|
Ma ghadhiex xi
haga kbira jew ikkomplikata daz-zmien biex minn Sydney tasal
wasla sa Canberra, il-belt kapitali ta’ l-Awstralja. Toroq
dritti u mill-aqwa u l-organizzaturi jipprovdu coaches mill-ahjar
b’kull kumdita’. F’inqas minn tlett sieghat u nofs tasal fid-destinazzjoni
tieghek.

L-Ghaqda Kulturali Maltija ta’ NSW organizzat weekend stupend
fejn madwar 50 persuna ma setghux isibu temp ahjar, ziffa helwa
u x-xemx tar-Rebbiegha.

Ma konniex ahna biss li gbidna triqtna lejn il-gonna kollha ward
ta’ kull ghamla u kuluri diversi li tant jispikkaw fil-Commonwealth
Park fi zmien meta jkun hemm il-Floriade. Bhalna kien hemm
mijjiet ohra, kollha jammiraw it-tulips li jgennuk bil-gmiel
taghhom, kollox f’postu, kollox organizzat.

Il-Floriade li ilha ssir 17-il sena, hija verament spettaklu, l-aqwa
festival fi zmien ir-Rebbiegha fl-Awstralja kollha. Dis-sena
kellha t-tema ta’ “The Wonder of Water”. Zgur li x-xita li
nizlet fil-gimgha ta’ qabel kienet il-kagun ta’ wirja eccellenti
li tpaxxi s-sensi kollha.

Kif gew spustati l-fjuri pingew l-oceani, ix-xmajjar, whirpools
u rapids. Kien hemm divertiment ta’ kull xorta u fil-Village
Stage kien hemm anke kuncert klassiku. Fost l-iktar wirjiet li
laqtuni kien hemm ix-xoghol tat-tfal ta’ l-iskejjel li holqu
figuri ta’ kull xorta fejn spikkat tassew l-immaginazzjoni
fertili taghhom.
Is-Sibt, waqt li l-poplu Awstraljan kien qieghed jistenna l-verdett
tal-vot tieghu ahna tlaqnilha lejn il-club biex nimlew zaqqna u
nhallu lil Latham u Howard jikkonfondu huma minn se jmexxi
ghat-tlett snin li gejjin.

Il-Hadd filghodu qdejna dmirna u ghamilna zjara fis-subborg ta’
O’Malley fejn il-Gvern Malti ghandu l-ambaxxata tieghu. Gejna
moghtija merhba mill- Kummissarju Gholi, Dr Ivan Fsadni u l-assistenta
tieghu, Angele Azzopardi. Dr |
|
 |
|
Membri ta' l-Ghaqda
Kulturali jzuru l-Kummissjoni Gholja f'Canberra |
 |
|
Dehra mill-fjuri kollha kuluri tal-Floriade |
| |
|
Fsadni spjega ix-xoghol tal-Kummissjoni Gholja fil-qasam
ta’ passaporti, pensjonijiet u relazzjonijiet mal-komunita’
Maltija. Servew ukoll rifreskanti lil dawk prezenti.
Iktar tard morna sa Telstra Tower & Lookout, gholi ta’
195 metri fl-inhawi tal-Black Mountain
fejn tghaxxaqna bil- |
|
veduti li rajna ta’ Canberra minn tant gholi, din il-belt
kapitali ppjanata b’tant sengha u hila madwar Lake
Burley Griffin. Il-belt fejn jghixu madwar 340,000
persuna, kwazi daqs il-popolazzjoni ta’ Malta. Hafna
minn dawk li jghixu f’din il-belt jahdmu mal-Gvern
Federali ghax hawn insibu l-amministrazzjoni centrali ta’
l-Awstralja. |
|
|