It-Tnejn, 20 ta' Settembru, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Jirtira l-Kap tal-programmi Maltin
 tar-radju tal-SBS f’Melbourne
 

 Richard Curmi (ritratt) rtira mill-kariga tieghu ta’ kap tal-programmi bil-Malti ta’ l-istazzjon SBS Radio (Australia).
 
Richard Curmi kien ilu f’din il-kariga minn Mejju tal-1995. Huwa jahbat it-tielet wiehed li kien jokkupa din il-kariga. Fl-1990 kien gie maghzul ghall-posizzjoni ta’ gurnalist anzjan tal-Grupp Malti u ghalhekk trasferixxa bis-servizz kollu tieghu minn mal-Health Insurance Commission fejn kien ilu jahdem bhala Assistent tal-Maniger tas-sezzjoni tal-informazzjoni ghal 14-il sena.

Mar-radju tal-SBS f’Melbourne, Richard Curmi kien beda fi zmien il-mibki Dr Joe Abela bhala part-timer fl-1980. Kien Dr Abela li stiednu jinghaqad mal-Grupp Malti wara li flimkien kienu ghamlu programmi ta’ talk-back b’taghrif dwar il-Medicare.
 
Richard Curmi wasal l-Awstralja fl-1974 u ghadda l-ewwel sentejn jghallem fil-Kullegg Ionia f’Mosman Park ftit ‘l barra minn Perth. Huwa kien ihejji lill-istudenti ta’ l-ahhar klassi sekondarja fil-lingwa Taljana u fl-istudji dwar Shakespeare ghall-HSC ta’ dak iz-zmien. Barra minn hekk     ghamel     sitt    xhur    jirrepeti    l-

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040920_QurmiSBS.JPG

Richard Curmi

lezzjonijiet regolari lit-tfal li kienu gew l-Awstralja minn East Timor taht l-Iskema tal-Immigrazzjoni tat-Tfal. Dan kien mehtieg billi dawn it-tfal kienu jitkellmu biss bil-Portugiz. Matul dawk is-sentejn huwa kien mistieden kemm-il darba biex jaghmel konferenzi fuq suggetti kulturali varji lil nies akkademici, studenti u ghaqdiet kulturali ta’ diversi nazzjonalitajiet.
 
Fl-1977, taht it-tmexxija ta’ Dr Joe Abela u flimkien ma’ martu Josephine, ma’ Emmanuel Gauci,  u  Carmen Cini,  illum

 

mizzewga u toqghod Hal Lija, beda x-xoghol biex l-ilsien Malti jkun akkreditat bhala “Group 2 subject” ghall-ezami tal-HSC. Dan kien irnexxa wara li lkoll hadmu bis-shih fuq is-sottomissjonijiet li kellhom jintbaghtu lill-Bord tal-Istudji u l-Kurrikulu.

Fl-1979, Richard Curmi kien l-ewwel ghalliem tal-Malti mas-Saturday School of Modern Languages li llum insibuha bhala l-Victorian School of Languages. Huwa kien imexxi l-lezzjonijiet tal-Malti mill-University High f’Parkville. Qabel ma’ beda dan it-taghlim, fejn dam sal-1989, flimkien ma’ grupp ta’ voluntiera ohra, kienu bdew it-taghlim tal-Malti fid-dar il-qadima li kellhom il-membri tas-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl f’Parkville. Illum fuq l-istess art hemm ic-Centru Malti.

L-esperjenza tieghu fit-taghlim, Richard Curmi gabha mieghu minn Malta fejn kien ilu jghallem sa mill-1959 fi hdan is-Socjeta Missjunarja ta’ San Pawl. Kien infatti Richard Curmi li, bl-ghajnuna kbira ta’ Fr Edwin Agius tal-istess Socjeta, beda l-Kullegg Missjunarju ta’ San Pawl li s-Socjeta tmexxi minn Sant’Agata fir-Rabat ta’ Malta.

 
 
 Enzo Guzman ghas-seba’ darba
 

 Ghal darba ohra rnexxili mmur il-kuncert ta’ Enzo Gusman meta ghas-seba’ darba gie jzurna fl-Awstralja. F’Sydney kien impenjat ferm ghax kellu tlett kuncerti fi tlett ijiem. L-ewwel fil-Western Suburbs Leagues Club ta’ Ashfield, imbaghad fil-Centru La Valette fi Blacktown u fejn mort narah jien fil-Marconi Club. Kienu tlett sieghat ta’ divertiment mill-aqwa ghax ma’ Enzo qatt ma tigi dizappuntat. Mhux biss kantant mill-aqwa izda all round entertainer. Kien Jum il-Missier u l-gest li rregala cassette bil-kanzunetti tieghu lil kull missier gie milqugh tajjeb ferm.
 
Enzo kanta hafna kanzunetti mill-ahhar CD tieghu “Nirringrazzja lill-Mulej....li s’issa ghadni ghaddej”. L-iktar li laqtitni kienet l-interpretazzjoni mibnija fuq l-Innu Malti u l-Waltzing Matilda bl-isem ta’ “Hallejna Malta”. Biha Enzo Gusman wera li, bla dubju huwa l-genju tal-kanzunetta Maltija. Il-lirika u l-muzika li jaghzel huma ta’ klassi u kull  kanzunetta    fiha    messagg  qawwi   ta’

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040920_Enzo1.JPG

Enzo flimkien ma’ l-organizzaturi, mix-xellug Sam Mifsud u Tony Mifsud tal-MCO u George Vella
tal-Wonderland Travel Sydney.

 

wiehed kburi bil-kultura tieghna l-Maltin.

Fil-Marconi Club ma’ Enzo hadet parti il-kantanta/zeffiena ckejkna Ashlee Cilia.Sam Mifsud, wiehed mid-diretturi tal Maltese Concert Organisers qalli li din id-darba kellhom xi diffikultajiet ghax    il-kuncerti     f’Sydney    habtu   fil-

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040920_Enzo2.JPG

Enzo mac-ckejkna zeffiena/kantanta Ashlee

 

weekend ta’ Jum il-Missier li fl-Awstralja jahbat fl-ewwel Hadd ta’ Settembru izda xorta kienu kuntenti bir-rizultati finali. Enzo Guzman kanta ukoll f’diversi nhawi ta’ Melbourne.

 
 
 Malti l-aqwa tad-dinja
 

 Steve Mifsud (ritratt) rebah l-Australian National Billiard Championship ghar-raba’ darba nfila

Meta wasal ma’ l-ahhar tmienja, Mifsud gheleb lil Glen Wilkinson b’hames frames kontra tnejn. Wara din il-loghba ma regghax tilef tant li rebah is-semi-finali 4-0. Fil-finali warrab ghal kollox kull oppozizzjoni offruta minn Shaun Budd meta rebah bi skor enfatiku ta’ sitt frames kontra xejn.

B’din ir-raba’ rebha nfila fil-kampunat Australian National, Steve Mifsud lahaq

 

il-rekord ta’ Max Willians li rebah it-titlu seba’ darbiet.

Fl-ahhar tlett kompetizzjonijiet ta’ Australian National, il-Malti Steve Mifsud rebah lil Neil Robertson, Quentin Haan u Johl Younger fil-finals. Mifsud gie ddikjarat champion tad-dinja fl-Egittu fis-sena 2002 izda ma ddefendiex it-titolu tieghu s-sena l-ohra. Izda dan l-ahhar success tieghu jintitulah biex jirrapprezenta lill-Awstralja fil-kampjunati li se jsiru fl-Olanda bejn l-20 ta’ Novembru u l-4 ta’ Dicembru 2004.

 
 
 
 

Due to web space restrictions this image has been removed
040920_SteveMifsud.JPG

 
 
Riunjoni mimlija mhabba
 

 Lino Vella, l-editur ta’ The Maltese Herald flimkien ma’ huh Joe u martu Mary gew Malta mill-Awstralja mhux biss ghall-btala izda biex jiltaqghu ma’diversi membri ohra tal-familja taghhom li kellhom ikun Malta fl-istess zmien mill-Kanada u l-Ingilterra.

Il-familja Vella hija numeruza.

Barra Lino u Joe hemm Norman (kunsullier ta’ San Giljan) eks plajer tal-waterpolo u fil-prezent imexxi l-popolari “1927 tal-Kazin” Restaurant f’San Giljan. Ohthom Doris giet mill-Ingilterra. Imbaghad hemm zewg pari ta’ tewmin George u Freddy (il-wheeler) u Antoinette Penn u Inez Vassallo. L-okazzjoni giet iccelbrata fis-Seaview Hotel f’Bugibba.

Sena ilu, Lino Vella tilef lil martu Barbara wara marda twila. Flimkien hadmu taht hafna diffikultajiet biex zammew hajja l-uniku gazzetta Maltija li ghandna fl-Awstralja u li ilha tohrog kontinwament ghal dawn l-ahhar 44 sena.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040920_Lino.JPG

Fir-ritratt jidhru mix-xellug bil-wieqfa: Joe, Lino, George, Freddie u Norman.
Fuq quddiem, Antoinette, Doris u Inez.

 
 
 Football minn Melbourne
 

 It-tim tal-Maltin, Sunshine George Cross ta’ Melbourne ma spiccawx l-ewwel fl-iState League ta’ Victoria ghax dan il-post mar ghand l-avversarji taghhom Heidelberg li kisbu 46 punti minn 22 loghba izda dan it-tim famuz li ghandu storja kbira fil-qasam tas-soccer spicca t-tieni b’44 punti izda xorta gie promoss ghas-Super League li f’Victoria tintlaghab fix-xitwa. Fis-Super League hemm ukoll il-Green Gully Cavaliers li dis-sena rebhu l-Premiership. Il-GC fl-ahhar loghba taghhom, bi tbatija gew draw 0-0 kontra Thomastown Devils li gew relegati. Dan il-punt kien bizzejjed biex jelevhom ghal mal-kbar ghall-istagun iehor ghax jitilghu l-ewwel zewg timijiet. Il-George Cross laghbu 22, rebhu 13, gew draw 5, tilfu 4 skurjaw 28 kontra12

Minn Sydney gie mhabbar li l-istagun tas-sajf se jibda ghall-Parramatta Melita Eagles fil-w/e 20/21 Novembru 2004. Dan

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040920_GeorgeCross.JPG

Tlett protagonisti tat-tim ta’ Sunshine George Cross ta’ Melbourne:
Charlie Borg (President), Chris Taylor (Coach) u Joe Mallia (Team Manager).

l-istagun se jkun interessanti hafna ghax erba’ timijiet li kienu jikkompetu fin-National League of Australia jigifieri Marconi. Sydney Olympic, Sydney Utd u Wollongong issa regghu gew lura fis-Super League ta’ NSW.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.