-ghatba taghna stess". |
|
|
| |
|
|
|
|
|
Il-Monument ta’ tifkira |
|
|
|
IKif
ghidilkom fil-hargiet ta’ qabel kont qed nipprova nakkwista
xi ritratt ta’momument li gie inawgurat dan l-ahhar fl-anniversarju
ta’ l-40 sena tac-Centru Malti, La Valette li jinsabu fi
Blacktown NSW. Dan il-monument jirrifletti l-istorja ta’ dan
ic-centru u specjalment jaghti gieh lill-fundatur Dun Pawl
Baron ofm Cap.
Dun Pawl wasal l-Awstralja f’Ottubru 1963 fejn mar
fis-seminarju li l-Kapuccini ghandhom fi Plumpton NSW. Minn
dejjem kellu l-hsieb li jiftah centru ghall-Maltin u l-hsieb
ha forma fil-4 ta’ Ottubru 1964 bil-formazzjoni ta’ ghaqda
bl-isem ta’ Maltese Community Western Suburbs taht l-ewwel
President Roger Borg, illum mejjet.
L-ewwel bicca art f’Kildare Road, Doonside inxtrat fi Frar
1969. Wara li nqalghu xi problemi mal-Housing Commission dik
l-art inbieghet u xtrat l-art prezenti fi Blacktown f’Mejju
1974. Fis-sena 1970, l-Maltese Community Western Suburbs
Association bidlu isimhom ghal La Valette Social Centre.
F’Walters Road Blacktown inbena l-prespiterju u l-kappella
fejn kien joqghod Dun Pawl. Dan il-prespiterju li gie
inawgurat fis-26 ta’ Novembru 1978 dam hafna snin iservi
bhala id-dar tal-kappillan Malti u centru socjali ghal certu
attivitajiet tal-komunita’ sa kemm imbniet il-“clubhouse”
iktar modern li giet inawgurata fi Frar u miftuh f’Settembru
1986.
Dun Pawl baqa’ fost il-komunita Maltija tan-nahat ta’
Blacktown sa Marzu 1992 fejn fl-eta ta’ 67 sena halla l-Awstralja.
Wara t-tluq ta’ Dun Pawl, l-amministrazzjoni religjuza
waqghet taht il-harsien tal-Missjunarji Maltin ta’ San Pawl.
Fl-opinjoni tieghi, Dun Pawl jew kif insibuh ahna f’dawn in-nahat
bhala Fr Baron halla l-ikbar legat lill-komunita Maltija,
forsi ukoll l-ikbar rigal li qatt giet mghotija
lill-komunita’ Maltija minn patrijiet pijunieri Maltin f’NSW.
Fr Baron kien l-instigatur li l-propjeta kemm ta’ Kildare
Road u anke ta’ Walters Road jibqghu dejjem immexxija mill-komunita’
Maltija u mhux jaqghu propjeta tal-knisja. Jekk mhux ta’
xejn izjed, il-komunita' Maltija ghandha tkun
ferm grata lejn dan il-patri |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041122_Munument1.jpg |
|
|
Zewg
dehriet differenti tal-monument tac-Centru Malti, La Valette |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041122_Munument2.jpg |
|
|
Malti.
Wara li ghidt dan kollu, ma rridtx ninsa lil dawk il- membri
tal-kumitat, voluntieri, haddiema u ohrajna li tant stinkaw
kemm ma' Fr Baron u anke wara biex dan ic-centru jigi moghti
fundazzjoni soda u bazi finanzjarja mill-aqwa u jkompli
dejjem jizviluppa b’servizzi ahjar ghall-komunita' Maltija.. |
|
|
|
|
|
|
|