|
Iktar unuri ghall-istudenti
tal-Malti f’NSW |
| |
|
Ghal
sena wara ohra, l-istudenti li qed jitghallmu l-Malti
fil-klassijiet organizzati mill-Maltese Language School ta’
NSW regghu ghamluna unur meta gew ippremjati, fis-sala l-kbira
ta’ l-Universita ta’ NSW f’Kensington mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni
u Tahrig ghan-nom tal-Community Language Board ta’ NSW.
Kien hemm hames studenti Maltin li gew ippremjati mill-Ministru
Dr Andrew Refshage. Dawn kienu:

Tamarra Louis Goding
(Junior Commended Award) mill-klassi tal-Malti f’Horsley
Park.

Marlie Cilia (Senior Commended Award) mill-klassi ta’
Holroyd fi Greystanes

Tenille Galea (Senior Commended Award) mill-klassi
ta’ Horsley Park

Paul Tabone ha l-(Highly Commended Award, Junior Section) mill-klassi
ta’ St Michael’s u

Wayne A. Vella ha l-(Highly Commended Award, Senior
Section) mill-klassi ta’ Richmond.
Ta’ min isemmi li meta telghu biex jircievu l-premju
ghall-istudju specjali taghhom dawn iz-zghazagh Maltin kienu
libsin il-kostum tradizzjonali ta’ Grezz u Zepp (ara ritratt).
Cynthia Villar Cassar li hija l-ko-ordinatrici ta’ l-Iskola
tal-Malti u membru tal-NSW Community Language School Board
kienet wahda mill-prezentaturi ta’ dawn l-awards.
Ghal darba ohra nfahhru bi shih l-isforzi kbar li qeghdin
jaghmlu id-dirigenti tal-Maltese Language School li mhux biss
iharrgu studenti fil-lingwa taghna izda jaghtuni studenti ta’
livell gholi bizzejjed li jircievu l-gharfien ta’ l-iStat. Hawn
nixtieq naghti tifhir specjali lill-ghalliema tal-klassijiet
tal-Malti, Pauline Fenech, Lucy Calleja, Carmen Galea u Rita
Kassas li mill-klassijiet taghhom hargu li l-istudenti ppremjati.
Il-Maltese Language School li hija |
|
 |
|
L-istudenti
rebbieha: mix-xellug:
Wayne A. Vella, Paul Tabone, Marlie Cilia, Tenille Galea
u Tamarra L. Goding |
 |
|
Studenti u ohrajna li attendew il-prezentazzjoni. |
 |
|
mmexija mill-Kunsill Malti ta’
NSW qed tkompli b’dawn il-klassijiet minkejja diffikultajiet
kbar u dejjem tittama li l-awtoritajiet Maltin jindunaw
bl-isforzi li qeghdin isiru biex tibda tasal xi ghajnuna fuq
bazi permenenti izda jidher li l-Gvern ta’ Malta mhux veru jrid
irrawwem il-lingwa u kultura Maltija barra x-xtajtiet Maltin.
Halli naghti ezempju tad-diffikultajiet li l-Maltin ta’ l-Awstralja
jhabbtu wicchom maghhom fejn tidhol il-lingwa Maltija. |
|
Dan l-ahhar
l-Ghaqda Filantrofika Talent Mosti f’gest sabieh u ferm
apprezzat irregalat 160 ktieb bil-Malti, moghtija genetilment
mill-awturi, biex jintbghatu lill-emigranti Maltin. Sa hawn
kollox sewwa izda meta ntalbet l-ghajnuna tal-Gvern Malti dawn
ma setghux jghinu. Kellu jkun Malti-Awstraljan li jghix f’Malta
bl-inizjattiva tieghu ffranka madwar $A600 biex tithallas
il-posta ta’ dawn il-kotba. Kieku ma kienx hekk minghajr kotba
konna nibqghu! |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Festa ta’ San Gwann Battista |
| |
|
Il-festi
tradizzjonali Maltin mhux qed jonqsu izda dejjem tisma b’xi
wahda gdida. Il-gimgha l-ohra fil-knisja ta’ St Michael fi
Blacktown NSW giet iccelebrata l-festa ta’ San Gwann Battista
Martri li skond ma qalli wiehed mill-organizzaturi Chris Rapa,
din hija it-tieni sena li l-Ghaqda St John the Baptist qed
tfakkar din il-festa tant ghaziza ghall-Ghawdxin mix-Xewkija.

Sirt naf ukoll li ghal din il-festa l-istatwa sabieha tal-patrun
ingibet minn Melbourne apposta izda huwa mahsub li sa sena ohra
din l-ghaqda se jkollha l-uzu ta’ statwa gdida li se jhallas
ghaliha Charles (il-Bahri) Refalo. L-istatwa mistennija tasal l-Awstralja
fi Frar 2005.

Il-festa religjuza bdiet b’quddiesa bl-istil ta’ kant
folkoristiku Malti mill-Kor ta’ l-Ghaqda Kulturali Maltija ta’
NSW taht id-direzzjoni ta’ Marisa Privitera u l-organista
Patrick Bartolo. Qaddes Fr Tarcisju Micallef MSSP u ghamel
kelmtejn sbieh dwar San Gwann. |
|
 |
|
L-istatwa
sabieha ta' San Gwann Battista |
| |
|
Wara harget l-istatwa ta’ San Gwann merfugha minn ghadd
ta’ dilettanti ghal dawra mal- bitha tal-knisja
akkompanjata mill-banda Our Lady |
|
|
 |
|
L-Istatwa
ta' San Gwann merfugha |
| |
|
Queen of Peace Maltese Banda ta’Greystanes.
Fil-ghaxija kien hemm il-ballu tal-festa fil-Bowman Hall
Blacktown. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Kumitat gdid |
| |
|
Fil-laqgha
annwali generali tal-Maltese Welfare (NSW) Inc li saret fi
Greystanes NSW dan l-ahhar gie elett dan il-kumitat ghas-sena
2004/5: |
| |
President:
Lawrence Dimech OAM
Vici President: Lino Vella AM
Segretarja: Maria DeCarlo
Asst Segretarju: George Muscat
Kaxxiera: Nathalie Gatt
Asst. Kaxxier: Lawrence Gatt
Trustees: Rita Kassas, Freda Micallef u Marlene Dimech
Dan il-kumitat jista’ jigi kkuntatja
f’P.O. Box 656 Merrylands NSW 2160 jew ara l-website:
www.maltesewelfare.com |
|
| |
|
|
| |
|
Attivitajiet ghand il-Melita
Eagles FC. |
| |
|
Fil-klabb
ta’ Parramatta Melita Eagles dejjem ghaddejjin l-attivitajiet
anke jekk l-istagun tal-futball bhal issa jinsab wieqaf. Kien
hemm kompetizzjoni ta’ li snooker li kienet organizzata minn
Tony Borg li damet
 |
|
 |
| |
|
sejra
hames gimghat. Ir-rebbieh kienLorry Azzopardi (ex-player)
jidher hawn qieghed jircievi t-trofew minghand TonyBonello
ta’ Bonello Catering, it-tieni spicca Joe Falzon (ritratt
fuq ix-xellug) u t-tielet gie Leli Bonello.
Kien hemm okkazjoni ohra. Fl-Awstralja dahlet id-drawwa li
jiccellebraw Christmas in July, jigifieri Christmas fix-xitwa.
Minn dawn ir-ritratti naraw il-partitarji tal-Melita jifirhu
b’Father Christmas waqt il-hafna zfin u kant ta’ l-okkazjoni. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Minn Melbourne |
|
|
|
Kull
sena il-Kunsill Malti ta’ Victoria jorganizza l-Maltese Cultural
Festival u din is-sena jahbat is-27 wiehed. Dan il-festival
jinkorpora fih ic-celebrazzjonijiet li jsiru ghall-festa tat-8
ta’ Settembru wkoll u jdum sejjer 18-il jum. F’dan il-festival
naraw ghadd ta’ attivitajiet imqassna f’diversi lokalitajiet
ghalkemm il-maggoranza ta’ l-attivitajiet isiru fic-Centru Malti
f’Parkville fejn jiftah il-festival b’riceviment.
Ikun hemm ukoll kuncerti u esibizzjonijiet f’forma ta’ workshops
ta’ arti u snajja ghat-tfal, ghana bil-Malti, kompetizzjoni
tal-bocci, muzika ghaz-zghazagh, attivitajiet ghall-anzjani u
ohrajn. Il-festival jaghlaq bic-celebrazzjonijiet tat-8 ta’
Settembu, Jum Nazzjonali u l-quddiesa f’St Mary’s Star of the
Sea f’West Melbourne.
Il-membri tal-kumitat
organizzattiv 2004 huma: |
|
 |
|
Charles Portelli ko-ordinatur, Lillian Calleja,
Rosemarie Attard, Alfred Cachia,
Jacinta Portelli, Maria
Cilia, |
|
Freddie Asciak, Caesar Vella, George Colvan, Joe
Portelli u Robert Anastasi. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Elezzjoni Federali |
|
|
|
Kif
hafna minnkom diga jafu fl-Awstralja se jkollna elezzjoni federali,
jigifieri ma’ l-Awstralja kollha. Il-partiti ewlenin huma,
il-Laburisti, u l-koalizzjoni bejn il-Liberali u n-Nationals. Hemm
il-Greens u d-Demokratici. Il-Liberali/National ilhom fil-gvern
mill-1996 meta il-Prim Ministru prezenti John Howard gheleb lil Paul
Keating. Il-Laburisti kien ilhom fil-poter 13-il sena.
Fil-1998, John Howard rebah mill-gdid din id-darba kontra Kim
Beazley u l-istess gara f’Novembru 2001. Fit-2 ta’ Dicembru 2003,
il-Laburisti hatru lil Mark Latham ta’ 43 sena bhala mexxej gdid
b’rizultat li fl-elezzjoni tad-9 ta’ Ottubru 2004 se jkollna lil
John Howard ta’ 65 sena kontra l-mexxej gdid Laburista. Iz-zewg
kapijiet huma minn NSW. Latham minn Green Valley (subborg
tal-haddiema fil-Punent ta’ Sydney) u Howard minn Wollstonecraft (subborg
affuwenti fin-North Shore). |
|
|
|
|
|