It-Tnejn, 18 ta' Ottubru, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Jum Indipendenza fl-Awstralja
 

 Fil-kolonni ta’ l-ittri lill-editur ta’ The Maltese Herald, dan l-ahhar kien hemm min ilmenta ghaliex fl-Awstralja ma jigix iccelebrat dan il-Jum. L-istorja kif nafha jien hija din. Ir-rapprezentanza tal-Gvern Malti fl-Awstralja dejjem iccellebrat il-Jum Nazzjonali Malti. Minn mindu gie elett il-Gvern Nazzjonalista fl-1986 iddikkjara li mill-hames festi nazzjonali li ghandna, ir-rapprezetanti tieghu barra minn Malta ghandhom jinfurzaw il- 21 ta’ Settembru, Jum l-Indipendenza bhala l-Jum Nazzjonali. U sas-sena 2000 dan kien isir billi l-Kummissjoni Gholja f’Canberra kienet torganizza okkazjoni xierqa fejn ghaliha kienu jattendu membri tal-korp diplomatiku, politici u hafna ohra. Kienet okkazjoni biex f’art barranija isem Malta jigu maghruf u rispettat.
 
Izda Ives DeBarro (li kien Kummissarju Gholi fis-sena 2000) bl-approvazzjoni tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u tal- Ministru  Joe  Borg  iddikkjara bla ebda

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041018_Debarro.jpg

Ives DeBarro

misthija ta’ xejn li dan il-Jum Nazzjonali ufficjalment mhux se jigi ccellebrat iktar.
 
Niftakru li fl-Awstralja ghandna wkoll zewg Konslijiet Generali u ghadd ta’  Konslijiet     Onorarji.      Skond     l-ahhar

 

informazzjoni li ghandi, mis-sena 2000 ‘l hawn hadd mir-rapprezentanti tal-Gvern Malti ma ha l-inizjattiva biex dan il-Jum jigi moghti r-rispett li jisthoqqlu bhala Jum Malti fl-Awstralja.

Kull ambaxxata fl-Awstralja ticcelebra jum pajjizha b’certa pompa u sollenita’ izda ahna l-Maltin qisna xi pajjiz tat-tielet dinja. Meta tinduna kemm hemm lussu biex inzommu lil dawn id-diplomatici li jigu l-Awstralja huwa att ta’ misthija li Jum Malta (ikun maghzul liema wiehed ikun) ma jigix imfakkar kif jisthoqqlu mir-rapprezentanti tal-Gvern Malti. Jien ma nahsibx li hemm ambaxxata ohra Maltija fid-dinja li tinjora kompletament dan il-jum. Sintendi l-impjegati kollha jiehdu l-jum bhala btala pubblika.
 
Forsi ghalhekk il-komunita Maltija fl-Awstralja tonqos milli wkoll tfakkar dan il-jum ghax tara nuqqas ta’ rispett mir-ras il-ghajn.

 
 
 Din ohra din .......
 

 Emmanuel Abela, id-Direttur tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni ta’ Malta qalilna kiesah u biered li issa li l-gazzetti Maltin huma prattikament kollha accessibli fuq l-internet, ma jidhirx li ghad hemm bzonn li t-taghrif migbur mill-gurnali li kienu jibghatulna kuljum, jibqa’ fil-fatt jintbghat.
 
Ara tahsbu li dan indenja ruhu jaghtina xi ftit nifs. Le, ghalfejn?. Qalilna minn issa stess jigifieri mill-5 ta’ Ottubru, hekk kif il-gurnali tal-Partit Nazzjonalista regghu marru  fuq  l-internet  wara waqfa

 

ta’ tlett snin, dan is-servizz ser iwaqfu.
 
Jien cert li dan Emmanuel Abela ma kellux ideja globali ta’ kemm dan is-servizz kien ta’ htiega mhux ghal dawk li minn din in-naha tad-dinja jithallsu tax-xoghol li jaghmlu izda ghal dawn il-hafna dilettanti li jahdmu bla hlas u taht hafna diffikultajiet, b’risorsi ferm limitati biex imexxu programmi bil-Malti fuq stazzjonijiet tal-komunita’.

Dawn ix-xandara jiddependu hafna minn   dawn   l-ahbarijiet   bil-Malti   ghax

 

jaslulhom lesti u b’Malti tajjeb u mhux iridu joqghodu jfittxuhom. Hafna drabi dawn l-ahbarijiet kienu jipprezentaw ukoll bilanc.
 
Jista’ jghidilna dan id-Direttur ma’ min ikkonsulta biex wasal ghal din id-decizjoni? Jista’ jghidilna jekk ikkonsultax mal-Kummissjoni Gholi u l-Konslijiet li ghandna f’kull Stat jew ma xi rapprezentanti tal-komunita Maltija? Jew ghal darba ohra l-interessi tal-Maltin f’dawn in-nahat tad-dinja gew imwarrba kompletament?

 
 
 Il-loghob bil-ballun zenguli
 

 Fil-Melita Stadium ta’ Sydney qeghdin jilghabu l-loghba tal-ballun zenguli. Allura, nisthajjel tghiduli, x’fiha din? Xejn, jekk ma tkunx taf l-istorja tal-futball fl-Awstralja L-amministraturi u l-gazzetti ta’ kuljum, ma’ dawn sintendi tidhol ukoll il-medja elettronika dejjem ippruvaw iwarrbu fil-genb il-loghob tal-ballun tond – il-futtball biex niftehmu ahjar. Dan ghamluh b’makakkerija kbira billi dejjem pingew il-futball bhala l-loghba li jilaghbu “those bloody wogs” il-loghba li jilghabu l-emigranti. Sa anke dejjem irreferew ghal futball bhala soccer.
 
Dan sar biex dejjem baqghet tirrenja l-loghba tar-Rugby League, specjalment fl-iStat ta’ NSW li hija xi ftit differenti mir-Rugby Union. Dawn iz-zewg modi tal-ballun zenguli kienu nfirdu u llum huma zewg amministrazzjonijiet qawwija izda differenti.

L-emigranti li bhali ilhom hawn dawn l-ahhar 50 sena ghixna f’atmosfera ta’ theddid, insulti, taghjir u tkasbir ghas-semplici raguni li dejjem imxejna u dejjem haddanna l-aqwa loghba li hawn fid-dinja, jigifieri il-football.

Tant konna mkasbrin u tant kien hawn mewg orkestrat ghal dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ l-emigranti li baqghu baqghu sa kemm nehhulna l-ismijiet etnici, minn Melita Eagles sirna Parramatta Eagles. Ghalhekk forsi meta xi whud bhali, fil-Melita Stadium rajna mwahhlin il-lasti tar-Rugby League hassejn ghafsa ta’ qalb. “Iva anke hawn dahlulna?’ Izda hafna drabi trid taghmel li ma tridx. Hafna jghidulek li trid taggorna ruhek. Bhal fatta, hajtek kollha kont kattoliku u issa ghax il-girien

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041018_RugbyMelita.jpg

Xi whud mill-organizzaturi tal-Malta Knights fil-Melita Stadium:- Joe Grima, Anthony Micallef,
Dallas Weston, u Michael Vella.

 

tieghek huma kollha Musulmani allura trid tibda’ ssalli bhalhom.
 
Ghadd ta’ zghazagh Awstraljani ta’ nisel Malti hargu bl-idea li jiffurmaw il-Malta Knights Rugby League Team (ftit qaghdu jikkonfondu li jaghtuh l-isem ta’pajjiz missierijithom) u talbu l-amministrazzjoni ta’ Parramatta Melita Eagles FC biex jaghmlu uzu mill-facilitajiet kollha taghhom biex jippromovu l-loghba tar-Rugby League.
 
Jien naqbel mad-decizjoni ta’ Parramatta Melita Eagles FC  li  dawk ta’ dixxendena  Maltija jgawdu diversita’  sportiva.  Anzi  nghid  li  dan il-klabb jidher li huwa  wiehed  mill-ftit  ghaqdiet  u  kapijiet  ohra  Maltin li  flok jafu  biss  ipacpcu dwar il-participazzjoni  taz-zghazagh  ghamlu xi

 

haga posittiva dwarha.
 
Sa issa diga saret loghob wahda tar-Rugby League fil-Melita Stadium (fil-25/9/2004) u kienet success. Hemm ippjanati xi loghbiet ohra. Ghad ma nafux xi pjanijiet ghandhom il-Malta Knights u fejn izjed se jikkompetu f’NSW.
 
Izda fil-fatt l-amministraturi tal-Malta Knights Rugby League qed jimmiraw ferm iktar il-boghod u jridu jinzlu Malta biex jippruvaw idahhlu u jrawwmu l-loghba tar-Rugby League fil-gzejjer Maltin, Kif diga ghidna, ir-Rugby League hija differenti minn dik tar-Rugby Union u f’Malta mhux se jkollhom avventura facli issa li r-Rugby Union ha spinta ‘l quddiem bil-wirjiet posittivi tat-team Nazzjonali.

 
 
 Maltija bl-isbah gnien
 

 Doris Mejlak, Maltija ta’ 52 sena minn San Pawl il-Bahar regghet rebhet il-2004 Overall Champion ta’ Holroyd Council Garden Award ghall-ahjar gnien. Din il-Maltija li ghandha d-dar taghha f’Cumberland Road Greystanes NSW ilha tirbah premjijiet simili mis-sena 1989 izda dan kien l-ewwel premju kemm ilha li marret f’din id-dar gdida ghalkemm baqghet fl-istess triq.

Doris. li xebba kienet Micallef emigrat ghall-Awstralja fl-1974 u zzewget lil Sam Mejlak u ghandhom zewgt itfal, Dianna u Simon.

Barra ghal gnien eccezzjonali taghha Doris Mejlak hija maghrufa wkoll ghat-tahditiet bil-Malti li taghmel regulari fuq ir-radju dwar il-kultivazzjoni tal-gonna.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
041018_MejlaqDoris.jpg

Doris Mejlak tidher fil-gnien taghha li rebhilha premju iehor

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.