Nuqqas ta’ solidarjeta’
mal-Maltin ta’ l-Awstralja |
| |
|
F’din il-pagna,
fil-harga tas-16 ta’ Awissu 2004 ktibt dwar il-ftehim reciproku
dwar is-servizzi socjali bejn Malta u l-Awstralja liema ftehim
gie rivedut bejn iz-zewg Gvernijiet f’Gunju 2004. Qabel ma dan
il-ftehim gie rivedut, ftit li xejn saru konsultazzjonijiet mal-komunita’
Maltija fl-Awstralja.

Il-Ministeru ghall-Familja u Solidarjeta Socjali taht it-tmexxija
tal-Ministru Dolores Cristina li kienu nkarigati minn din
ir-rivista hargu stqarrija iktar mmirata lejn dawk
il-pensjonanti f’Malta u sintendi saret dak li ahna nsejjhulha
"photo-opportunity" fejn ir-rapprezentanti taz-zewg Gvernijiet
jidhru jiffirmaw.

Ma ghandhiex dubju li l-Ministru Dolores Cristina tifhem lil dan
il-ftehim jolqot fil-laham il-haj lill-Maltin li jinsabu mferxa
ma’ kull rokna ta’ l-Awstralja. Kif ghidna, ftit jew xejn saru
attentati serji biex il-Maltin fl-Awstralja jghaddu lill-Gvern
Malti l-fehmiet u l-esperjenzi taghhom dwar kif gew milquta
mit-tibdil
sinifikanti li wettaq il-Gvern Awstraljan f’dawn l-ahhar
hdax-il sena.

Issa li dan il-ftehim reciproku gie rivedut u ffirmat
f’Gunju 2004 ma sar l-ebda attentat serju u prattiku
biex dan l-ahhar |
|
 |
|
Richard Palk,
il-Kummissarju Gholi Awstraljan (xellug) u Joseph
Abejer, is-segretarju permanenti fil-Ministeru
tal-Familja u s-Soliderjita' Socjali jidhru
jiffirmaw il-ftehim reciproku dwar is-servizzi
socjali kif gie revidut. Tidher fuq wara,
il-Ministru Dolores Cristina. |
| |
|
taghrif jasal ghand il-Maltin fl-Awstralja.
Ili nipprova nakkwista kopja ta’ dan il-ftehim kif gie
rivedut, ghal xi zmien. L-ahhar attentat tieghi mal-Kummissjoni
Gholja Maltija f’Canberra ma wassalni mkien ghax dawn
qaluli li jekk irrid ikun naf xi haga nghidilhom u dawn
jghaddu il-mistoqsijiet lill-Ministeru f’Malta. Meta
taslilhom it-twegibha mbaghad jghadduhieli. Ovvjament la
ma kelliex kopja tal-ftehim rivedut ma stajtx naghmel
dan.

Staqsejt xi ghaqdiet Maltin, stajqsejt lil dawk li
jirrapprezentaw il-programmi bil-Malti fuq ir-radju, staqsejt lill-The
|
|
|
Maltese Herald jekk gewx moghtija d-dettalji
ta’ kif gie rrivedut dan il-ftehim u kollha qaluli li ma
rcevew xejn, almenu sa kemm qed nikteb, erba’ xhur wara
li gie ffirmat il-ftehim rivedut.
Staqsejt lis-segretarju tal-Kunsill Malti ta’ NSW u dan
qalli li huma wkoll ilhom hafna jippruvaw jakkwistaw xi
taghrif. Ftit sieghat qabel il-Laqgha Generali Annwali
rcevew informazzjoni mill-Kummissjoni Gholja Maltija
f’Canberra izda minhabba li l-informazzjoni waslet tant
tard ma setghetx tigi analizzata u mghoddija lid-delegati
f’dik il-laqgha. Nirrepeti, dan wara erba’ xhur li gie
ffirmat il-ftehim il-gdid.
Bl-ebda mod ma rrid nikkritika lill-Kummissjoni Gholja
f’Canberra. Jista’ jkun li dawn ma nzammux aggornati ma’
dak li kien qed jigi diskuss mal-Gvern Awstraljan. Jista’
jkun wkoll li l-Ministru Dolores Cristina naqset li
tifhem, kif jaghmlu hafna politici Maltin li dan
il-ftehim se jolqot direttament lill-eluf kbar ta’
Maltin li jinsabu jghixu fl-Awstralja liema Maltin huma
eligibbli ghal xi servizzi b’rizultat ta’ dan il-ftehim
reciproku fis-servizzi socjali. Ma tantx nista’ nara
solidarjeta mal-Maltin fl-Awstralja f’dan il-kaz. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-Premju Kulturali Malti 2004 |
| |
|
Victor
Vella, ghalliem, awtur, xandar u difensur qalbien
tal-kultura Maltija gie maghzul i1-15- il persuna li giet
moghti l-Premju Kulturali liema mertu jigi moghti kull sena
mill-Ghaqda Kulturali Maltija ta’ NSW, fil-jum tat- 8 ta’
Settembru.

L-attivita’ saret ghal darba ohra fic-Centru Malti, La
Valette fi Blacktown fejn ghaliha attendew numru mdaqqas ta’
Maltin. L-ewwel parti ta’ din il-lejla kienet iddedikata
lill-memorji taz-zewg assedji u t-twelid tal-Madonna li ahna
l-Maltin nikkommemoraw fit-8 ta’ Settembru, wahda mill-festi
nazzjonali li ghandna fil-kalendarju Malti.

Il-President ta’ l-Ghaqda Kulturali NSW, Charles Mifsud li
mexxa din il-lejla socio-letterarja spjega r-regulamenti ta’
dan il-premju u kif jigi attwat. Gejtu Pace, il-President
tac-Centru Malti, La Valette imbaghad qara poezija ta’ Gorg
Chetcuti dwar it-tifsira tat-8 ta’ Settembru waqt li kor ta’
l-Ghaqda immexxi minn Marisa Privitera u l-organista Theo
Linderburg, kanta ghadd ta’ innijiet dwar il-Madonna.

Victor Vella tkellem ukoll dwar it-8 ta’ Settembru billi
qara siltiet mill-kitba tieghu stess. |
 |
|
Victor
Vella |
|
|
 |
|
Mary Polidano, tidher qed tipprezenta l-Polidano Trophy lil
Victor Vella. Fuq ix-xellug jidher Charles Mifsud, President
t' l-Ghaqda Kulturali Maltija ta' NSW. |
| |
|
Fit-tieni
taqsima gie mhabbar li l-Premju Kulturali gie moghti wkoll
l-isem ta’ Joseph Polidano Trophy bhala ’ memorja ghal dan
l-attivista li miet ftit ilu u li kien membru habrieki ta’
l-Ghaqda Kulturali. Fil-prezenza tat-tlett itfal taghhom,
Mary, il-mara ta’ Joseph Polidano ipprezentat lil Victor
Vella t-trofew lir-rebbieh tas-sena 2004.

Wara nies prominenti fil-hajja tal-persuna onorata, bhal
Mark Caruana, Augustine Borg, Lawrence Dimech, Lucy Calleja,
Charles Galea, John Borg u rapprezentanti tal-komunita bhal
Fred Fenech u Victor Buttigieg wasslu u qraw ghadd ta’
messaggi u siltiet mill-hajja ta’ Victor Vella fil-komunita’.
Fl-ahhar tkellmet ukoll il-Konslu Generali ta’ Malta f’NSW,
Joanna Pisani.

Min hu Victor Vella B.A, MA? Kien ghalliem ta’ l-Ingliz u
storja fl-iskejjel sekundarji tal-Gvern f’Malta u f’NSW.
Kien ukoll education officer mad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni.
Dam 16-il |
|
sena
bhala segretarju tac-Centru Malti, La Valette. Kien l-instigatur
biex il-lingwa Maltija tiehu postha flimkien ma lingwi ohra,
kemm fli School Certificate u l-Higher School Certificate ta’
NSW.
Kiteb sensila ta’ programmi li nstemghu kemm fuq ir-radju
SBS u anke Malta, fosthom Ghaziza Gerit, X’jzommna li nikbru,
X’jghina biex nikbru u Intervista ma’ Luqa ta’ Cenc, Mill-Horga
tal-Kangarun u Ricetta.
Victor Vella kiteb ukoll ghadd ta’ kotba bil-Malti. Kiteb
“Fis-Satah ghar-Rwieh”, wara gew tlett kotba ohra biex
jghinu fit-taghlim tal-Malti, “L-Gheruq” “Weraq” u “Ward” li
qeghdin jintuzaw kemm l-Awstralja u anke Malta. L-ahhar
kiteb tieghu kien “Il-Festa tal-Huta”.
Tassew Malti li kien haqqu jigu maghruf ghax-xoghol fejjiedi
tieghu u ghax kitbietu jidhlu fil-fond tal-hajja u
tal-kultura Maltija. |
|
|
 |
|
|
|
Partijiet
mill-udjenza li attendew ghal din il-lejla maltija. |
| |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
 |
|
Malta Rebbieha u tfal libsin tal-pracett
fil-purcissjoni |
|
|
|
Fuq ix-xellug:
L-istatwa ta' Maria Bambina fuq l-idejn
fil-purcissjoni fil-Katidral ta' Sydney |
|
|
|
Bandalori ta' xi ghaqdiet Maltin li hadu sehem f'din id-dimostrazzjoni
tal-fidi. |
 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Rebhu l-Knock Out Final |
|
|
|
Il-Green
Gully Cavaliers li maghhom kien jilghab u jikkowcja Willie Vassallo,
illum mal-Floriana FC rebhu l-Crazy John Dockerty K.O Cup, l-eqdem
KO Competition fl-iStat ta’ Victoria bl-iskor ta’ 1-0 kontra Fawkner
Blues. Il-goal tar-rebha wasal fis-75 minuta minn Dragi Nestevski.
Il-Green Gully spiccaw l-ewwel fil-klassifika tal-Winter Premier
League ta’ Victoria izda tilfu l-Grand Final. Din ghalhekk kienet
rebha sinifikanti u wasslet trofew iehor fil-ventrina taghhom. |
|
|
|
|
|