|
L-elezzjoni
fl-Awstralja |
| |
|
Jiena
zgur li hafna mill-qarrejja ta’ l-orizzont specjalment dawk li
huma qarrejja regulari ta’ din il-pagna jafu li fl-Awstralja
kellna elezzjoni generali fid-9 ta’ Ottubru kemm ghall-Kamra
tar-Rapprezentanti u anke ghan-nofs tas-Senat. Damu tlett
gimghat biex hargu r-rizultati finali. Dan ghaliex fejn ikun
hemm rizultati difficli li jibqghu vicin xulxin sa l-ahhar iridu
jistennew il-wasla tal-postal votes. Iva, l-Awstraljan ghandu d-dritt
li jivvuta anke jekk wiehed ma jkunx jghix fl-Awstralja, tant li
hemm hafna Maltin-Awstraljani jghixu f’Malta li marru Ta’ Xbiex
biex jivvutaw.
L-elezzjoni kienet rebha assoluta ghall-Prim Ministru John
Howard, allejat assolut tal-politika ta’ G.W Bush. Il-Partiti
Liberali/ National li huma f’koalizzjoni mhux talli rebhu
maggoranza ta’25 siggu izda ghall-ewwel darba f’25 sena rebhu l-maggoranza
tas-Senat. Dan ifisser li minn Lulju 2005, il-Gvern ta’ Howard
ikun jista’ jaghmel dak li jrid ghax ma jkun hemm “checks and
balances”, ir-raguni li ghaliha nholoq is-Senat. |
|
Ir-rizultati finali huma dawn:
Kamra tar-Rapprezentanti: |
|
Liberals/Nationals |
87 siggu
|
|
Laburisti:
|
60 siggu
|
|
Indipendenti |
3 siggu
|
|
|
------------------------ |
|
Total:
|
150 siggijiet |
|
| |
|
Fl-Upper House (is -Senat) |
|
Liberals/ Nationals |
39
|
|
Laburisti |
28
|
|
Democrats |
4
|
|
Greens: |
4
|
|
Family First: |
1
|
|
|
---------------------- |
|
Total |
76 siggijiet |
|
|
Huwa kkalkulat li maggoranza hekk kbira fil-Kamra tar-Rapprezentanti
trid tiehu madwar zewg elezzjonijiet biex tintlahaq. Il-Kap
ta’ l-Oppozizzjoni Laburista, Mark Latham li kien ghadu
kif inhatar mexxej mank tnax-ilxahar qabel l-elezzjoni
issa warrab minn nofs lil ghadd ta’ MP anzjani u hareg
b’Shadow Ministry ta’ hafna wcuh friski.
L-uniku Malti li kellna fil-Parlament Federali, Christian Zahra ma giex re- |
|
|
 |
|
Mark Latham |
 |
|
elett mid-distrett
rurali tieghu ta’ MacMillan f’Victoria. Izda sa fejn
naf jien hemm zewg membri Parlamentari li ghandhom
n-nisa taghhom Maltin. Dawn huma Bob Sercombe
(Melbourne) li martu hija Carmen Portelli u Chris
Bowen (Sydney) li martu hi Rebecca Mifsud. |
|
|
|
|
| |
|
|
|
|
|
Radjijiet tal-komunita’ |
|
|
|
Ma’
l-erbat irjihat ta’ l-Awstralja ghandna ghadd ta’ radjijiet bi
programmi bil-Malti, hawn imsejjha radjijiet tal-komunita’ li
jitmexxu minn ghadd ta’ persuna fuq bazi voluntarja. Ma
jithallsux, kollox jaghmlu minn qiegh qalbhom. Dawn ir-radjijiet
kienu jistennew b’herqa l-ahbarijiet li jircievu mid-Dipartiment
ta’ l-Informazzjoni ta’ Malta. Izda d-Direttur, hekk kif
il-Partit Nazzjonalista rega’ mar fuq l-internet qalilhom li
mhux se jkompli dan is-servizz. Kaz iehor car ta’ kemm dawn in-nies
fl-awtorita’ ma jifhmux lill-komunitajiet Maltin barra minn
Malta.

Ftit ilu gejna mfakkra li r-radju tal-komunita’ Maltija ta’
South Australia ghalaq 27 sena. Ftakkru li tul dawn is-snin
kollha dawk li jmexxu qatt ma thallsu sold. Il-programm ta’ S.A.
kien l-idea ta’ Fr Patri Pawl Mejlak ofm. Dan fittex u sab l-ghajnuna
ta’ Gaetan Grech. Flimkien ma’ Joe Monsigneur u Frank Falzon
huma ghalhekk il-fundaturi. Fiz-zmenijiet tal-bidu dahal ukoll
John Mangion. Ghall-ewwel darba, nhar il-Hadd 1 ta’ Ottubru 1977
beda l-programm mit-8am sad-9am. Iktar tard il-hinijiet tbiddlu.
Dan ifisser li Geatan Grech, li ghamel zmien twil bhala Konslu
Onorarju f’SA ilu jmexxi dan il-programm ghal 27 sena. Skond ma
qal lil The Maltese Herald, Geatan Grech xtaq jirringrazzja bi
kbir lil Carmen Debono, Bernadette Buhagiar u John Mangion li
jiffurmaw il-kumitat tar-radju u l-isponsors tal-programm.
Sincerament nifirhu lil dawk kollha assocjati mar-radju
komunitarju ta’ South Australia ghax-xoghol utli u voluntarju li
jwettqu ghall-komunita Maltija ta’ South Australia. |
|
 |
|
Geatan Grech, John Mangion, Bernardette Buhagiar u Carmen
Debono. |
 |
|
Geatan
Grech ma’ Gino Camilleri tal-MIOC |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jirringrazzjaw lil Alla |
|
|
|
Kull
sena l-kumitat hekk imsejjah, Maltese Eldery Thanksgiving Day
jigbru lil dawk li jinsabu fi djar tax-xjuh jew isolati biex
flimkien jghaddu gurnata flimkien. Din is-sena ghazlu l-lokal
tal-Workers Club ta’ Blacktown. Ghal din l-okazzjoni kien hemm
sorpriza meta tfaccaw Toni (Majsi) Vella u shabu tal-Bronk
Production li kienu f’Sydney dawk iz-zmenijiet.

Sr MaryAnn Grima u l-kumitat taghha dejjem jahdmu iebes biex din
il-gurnata tirnexxi. Dr Gorg Boffa u Nancy Serge mexxew
il-proceduri u Dr Boffa tkellem ukoll dwar l-anzjani taghna.
Il-Workers Club ma tawx permess lill-organizzaturi li
jorganizzaw quddiesa. Biex itaffu dan in-nuqqas Lucy u
Eddie Grasso qraw il-liturgija. |
|
 |
|
Roger Price Mp jidher qed ikellem
lill-anzjani.
Il-kumitat tal-METD jidhru fuq il-palk. |
| |
|
Kien hemm ghadd ta’ mistiedna fosthom Roger Price,
Membri Federali tal-Parlament li pprezenta bandiera
Awstraljana. Kien hemm mistednin ohra mid-Dipartiment
ikkoncernat mill-Anzjani.
Barra l-membri
tal-Bronk |
|
kantaw ukoll Vince Bezzina u Joe Apap. Kienet ghal darba
ohra okazzjoni fejn l-anzjani Maltin gew onorati. Fost
l-anzjani kien hemm Wenzu Refalo u martu Josephine minn
Blacktown li ghandhom 95 sena. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Minn Melbourne |
| |
|
Kien
hemm bidla importanti fil-kumitat tal-Maltese Community
Council ta’ Victoria fejn il-Professur Maurice Cauchi li
issa rega gie lura f’Melbourne wara li kien Malta ghal
hafna snin gie elett President, posizzjoni li kien
okkupa qabel. Edwidge Borg li kienet l-ewwel mara
President wara li tefghet in-nomina taghha rtiratha.u
ghalhekk ma kkontestjatx. L-istess ghamel Mario Sammut.
Jidher ukoll li l-avukat Victor Borg, wara assenza
qasira rega’ dahal bhal wiehed mill-Vici Presidenti. Din
hija bidla sinifikati. Il-kumplament tal-kumitat skond
in-newsletter tal-MCC hu |
|
hekk: Il-Vici President l-iehor huma Gejtu Deguara.
Kaxxier hu Pawlu Borg, Segretarja: Edwina Mallia u
assistenta, Marilyn Pace. Direttura tal-Wefare: Rosemary
Attard u Kappillan Fr Denis Carabott mssp.

Il-MCC ghandhom 36 socjeta Maltija affljati maghhom ghax
f-iStat ta’Victoria bla ebda dubju nsibu l-ikbar numru
ta’ socjetajiet Maltin fost l-iStati kollha ta’ l-Awstralja.

Nawguraw lill-kumitat il-gdid li jkomplu jahdmu, kif
dejjem ghamlu ghall-gdid tal-komunita’ Maltija
f’Melbourne. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dhalna fil-hin tas-sajf |
|
|
|
L-Awstralja
dahlet f’seba’ zoni diffirenti ta’ hinijiet meta nhar il-Hadd, 31 ta’
Ottubru beda d-daylight saving fl-iStati ta’ Victoria u NSW billi
dawn poggew l-arloggi siegha l-quddiem. Dan ifisser li Western
Australia huma issa tlett sieghat wara NSW u siegha wara Queensland.
Meta f’NSW ikunu 10am fil-Western Australia ikunu s-7am, ikunu d-9am
fi Queensland, it-8.30am f’Northern Territory u d-9.30am f’South
Australia. ACT u Tasmania bdew id-daylight saving iktar kmieni u
ghalhekk ikunu wkoll l-10 am. Dan il-hin tas-sajf jispicca fl-ahhar
Hadd ta’ Marzu, 2005. |
|
|
|
|
|