|
Il-Ministru
Toni Borg webbes rasu |
| |
|
Minn din il-pagna
kemm-il-darba nikteb dwar il-htegijiet tal-Maltin li ghazlu li
jmorru jghixu l-Awstralja, fil-maggoranza taghhom ghax kienu
vittmi ta’ zmenijiethom meta pajjizhom ma offrilhom ebda
alternattiva hlief daqqa ta’ sieq il-barra. Ktibna dwar l-ahhar
rivista li saret dwar il-ftehim reciproku fis-servizzi socjali
bejn Malta u l-Awstralja. Kien fit-2 ta’ Awissu 2004 meta
ilmentajna ghall-ewwel darba minn din il-pagna li hadd ghadu ma
qalilna fejn sar it-tibdli, x’tibdil sar u ghaliex kien hemm
bzonn xi tibdil. Hsiebna li din kienet talba semplici u
bzonnjuza. Tlabna din l-informazzjoni bi dritt izda minflok
sibna ma’ wiccna hafna burokrazija zejda. Kull ma baghatulna
kienet semplici stqarrija ghall-istampa.
Ghadna kaz iehor
fejn hemm min |
|
|
qieghed iwebbes rasu almenu skond ma qalulna sorsi qrib
il-Ministru. Mill-ewwel ta’ Lulju 2004, il-Ministru
Tonio Borg qalilna li l-passaporti Maltin li qabel
kienu johorgu mill-Kummissjoni Gholja Maltija f’Canberra
se jibdew johorgu minn Malta.
Ghidna, almenu, mela issa l-Maltin ta’ l-Awstralja li
jinzlu Malta ma jkollhomx ghalfejn jghaddu minn
burokrazija shiha biex jistabilixxu li huma cittadini
taz-zewg pajjiz. Ma ghandniex nifhmu li dawk
il-Maltin-Awstraljani li l-passaport taghhom hareg wara
l-ewwel ta’ Lulju 2004 minn Malta se jergghu jigu
mitluba biex jipprezentaw id-dokumenti mill-gdid meta
jigu Malta u jkollhom bzonn ta’ xi servizzi mid-dipartimenti
tal-Gvern. Wara kollox il-passaport ikun hareg taht it-timbru
tad-Deputat Prim Ministru stess u mhux xi diplomatiku
fl-Awstralja. |
|
Ftit jien ilu, Maltija li zewgha huwa membru promimenti
tal-komunita Maltija ta’ Sydney kienet Malta u kellha
bzonn takkwista ID card. Din ghandha passaport Malti
mahrug mill-istess diplomatici li l-Ministru Tonio Borg
u shabu jibghatu jservu f’Canberra. Ohrog il-ghageb
qalulha li l-passaport Malti mhux bizzejjed u talbuha
terga’ tipproduci l-istess dokumenti li kienet
ipprezentat lill-Kummissjoni Gholja Maltija f’Canberra.
Dan ifisser li xejn ma nbidel ghal dawk li ghandhom snin
ohra biex jiskadilhom il-passaport. Xorta se jigu
umiljati f’pajjizhom stess kif giet umiljata din is-sinjura
li dejjem zammet affinita’ qawwija ma’ Malta ghax tinsel
Malta spiss b’negozju. Skond ma qalulna, l-Ministru Toni
Borg webbes rasu u ma jridx icedi ghal din l-affari.
X’jinporta li Maltin-Awstraljani qed jigu umiljati. Dawn
ma ghandhomx vot. |
|
|
|
| |
|
|
|
|
Il-Ballu annwali
ghal karita’ |
|
|
|
Kull
sena il-komunita’ Maltija ta’ NSW tipprezenta ballu li sar
wiehed mill-appuntamenti importanti fil-kalendarju tal-belt
ta’ Sydney. The Maltese Past Pupils of Don Bosco ilhom 17-il
sena jorganizzaw dan il-ballu u kull sena jkun hemm, mhux
biss divertiment socjali izda attentat iehor minn din l-ghaqda
biex tkompli tigbor flus ghall-karita’. Skond il-President
ta’ din l-Ghaqda, Joseph Fabri diga ngabret is-somma ta’
$A330,000. Kull dollaru gie mqassam lill-karita’ kemm
lill-missjonijiet ta’ Don Bosco imferxa mad-dinja u anke
karitajiet ohra f’Malta u bnadi ohra.
Is-sena l-ohra l-mistiedna specjali kienet il-Gvernatur ta’
l-iStat ta’ NSW, Prof Marie Bashir u zewgha Sir Nicholas
Shehadie. Ghal dis-sena, il-mistieden specjali kien
il-Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Awstralja u NZ, Dr Ivan
Fsadni u martu Rita.
Il-Ballu li bhas-soltu sar fis-sala lussusa ta’ Roma
Reception Centre fil-belt ta’ Liverpool beda bil-kantant Joe
Galea jkanta l-innijiet nazzjonali taz-zewg pajjizi u wara
d-Direttur Spiritwali, Fr John Briffa beda l-ikel b’talba
addattata.
Il-President Joseph Fabri ghamel diskors ta’ merhba fejn
irringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod taw l-ghajnuna
taghhom mhux biss biex jigi organizzat il-ballu izda biex
tintlahaq somma sabieha ghall-karita.
Dis-sena l-hin merfuh ghall-artist specjali gie mimli
b’success u sengha kbira mill-kantant ta’ nisel Malti, Adam
Scicluna li sar wiehed mill-ahjar entertainers fl-Awstralja
b’vuci qawwija ta’ tenur u bil-hafna skartaturi li jitfa’.
Adam qalilna li missieru huwa minn tas-Sliema u ommu
Awstraljana. Faqa’ lil kulhadd bid-dahq meta fisser l-esperjenzi
li kellu man-nanna tieghu li tant kienet titfixel
tiddistingwih minn hutu li ghall-ewwel snin ta’ hajtu kien
jahseb li ismu kien “x’jismek?”. Adam Scicluna kanta b’vuci
soda u ttanta wkoll ikanta bil-Malti.
Wara l-ikel tkellem Dr Ivan Fsadni, l-mistieden specjali li
fisser bid-dettal il-hajja u l-karriera dipolmatika tieghu u
mbaghad spjega wkoll il-fehmiet tieghu dwar kif qed tevolvi
l-komunita’ Maltija fl-Awstralja.
Ta’ min isemmi wkoll li kull min jattendi dan il-ballu jigu
moghti ktejjeb bl-istorja ta’ l-ghaqda ulied ta’ Don Bosco
kif ukoll jigu mtella ghadd ta’ premijiet fil-lotterija
kbira li tilhaq it-tmiem taghha f’dan il-ballu. |
|
|
 |
 |
|
Membri
anzjani tal-komunita’ Maltija ta’ NSW, mix-xellug: George
Bartolo, Vincent Pisani, Charles Mifsud, Victor Buttigieg,
L. Dimech u Alfred Fenech. |
 |
|
Wahda
mill-imwejjed waqt il-ballu: Jidhru: George Bartolo, Marlene
Dimech, Marisa Privitera, Lawrence Dimech, Lawrence Gatt,
Dorothy Gatt
u Nathalie Gatt, Mary u Frank Ramundi. |
 |
|
Il-mistednin
qabel ma beda l-Ballu Gala ta’ Don Bosco
bil-mistieden specjali, l-Kummissarju Gholi Dr I. Fsadni. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Farsa shiha jew arroganza? |
|
|
|
Minn
din il-pagna, ilna hafna nilmentaw bil-mod dilettantesk izda
arroganti li l-PBS ta’ Malta titratta maghna l-Maltin ta’ l-Awstralja.
Kull nhar ta’ Hadd suppost li ghandna nofs siegha ahbarijiet
minn Malta fuq l-SBSTV ma’ l-Awstralja kollha. Ghal hafna snin
din in-nofs siegha kienet tidher fis-6am. Is-sena l-ohra tawna
hin ferm iktar addattat, il-Hadd fis-9 am.
Dan l-iffilmat jigi mmuntat mill-PBS (Malta) minn items li
jidhru fl-ahbarijiet f’Malta. Izda fl-Awstralja iktar naraw l-ucuh
tal-Ministri, politikanti Maltin u bcejjec ohra li ftit jaghmlu
sens ghall-Malti li ilu jghix barra minn Malta ghal hafna snin. Fuq kollox waqt li
komunitajiet etnici ohra jibghatu l-ahbarijiet
bis-satellita' il-Maltin huma l- |
|
|
uniku nazzjoni li l-ahbarijiet
jaslulna bil-posta jew kurier. Kemm-il darba, din l-imbierka
video cassette ma waslitx u bqajna minghajr programm.

Kull meta ghamilna l-ilmenti taghna mal-PBS dejjem
jghidulna “ghandkom xorti bhal din li qed naghmlukom dan
il-pjacir.....” insomma l-arroganza ta’ nies li qatt ma
jistghu jifhmu lill-Maltin li jghixu barra.

Hafna drabi wkoll, din is-suppost nofs siegha ta’
abarijiet tkun biss 20 minuta, rari ferm li testendi
ghall-30 minuta shah li nigu moghtija BLA HLAS mill-istazzjoni SBSTV. Izda nhar il-Hadd 26 ta’ Ottubru 2004
ilqatna l-likk. Il-programm kien fih ftit iktar minn
ghaxar (10) minuti.

Tony Vella. wiehed mix-xandara ta' |
|
programm bil-Malti
fuq radju tal-komunita’ qalli li rcieva ghadd kbira ta’
protesti tant li se jibghat rikordju ta’ dawn l-ilmenti
lill-Ministru Austin Gatt. Il-gazzetta, The Maltese
Herald ukoll irregistrat ghadd ta’ ilmenti. Minn naha ta’
l-awtoritajiet Maltin u dawk li jipprezentawhom fl-Awstralja
qatt ma naf li hargu xi press release jispjegaw ghaliex
isiru dawn il-hnizrijiet jew forsi wkoll jaghmlu xi
apologija. X’jimpurthom mill-Maltin ta’ l-Awstralja!!
Stennejna
sal-Hadd, 3 ta' Ottubru 2004 izda dan il-Hadd kellna FANTAZMA
ghax il-programm rega' ma wasalx, rega' ma deherx fuq l-SBSTV
fl-Awstralja. X'setghet kienet l-iskuza din id-darba?
X'gharukaza! X'misthija!!! Kemm tifilhu taqghu ghac-cajt? |
|
|
|
|
|
|
|
|