|
Il-gid li hareg
mic-cittadinanza doppja |
| |
|
Fl-Awstralja
ghal dawn l-ahhar erba’ snin giet iccelebrata l-Australian
Citizenship Day. Il-Gvern Federali jaghmel sforzi kbar biex
ihajjar lill-emigranti li jidhlu l-Awstralja bis-sewwa biex wara
li jaqdu l-obbligazzjonijiet taghhom isiru cittadini. Fl-Awstralja
mhu xejn difficli biex isir cittadin. Trid tkun ilek hawn
sentejn fl-ahhar hames snin, tkun ta’ kondotta tajba u xi
htigiet ohra. Skond l-ahhar informazzjoni li ghandi fl-iStat ta’
NSW hawn 326,900 li huma eligibbli ghac-cittadinanza Awstraljana
izda ghadhom ma applikawx ghaliha.
Izda il-Maltin mhux qeghdin lura hafna tant li fl-Awstralja
kollha ghandna 75.1% minn dawk eligibbli li diga saru cittadini
Awstraljan. Ghad baqa biss 11,044
li |
|
|
ma applikawx biex isiru cittadini Awstraljani. Dan
ifisser ghalhekk li 33,305 (tlieta minn kull erba’)
Maltin fl-Awstralja sal-lum ghandhom cittadinanza
Awstraljana.

Skond statistika li kont ipprezentajt lill-Konvenzjoni
tal-Maltin Imsifrin li saret fil-belt Valletta mill-25
ta’ Jannar sal-1 ta’ Frar 2000 kien hemm biss 17,710
Maltin li sas-sena finanzjarja Awstraljana 1998/99 kienu
saru cittadini Awstraljani.

Ghaliex allura f’dawn l-ahhar erba’ snin kien hemm qabza
tant kbira? Bla dubju l-ghotja tac-cittadinanza doppja
fl-1989 ghamlet differenza kbira ghax dan kien ifisser
li l-emigrant Malti fl-Awstralja seta’ jsir cittadin
Awstraljan minghajr ma jitlef ic-cittadinanza Maltija. |
|
Dan juri wkoll kemm ic-cittadinanza doppja kienet
decizzjoni ghaqlija u ta’ siwi ghal dawk li kellhom
il-kuragg li jitilqu l-ghaziza gzira taghhom biex
ifittxu xoghol fl-Awstralja u fl-istess hin jaghmlu l-wisgha
lil dawk li baqghu igawdu pajjizhom. Dan juri fuq kollox
kemm l-emigrant Malti huwa kburi b’pajjizu mhux
bil-paroli biss izda bil-fatti.
Sal-lum fl-Awstralja kollha hawn 33,306 Malt li saru
cittadini Awstraljani. Dan ifisser li mill-1985/86 meta
dahlet b’ligi Federali c-cittadinanza Awstraljana
sal-1998/99, perjodu ta’ 13-il sena saru biss
Awstraljani 17,710. Fl-ahhar erba’ snin bic-cittadinanza
doppja saru 15,596, qabza sostanzjali. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Lejla ta’ taghrif dwar il-ligi |
| |
|
Kienet
lejla xitwija b’hafna xita u bard izda s-sala tal-knisja
kattolika ta’ Greystanes NSW xorta kienet mimlija bhal balla
ghall-lejla ta’ informazzjoni li The Maltese Welfare (NSW)
organizzaw dwar il-Ligi.
Dawk li attendew zgur ma hargux dizappuntati ghax il-lejla
kienet organizzati tajjeb hafna u hargu minjieri ta’
informazzjoni kemm dwar il-ligijiet Awstraljani u kif ukoll dwar
il-ligijiet Maltin.
Il-laqgha giet miftuha mill-Presidnet tal-Maltese Welfare,
Lawrence Dimech li fakkar li l-ghaqda issa ilha 27 sena tahdem
fost il-Maltin u tispecjalizza f’dawn il-laqghat ta’
informazzjoni u seminars dwar il-bzonnijiet u d-diffikultajiet
li jaffrontaw il-Maltin f’NSW.
Huwa qal ukoll li kull sena jorganizzaw ukoll The Quiet Achiever
– Night of Recognition li s-sena l-ohra kienet ta’ success kbir
u mtella ghall-ewwel darba fl-Annunciation Hall ta’ St Dominic’s
Hostel Blacktown.
Il-lejla li kienet imexxija tajjeb ferm minn George Muscat bdiet
b’taghrif dwar il-ligi Awstraljana mill-avukat Paul Sant li
bhala avukat b’hafna klijenti Maltin spjega id-diffikultajiet
legali li l-iktar jitaqghu maghhom bhal ma huma testmenti,
prokuri, wirt, xiri u bejgh ta’ djar u diffikultajiet legali
ohra.
Wara li sar interval qasir fejn kien hemm xi refreshments kien imiss ill-avukat
Tony Vella li ghandu l-ufficju tieghu f’Parramatta
biex jispjega xi aspetti tal-ligi ta’ Malta u ghalkemm hafna
minn dawn il-ligijiet huma kkomplikati izda sar attentat
kollettiv biex tinstab soluzzjoni.
Jidher ukoll li fost il-komunita’ Maltija ghandna nuqqas ta’
gharfien u prattika fejn u kif tigi applikata l-ligi Maltija
specjalment fejn tolqot lil dawk il-Maltin li gew jghixu l-Awstralja.
Wara kull sezzjoni saru hafna |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040901_LegalSeminar3.JPG |
|
|
L-avukat
Tony Vella (lemin) u George Muscat li mexxa l-laqgha |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040901_LegalSeminar2.JPG |
|
|
L-avukat
Paul Sant ikellem lil dawk prezenti |
 |
|
mistoqsijiet u kienet
okazzjoni fejn rajna interess specjali u bdil ta’ idejat u
participazzjoni qawwija. Charles Micallef ukoll ta’ l-ghajnuna
li ta f’din is-sessjoni.

Maria DeCarlo, qaltilna li f’lejla tant xitwija l-organizzaturi
ma stennewx li se jkun hemm 87 persuna.
Innutat li kien hemm
nies li gew mill-boghod bhal Potts Point, Hurstville,
Lakemba, Marsfield u lokalitajiet ohra.
Ghal din il-laqgha kien hemm prezenti wkoll il-Konslu
Generali ta’ Malta f’NSW Joanna Pisani, Dr George Boffa, l- |
|
avukat Joseph Orland, Charles Said-Vassallo
ta’maltagenealogy.com u John Borg ta’ l-SBS Radio.

Infakkru wkoll li f’dawn l-ahhar xhur, il-Maltese Welfare
organizzat laqghat ta’ taghrif b’success dwar Bereavement,
Dimensja u anke dwar il-Konflitti bejn il-Generezzjonijiet
li kull darba ghalihom il-Maltin jattendu bi hgarhom.
Il-Maltese Welfare huma sponsorjati mill-maltagenealogy.com
u l-web page taghhom hija maltesewelfare.com. L-indirizz
postali huwa P.O. Box 656 Merrylands NSW 2160 Australia. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040901_LegalSeminar.JPG |
|
|
Parti minn
dawk li attendew |
| |
|
|
| |
|
Il-Melita Social Club ta’
Melbourne |
| |
|
Ftit
ilu saret ceremonja f’Coburg subborg qrib il-belt ta’ Melbourne
fejn giet iccelebrata l-50 sena tal-ftuh ta’ dan ic-centru
socjali u kulturali. Il-President tal-klabb, Nicholas D. Chirkop
OAM f’diskors ta’ l-okkazjoni spejga l-bidu ta’ din l-ghaqda li
hija komposta mid-dixxendenti tal-Maltin li emigraw lejn l-Egittu
matul is-sekli 19 u 20. Huwa qal li hafna minn dawn il-Maltin
bdew ihallu dawn in-nahat minn |
|
wara
t-tieni gwerra dinjija u specjalment meta gie innazzjonalizzat
il-kanal ta’ Suez fil-1956. Hafna minnhom spiccaw fl-Awstralja.
Dawk li ssetiljaw f’Melbourne hassew in-necessita’ li jinghaqdu.
Isemma Anthony Busuttil li kien il-mohh wara l-ewwel attentat.
Fl-1954 akkwistaw post biex jibda jintuza bhala klabb u fl-1961
xtraw il-propjeta
ghas-somma ta’ |
|
$7,000.
Fl-1968 sar il-ftuh ufficjali mill-Kummissarju Gholi Dr A.
Pullicino. Dan il-klabb ghandu assocjazzjoni mill-qrib ma’
Maltese Community Council ta’ Victoria. Kien l-MCC offrew
ghajnuna siewja meta fis-sebghinijiet il-klabb mar xi ftit lura.
Qabel ma nfetah ic-centru tal-MCC f’Parkville, dan il-klabb kien
iservi ta’ lokal ghal hafna attivitajiet ghall-Maltin u anke
ghall-Kummissjoni Gholja Maltija. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Soccer f’Victoria |
|
|
|
It-tim
tal-Green Gully Cavaliers (maghrufa bhala tal-Maltin) li kien rebhu
l-minor premiership tal-Premier League, jigifieri l-ghola grad fl-iStat
ta’ Victoria, ghax spiccaw l-ewwel fil-klassifika, tilfu l-Grand
Final, kompetizzjoni ta’ l-ewwel hames timijiet meta gew mgheluba
2-1 kontra Altona Magic f’partit meghluba f’temp ta’ xita u rih.
Altona fil-fatt spiccaw il-hames fil-klassifika b’36 punti meta
l-Green Gully spiccaw f’48 punt. Dan ifisser li ghalkemm spiccaw
il-hames, Alton Magic xorta rebhu l-Grand Final. |
|
|
|
|
|