It-Tnejn, 1 ta' Novembru, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Il-Majsi f’Sydney ghat-tieni darba
 

 It-teatru ta’ Wentworthville Leagues Club kien mimli bhal balla u dawk prezenti wrew bic-car li huma kuntenti bil-kwalita’ ta’ umorizmu, kant u rectar li gabu maghhom minn Malta l-membri prominent tal-Kumpanija Teatrali Bronk. Kient koalizzjoni li hadmet b’success bejn il-Bronk u l-Ghaqda Teatrali tal-lokal, ic-Cittadini. Ghal madwar tlett sighat u nofs id-divertiment ma qata’ xejn.

L-ewwel rajna farsa “Il-Majsi ghassa mal-mejjet” fejn l-atturi minn Malta, jigifieri Pierre Bonello, Tonio Vella, Benny Casha u Fabian DeCarlo inghaqdu ma’ l-atturi lokali, Tessie Sciberras, Doris Caruana, Monica Ledger u Joe Fenech.

Rajna hawn forsi ghall-ewwel darba fl-Awstralja, l-karattru komiku ta’ l-avukat Gawdenz Bilocca kif jizvilluppah Fabian DeCarlo, fl-ewwel zjara tieghu fl-Awstralja.
 
Il-farsa kienet ftit jew xejn stil antik fejn taghti l-opportunita ghal esegerazzjonijiet u ko-incidenzi izda wkoll opportunita’ fejn l-atturi jkunu jistghu jibbrillaw. Il-platea accettat dak li gie pprezentat b’entuzjazmu.
 
Fit-tieni tasqima rajna iktar umorizmu u kant kemm minn Tonio Vella (il-Majsi) u anke minn Fabian DeCarlo (Gawdenz) u xi zewg fares qosra li faqghu lil kulhadd bid-dahq.

Il-programm kien imexxi minn Victor Mifsud u l-produzzjoni kienet ta’ Greg Caruana.

Ghall-kumpanija teatrali Bronk li twaqqfu f’Malta fl-1952 din kienet it-tieni mawra taghhom fl-Awstralja fejn hadmu flimkien mac-Cittadini. Fl-2002, Pierre Bonello, Toni Vella u Benny Casha gew l-Awstralja u ghamlu sitt wirjiet f’Sydney u Melbourne. Din id-darba barra Melbourne u Sydney se jzuru wkoll Brisbane Qld.
 
Ta’ min ifahhar tassew lill-Ghaqda Teatrali Cittadini ta’ NSW li ghal darba ohra   wrew    kemm   huma   generuzi   u

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041101_Majsi01.jpg

Mix-xellug: Pierre Bonello, Tonio Vella, Benny Casha u Fabian De Carlo.

Due to web space restrictions this image has been removed
041101_Majsi02.jpg

Fuq il-Palk waqt wahda mill-fares li gew ipprezentati.

 

tassew filantropoci meta d-Direttur, Greg Caruana pprezenta cekk ta’ $1,000 lill-iskola tal-Malti ta’ NSW. Gest tassew apprezzat li jtella’ l-ammont li taw  lill-karita’  ghal  $12,000.   Il-Bank  of

 

 Valletta pprezenta wkoll donazzjoni lic-Cittadini. Kien hemm diskors ta’ l-gheluq minn Dr Ivan Fsadni, l-Kummisssarju Gholi li flimkien ma’ martu Rita kienu prezenti.

 
 
 Politici maghrufa
 

 Ftit ilu kelli l-opportunita’ li nzur Canberra, il-belt kapitali ta’ l-Awstralja fi zmien li tkun kollha fjuri u b’riha tar-rebbiegh. Waqt li kont Commonwealth Park ilmaht karigaturi tal-karta pesta ta’ zewg politici Awstraljani li tul il-hajja tieghi fl-Awstralja ammirajt ghar-ragunijiet xi ftit differenti. Hemm kienu kbar u dominanti. Fuq naha wahda Sir Robert Menzies u n-naha l-ohra Dr Herbert Evatt.

Bob “Ming” Menzies huwa missier il-Partit Liberali fl-Awstralja. Kien Prim Ministru darbtejn minn 1939 sal-1941 u minn 1949 sal-1966 jigifieri l-iktar Prim Ministru li serva f’din il-hatra fl-istorja tal-politika    Awstraljana.      Bob    Menzies

 

irrizenja minn Prim Ministru f’Jum l-Awstralja 1966, fl-eta ta’ 72 sena.

Dr Herbert Vere Evatt kien Kap ta’ l-Oppozizzjoni Laburista wara l-mewt ta’ John B Chifley fl-1951 u serva ukoll bhala Deputat Prim Ministru, Attorney General u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin. Kien President tal-United Nations Organisation (UNO) 1948-49. Irtira mill-Politika u gie mahtur bhala Chief Justice tal-Qorti Suprema ta’ NSW. Miet fl-1962.

Thobbhom u tobghodhom, huma zewg ikoni tal-politika Awstraljan. Meta tarahom quddiemek, mank bhala karigaturi bilfors tmur lura fiz-zmien.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041101_Menzies.jpg

Il-kittieb ta' din il-pagna mal-karigaturi politici
tal-passat.

 
 
 40 Anniversarju
 

Ic-Centru ta’ La Valette ta’ Blacktown NSW, wiehed mill-ikbar jekk mhux l-ikbar centri ghall-Maltin fl-Awstralja ccelebraw bi kbir l-40 anniversarju tat-twaqqif taghhom fi programm li dam sejjer fuq tlett ijiem. Bhal mistieden specjali gabu apposta minn Malti lil Fr Paul Baron ofm Cap li kien l-instigatur u l-fundatur ta’ dan ic-centru, bla dubju gest li gie apprezzat ferm mill-membri u minn dawk kollha li hadu sehem fic-celebrazzjonijiet.

Fr Paul Baron li issa ilu nieqes mill-Awstralja 14-il sena, kellu wkoll l-opportunita’ li jiltaqa ma' erba’ mill-Presidenti li servew lil dan ic-Centru b’tant zelu jigifieri, Mark Caruana, Joe Sammut, Emidio Camilleri u Gejtu Pace. (ara r-ritratt). Kien hemm zewg Presidenti ohra, Roger Borg illum mejjet u Peter Montgomery.

L-okazzjoni principali kienet ic-celebrazzjoni religjuza f’forma ta’ purcissjoni bl-istatwa ta’ Maria Bambina u quddiesa koncelebrata minn Fr Baron u sacerdoti ohrajn. F’kull okazzjoni Fr Paul Baron tkellem fit-tul dwar il-hajja tieghu u l-assocjazzjoni ma’ dan ic-centru.

Kien hemm ukoll il-kxif ufficjali ta’ monument. Sar diskors ta’ l-okazzjoni mill-President prezenti, Gejtu Pace. Fr Baron bierek il-monument. Nittama li jkollna l-opportunita’ jgibulkom ritratt u storja itwal dwar dan il-monument.

Ic-celebrazzjonijiet spiccat fit-tielet jum b’kuncert varjat fejn hadu sehem hafna kantanti Maltin. Ta min ifahhar lill-kumitat ta’ dan ic-Centru ghal dawn ic-celebrazzjonijiet u ghal inizjattiva biex jingab minn Malta, il-fundatur Fr Paul Baron, illum fl-eta ta’ 80 sena.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041101_Presidents.jpg

Erba’ Presidenti mal-Fundatur: Mix-xellug: Mark, Caruana, Gejtu Pace,
Fr Baron, Emidio Camilleri u Joe Sammut.

Due to web space restrictions this image has been removed
041101_Mass40Anniv.jpg

Waqt il-quddiesa. (Ritratti kortesija ta’ The Maltese Herald)

 
 
 Minn Melbourne
 

Fil-Katidral ta’ St Patrick, East Melbourne inzammet il-Quddiesa annwali ghan-nazzjonijiet differenti fejn fiha l-ghadd kbir ta’ komunitajiet kattolici li jiffurmaw is-socjeta Awstraljana jingabru flimkien biex jaghtu qima b’quddiesa solenni u purcissjoni bl-istatwa ta’ Ommna Marija u r-recitar tar-ruzarju. Fost il-hafna komunitajiet etnici li hadu sehem kien hemm il-Maltin. Ir-ruzarju jsir ukoll b’hafna lingwi. Mary Rapa qalet is-sliema bil-Malti. L-Innu Ave Maria ta’ Fatima tkanta b’hafna lingwi. Jim Dingli kanta    bil-Malti.      Il-quddiesa      kienet

 

iccellebrata mill-Wisq Reverendu Denis J. Hart DD, Arcisqof ta’ Melbeourne u Fr Hilton Deakin, il-Vigarju Episkopali ghall-Emigranti u Refugjati.
Rosemary Attard hadet hsieb hamest itfal libsin bil-kostum Malti (ara ritratt). Dawn kienu Thomas, Peter, Hugh u Hannah Attard u Dana Volpi-Vella. Rosemary u t-tfal akkumpanjaw l-istatwa tal-Madonna fil-purcissjoni waqt ir-rizarju. Is-sacerdoti Maltin li hadu sehem kienu, Fr Denis Carabott mssp u Fr Emanuel Adami mssp u d-djaknu Laurence Cortez

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041101_Quddiesa.jpg

Rosemary Attard mat-tfal Maltin

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.