It-Tnejn, 15 ta' Novembru, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Il-Bandiera tal-Maltin
 

 Fis-sala tal-knisja ta’ Greystanes komplew il-preparazzjonijiet tal-produzzjoni storika muzikali, Manwel, Manwel, il-Bandiera tal-Maltin li se tigi pprezentata f’Wentworthville Leagues Club nhar il-Hadd 21 ta’ Novembru 2004. F’din il-produzzjoni se jiehdu sehem madwar 35 persuna.
 
Waqt il-preparamenti li saru din il-gimgha, kien hemm prezenti, Josephine Zammit Cordina li regghet tinsab l-Awstralja b’konessjoni mal-programm tal-PBSTV, Walzing Matilda. Jakkumpanjawha kien hemm zewgha Harry u binhom Henry li huwa nkarigat mill-iffilmjar. Josephine diga zaret l-iStat ta’ Victoria. Fuq il-programmi ta’ l-PBS Malta, Josephine Zammit Cordina ghandha l-programm “Boomerang” ukoll.
 
Kien hemm ukoll ohrajn li ghamlu zjara lil dawk li qeghdin jiehdu sehem fil-produzzjoni Manwel, Manwel il-Bandiera tal-Maltin bhal Manwel  Pisani, mill-Kamra tal-Kummerc Awstraljana/Maltija, l-editur ta’ The Maltese Herald, Lino Vella, il-ko-ordinatur tala-programmi fuq r-radju ta’ l-SBS, John Borg u Lucy Calleja l-Principal ta’ l-Iskola tal-Malti.
 
Il-producer  ta'   din   is-serata,    Charles

 

Josephine Zammit Cordina mal-cast ta’ Manwel, Manwel, il-Bandiera tal-maltin f’Sydney.

 

Mifsud qalilna  li  skoperaw ghadd ta' persuni b’talent mill-aqwa u min se jmur jara din il-musical zgur se jinduna kemm ghandna talent fost il-komunita’ ta’ NSW.

Id-direttur muzikali, Joe Galea u d-direttur artistiku Eddie Busuttil qalulna li ghalkemm din hija produzzjoni ferm difficli   izda   min   se    jattendi   se   jara

 

spettaklu mhux  minn  artisti  li  jigu  minn Malta izda minn persuni tal-lokal li qdew il-partijiet taghhom b’zelu, determinazzjoni u hila.

Smajna ukoll xi bicciet mill-muzika tassew tal-widna li tohrog mill-pinna ta’ Mro Paul Abela, muzika tassew li tidhollok f’qalbek waqt li l-lirika ta’ Ray Mahoney hija wkoll mimlija patriottizmu.

 
 
 Membru gdid tal-Parlament Federali
 

 Dan l-ahhar kelli l-opportunita’ li niltaqa’ ma’ Chris Bowen, li ghadu kemm gie elett fl-elettorat ta’ Prospect (fil-qalba tal-komunita’ Maltija), siggu li kienet ilha zzomm Janice Crosio mill-elezzjoni Federali ta’ l-1990. Dan il-politiku li ghadu zghazugh ghandu quddiemu karriera sabieha ghax ghalkemm tilef xi ftit voti fl-ahhar elezzjoni tad-9 ta’ Ottubru 2004 izda jinsab f’elettorat li fih ghadu jgawdi maggoranza ta’ 7 fil-mija.

Meta tkellimna dwar ir-ragunijiet ghaliex tilef xi voti dan qalli li Janice Crosio hi persuna dinamika li kienet ilha fil-qasam politiku hajjitha kollha u ghalhekk kellha hafna voti persunali. Jahseb ukoll li l-iktar fattur li tefghu lura kienet il-kampanja ta’ biza’ dwar r-rati ta’ l-interess. “Ma kienx facli li tirribatti dak li kienu qed jallegaw il-Liberali avolja kienu akkuzi zbaljati. Barra dan huma kellhom hafna izjed flus x’jonfqu fuq il-mezzi tax-xandir” qalli dan il-Membru Parlamentari gdid.
 
Huwa qalli wkoll li l-iktar jinteressawh huma l-oqsma ta’ l-edukazzjoni, ekonomija u relazzjonijiet industrija.
 
Chris Bowen ghandu grad ta’ Bachelor of      Economics       mill-Universita'     ta'

 

Sydney u studja wkoll fl-Universita ta’ New England. Inghaqad mal-Labor Party fl-1988. Gie elett fil-Kunsil ta’ Fairfield fl-1995 u serva bhala Mayor mill-1998 sal-1999. Kien President tal-Western Sydney Councils 1999-2001 u Chief of Staff tal-Ministru Carl Scully minn 2001 sa 2004.

Hadt l-opportunita’ li nakkwista’ minnu garanzija li se jaghti l-appogg tieghu fil-Parlament meta tigi mressqa l-ligi dwar dawn it-tfal li twieldu l-Awstralja u gew mehudin lura Malta. Minhabba prospetti ta’ xoghol u edukazzjoni dawn it-tfal irrinunzjaw ic-cittadinanza Awstraljana biex izommu l-Maltija. Issa l-Gvern fi hsiebu jaghtihom lura ic-cittadinaza Awstraljana.
 
Huwa weghdni wkoll li jgharbel is-sitwazzjoni li nqalet dwar x-xoghol mal-Kummissjoni Gholja Awstraljana f’Malta u c-cittadinanza doppja. Huwa ddispjecih li ma setghax jiehu parti iktar fost il-Maltin izda diga ghandu programm shih biex isir jaf lill-komunita’ Maltija. Huwa qalli li ma dan kollu zar persunalment mijiet ta’ familji Maltin fid-dar taghhom.
 
Chris Bowen MP huwa mizzewweg li Rebecca    Mifsud    ta'   nisel   Malti.   In-

 

Christ Bowen u martu Rebecca Mifsud
fit-tieg taghhom.

 

nanniet taghha Joe u Mary izzewgu f’tas-Sliema fl-1964 u emigraw lejn l-Awstralja fl-1950. Joe kien jahdem fuq is-submarines fil-port. Diga kellhom tifla jisimha Margaret li twieldet Malta. Mal-wasla taghhom fl-Awstralja twieled Brain li jigu missier Rebecca, l-mara ta’ Chris Bowen.

Bla dubju jidher li sponta politiku iehor li jrid ikun ta’ ghajnuna ghall-Maltin fi NSW. Kif qalli. ghalkemm mank ghadu sar Membru Parlamentari diga ta l-ghajnuna tieghu lil ghadd ta’ Maltin.

 
 


Il-festa annwali
fi Greystanes
 

 

 Il-festa ta’ Greystanes jew ahjar Pendle Hill fil-qalba tal-komunita’ Maltija ilha tigi ccelebrata ghal 30 sena shah. Din il-festa dejjem kienet ssir fil-long weekend ta’ Ottubru u kienet tista’ tghid saret tradizzjoni izda mbaghad bidlulha d-data u dis-sena mill-gid bidlulha d-data izda xorta attendew hafna nies.
 
Ic-celebrazzjonijiet bdew is-Sibt b’quddies ikkoncelebrata mill-Isqof ta’ Parramatta, Rev Kevin Manning.
 
Il-Hadd saret quddiesa ohra u mbaghad kien hemm is-soltu processjoni bl-istatwa ta’ Maria Bambina (ara ritratt) akkumpanjata mill-banda li kellha l-bidu taghha f’din il-knisja u ghadha ggib l-isem ta’ Our Lady Queen of Peace Maltese Band that it-tmexxija tas-surmast Brian Zammit. Il-Banda wkoll daqqet programmi musikali specjali. Fl-ahhar il-festa ghalqet bil-loghob tan-nar li tant huwa ta’ attrazzjoni mal-komunita Maltija u dawk kollha li jersqu lejn din il-festa.

 

L-istatwa ta’ Maria Bambina qabel ma harget barra fost il-Maltin dis-sena

 
 

Il-Hamrun Association
ta’ NSW

 

 Kif jafu hafna mill-qarrejja taghna l-Hamrunizi ta’ NSW ghandhom ic-centru socjali taghhom f’Marsden Park post kbir li joffri rikrejazzjoni mhux biss lill-Hamrunizi izda lil hafna ohra li joqghodu f’dawn in-nahat tal-punent ta’ Sydney. Ftit ilu saret l-laqgha generali u tnejn mill-persuna ferm assocjati ma’ dan ic-centru ghazlu li ma jergghux jikkontestaw.

Fred Farrugia (ara ritratt) li kien President ghal dawn l-ahhar erba’ snin u Mary Spiteri li kienet segretarja ghall-istess zmien ma kkontestawx izda l-membri b’gest ta’ gratitudni hatruhom membri ghall-ghomorhom.

Il-President il-gdid huwa Joe Sultana u s-segretarja Josephine Bigeni. Vici President hemm George Tabone. Bhala membri gew eletti: Doris Schembri, Mary Said, Mary Farrugia, Rita Sultana, Peter Schembri, Mary Jane Azzopardi, Frank Muscat, Frances Sciberras u Mary Sciberras.

 

Fred Farrugia, membru ghal ghomru.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivji ta' dawn il-pagni

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2004 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.