|
Fejn jghixu l-Maltin ta’
Melbourne |
| |
|
Ghal dawk li
ghandhom interess fl-emigranti Maltin, il-habib u ricerkatur ta’
l-istorja ta’ l-emigrant Malti fl-Awstralja, Mark Caruana kull
tant ipoggilna statistika li tiswa mitqlu deheb ghal dawk li
ghandhom interess fl-emigranti Maltin. Mark ghandu habta wkoll
iqassam u jpoggi l-istatistika b’mod li nistghu nifhmuha. Skond
ic-censiment 2001, l-ahhar wiehed li sar fl-Awstralja ghax dan
isir kull hames snin, insibu li fl-iStat ta’ Victoria (belt
kapitali: Melbourne) kien hemm 22,294 persuna li twieldu Malta
waqt li kien hemm 21,478 persuni ohra ta’ dixxendenza Maltija.
B’kollox ghalhekk igibu t-total ta’ 43,772 persuna Maltija.
Mark Caruana jinnota li fil-kunsilli fejn hemm l-iktar
Maltin, jigifieri fil-hames |
|
|
bliet ta’ Brimbank,
Hobsons Bay u Melton, hemm iktar
Maltin ta’ dixxendenza Maltija (jigifieri b’omm jew
missier Malti) milli Maltin emigranti mwielda Malta,
jigifieri li Maltin li emigraw lejn dan l-iStat.

L-iktar post fejn joqghodu l-Maltin f’Victoria huma
Brimbank City b’15,548 persuna. L-iktar Kunsill li
jersaq lejh fin-numru huwa Hobsons Bay City b’3,493.
Ohrajna b’iktar minn elfejn huma: Hume City, Moreland
City, Melton Shire u Whittlesea City. B’iktar minn elf
persuna nsibu lil Wyndham City, Moonee Valley City u
Darebin City.

F’dan l-iStat fl-Awstralja li huwa l-icken Stat fuq il-mainland,
ghandu medda art ta’ 227,600 sq km. b’popolazzjoni ta’
4,660.885 u minn dawn 3,371308 jghixu |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041004_MarkCaruana.jpg |
|
|
Mark Caruana |
 |
|
fil-belt ta’ Melbourne. Il-Gvern ta’
Malta ghandu rapprezentanza b’Konslu Generali u zewg
konsli onorarji. |
|
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Harsa lejn South Australia |
| |
|
Minn
Melbourne naqsmu lejn South Australia, it-tielet u l-ikbar Stat li
jigbor fih wiehed minn kull tminja mit-total ta’ l-Awstralja kollha
f’medda tas’ art ta’ 984,000 sq km. Popolazzjoni ta’ 1,487, 294.
Il-belt kapitali hija Adelaide. Skond l-istatistika li ghaddieli
Mark Caruana f’dan l-iStat ghandna biss 3,033 Malti. Minn dawn, hemm
1,784 li twieldu Malta u hemm 1,238 ohra li huma ta’ dixxendenza
Maltija. |
|
|
L-iktar post fejn jghixu l-Maltin huwa Salisbury City fejn hemm
b’kollox 576 persuna. Port Adelaide Enfield City hemm 413 Charles Sturt City hemm382 u West Torres City u Onkaparinga City hemm iktar
minn 200 kull post. F’dan l-iStat ghandna rapprezentanza tal-Gvern
Malti b’zewg Konsli Onorarji. |
 |
| |
|
|
| |
|
|
|
|
San Gejtanu
f’South Australia |
 |
|
Ma
setax jonqos li wara li gibna rapport dwar il-festa ta’ San
Gejtanu f’Melbourne u Sydney, il-Maltin ta’ South Australia
xtaqu li nsemmuhom ukoll. Jien bhala Hamruniz minn Triq San
Tumas mhux se nhalli barra dak li ghamlu l-Hamrunizi ta’
Adelaide. Sa anke akkwistajt ritratt. Membri ta’ l-Anzjani
Maltin li huma Hamrunizi ddecidew li f’Adelaide jidhol ukoll
San Gejtanu. Il-festa bdiet bil-banda Maltese Queen of
Victories ta’ South Australia taht id-direzzjoni ta’ Mro P
Carpinelli u R. Anderacchio ddoqq il-marci tant popolari
tal-baned tal-Hamrun. Tqassam l-ikel u komplew il-marci
brijjuzi. Kien hemm kant ukoll minn Loranne Grima. Il-kumitat
xtaq jirringrazzja lill-eks konslu onorajru, Gejtu Grech li
silifhom l-vara ghac-celebrazzjoni u lil dawk kollha li taw
daqqa t’id. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041004_SanGejtanu.jpg |
|
 |
|
Membri
tal-kumitat jidhru bl-istandard ta’ San Gejtanu propjeta ta’
Eddie Camilleri. Jidhru ukoll John Mangion, Bernadette
Buhagiar u Doris Agius. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
25 sena surmast |
| |
|
Mro
George Aquilina li twieled Hal Qormi f’Novembru 1941 u llum
joqghod Melbourne iccelebra l-25 sena bhala surmast. Missier
George kien bandist ukoll u ghalhekk kien heggu biex
jitghallem il-muzika mal-Banda San Gorg ta’ Hal Qormi. Ta’
disa’ snin hareg idoqq. Ghall-22 sena shah huwa daqq
mal-Banda San Guzepp tal-Hamrun taht Mro Willie Attard u Mro
Joseph Sammut. Daqq mal-Banda Nazzjonali Maghzula ta’ Malta.
Fl-1962 beda jdoqq mal-banda La Valette fejn baqa’ maghhom
sa kemm emigra lejn Melbourne fit-12 ta’ Gunju 1973.
F’Melbourne, George Aquilina gie mahtur l-ewwel President
tal-Maltese Own Band Philharmonic Society. Wara sentejn ha
l-post ufficjali ta’l-ewwel surmast. Fl-1980 waqqaf il-Malta
Gozo Settlers Philharmonic Band. Dam ma’ din il-banda ghal
20 sena shah izda fil-prezent rega’ lura mal-Maltese Own
Band. Fis-sena 2000, George Aquilina hareg CD bi 12-il marc
li kiteb huwa stess u hemm il-hsieb li johrog CD ohra.
Fil-karriera sabieha tieghu George xtaq jirringrazzja lil
martu Lucy u lill-familja tieghu kollha. Nawgurawlu. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041004_Aquilina.jpg |
|
 |
|
Mro
George Aquilina |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Manwel…Manwel... il-bandiera
tal-Maltin |
|
|
|
Minn
Iljieli Mediterranji ghal Sydney, il-produzzjoni storika
muzikali, Manwel...Manwel il-Bandiera tal-Maltin, siltiet mill-hajja
tar-rivoluzzjonarju politiku Malti, Manwel Dimech (1860-1921) se
tigi pprezentata f’Sydney mill-Ghaqda Kulturali Maltija ta’ NSW.
Fil-fatt, din il-produzzjoni kellha tigi pprezentata s-sena l-ohra
izda nqalghu xi diffikultajiet izda issa ser issir il-Hadd 21 ta’
Novembru 2004, f’post ferm popolari u komdu ghall-komunita’
Maltija, il-Wentworthville Leagues Club.
L-Ghaqda Kulturali kellha successi ohra meta pprezentat
il-produzzjoni muzikali “Gensna” fis-sena 2001 u fis-sena 2002
ipprezentaw ukoll “Malta 1919”. Din id-darba ser ikomplu bi
produzzjoni ohra li tqajjmu n- |
|
|
nazzjonalizmu Malti, l-interess
fl-istorja u fl-istess hin irrawmu l-kultura taghna l-Maltin
f’dawn in-nahat tad-dinja.
Ftit ilu mort ghal wahda mill-provi li jkollhom u rnexxili
niltaqa’ ma’ hafna minn dawk li se jiehdu sehem. Ta’ min ifakkar
li whud minn dawk li se jiehu parti huma Maltin ta’ l-Awstralja
li ghalihom il-lingwa Maltija mhix l-ewwel lingwa taghhom.
Meta mort fl-istudios fejn kienu qed jirrekurdjaw u jippruvaw
il-vucijiet sibt ukoll li kien l-gheluq snin tal-veteran sound
engineer, Vince Simiana u allura organizzawlu kejk ta’ l-okkazjoni.
Meta tkellimt tal-producer ta' Manwel, |
|
Manwel, il-Bandiera tal-Maltin, Charles Mifsud qalli li
ghalkemm sabu ma’ wicchom hafna diffikultajiet izda issa
kollox miexi skond il-pjan. Qalli li taht id-direzzjoni
muzikali ta' Joe Galea, li ukoll ghandu l-parti
principali ta’ Manwel u taht id-direzzjoni ta' Eddie
Busuttil, li kien inkarigat ukoll mill-produzzjoni "Gensna"
u "Malta 1919", il-komunita’ Maltija ghandha tigi
pprezentata minn produzzjoni muzikali mill-aqwa.
Qalli wkoll li l-iskop ta’ l-Ghaqda Kulturali Maltija
huwa biex dejjem iqanqlu l-interess fl-istorja ta’
pajjizna u t-tixrid tal-kultura Maltija. Qalli wkoll li
jrid jirringrazzja lil dawk kollha f’Malta assocjati ma’
din il-produzzjoni ghall-ghajnuna li dejjem offrew. |
|
|
|
 |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041004_Manwel.jpg |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
041004_Manwel2.jpg |
|
|
Vince
Simiana (fuq quddiem) li ghalaq 70 sena jidher ma’ uhud
mill-kantanti
li se jiehdu sehem
fil-produzzjoni, Manwel, Manwel. |
|
Waqt il-hin tar-rekurdjar. Jidhru mix-xellug: Charles Mifsud,
Joe Mifsud, Joe Galea, Rita O Dyer, Josephine Galea, Marlene
Dimech u Joe Fabri. |
|
|
|
|
|
|