It-Tnejn, 3 ta' Mejju, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Opra storika Maltija f’Sydney
 

 M’hemmx dubju li l-opra “I Martiri” dahlet fl-annali ta’ l-istorja tal-komunità Maltija fl-Awstralja meta giet ipprezentata ghall-ewwel darba fir-Riverside Theatre ta’ Parramatta NSW. Qatt qabel ma niftakru li opra ta’ kompozitur Malti, f’dan il-kaz, Mro Carmelo Pace giet ipprezentata fl-Awstralja. Kien attentat ggantesk mill-Australia-Malta Goodwill Mission li fil-fatt hija mbuttatura ta’ Alfred Fenech OAM, Dr Steven u martu Kerrie Watson tal-Beethoven Choir ta’ NSW.

L-opra “I Martiri” hija bba-zata fuq rewwixta Maltija kon-tra l-okkupazzjoni tal-Francizi mmexxija minn Dun Mikiel Xerri fl-1798. Inkitbet minn Mro Carmelo Pace fl-1966 fuq librett ta’ Vincenzo Maria Pellegrini.

L-idea li tingieb opra Maltija fl-Awstralja nholqot meta l-Beethoven Choir li tieghu huwa direttur Dr Steven Watson marru jkantaw Malta fit-Teatru Manoel f’Novembru 1999. Sena qabel, f’Dicembru 1998, is-soprano Amelia Farrugia kienet kantat ukoll fit-Teatru Manoel fi prezentazzjoni specjali ad unur taghha.

Biex jirreciprokaw, Tony Cassar Darien, id-direttur artistiku tat-Teatru Manoel issuggerixxa li l-opra “I Martiri” ghandha tigi kantata fl-Awstralja.

Kif qal huwa stess meta flimkien ma’ martu gie Sydney biex ikun prezenti ghal din il-prezentazzjoni storika kienet se tkun difficli ferm biex tipprezenta opra Maltija f’Sydney minhabba diffikultajiet ovvji u nuqqas ta’ zmien. Bla dubju Alfred Fenech ipprova jaghmel dan f’qasir zmien u wisq izjed minghajr garanzija ta’ finanzi bizzejjed li kien hemm tant bzonn biex ikun hemm prezentazzjoni ta’ l-oghla livell.

Min-naha l-ohra l-komunità Maltija ftit jew xejn appoggjat dan l-attentant grandjuz b’attendenza ta’ madwar 300 persuna.

Il-kantanti principali ta’ din l-opra bhat-tenur Robert Bickerstaff li kanta mas-Sadler’ Wells f’Covent Garden, Shu-Cheen Yu, Andrew Morgan, David Greco u ohrajn huma kantanti ta’ fama ta’ l-oghla klassi, izda jidher li ma kellhomx zmien bizzejjed biex jippreparaw ghax qatt ma rajt kantanti ta’ l-opra jaqraw l-iskript kwazi l-hin kollu. L-iktar li offenda kien Bickerstaff fil-parti ta’ Dun Mikiel.

Hadt gost nara wkoll participazzjoni ta’ ghadd ta’ Maltin fil-kor u f’partijiet zghar ghalkemm Joe Galea kellu solo helwa hafna u qeda dmiru mill-ahjar.

Ghalkemm is-soprano Maltija, Amelia Farrugia ma haditx parti fl-opra, kienet ta’ ghajnuna siewja u fil-bidu kantat ukoll zewg arji mill-Magic Flute ta’ Mozart. Il-baritonu Andrew Morgan kanta wkoll minn Don Giovanni.

Kif ghidna, barra l-fatt storiku ta’ l-ewwel opra Maltija kantata fl-Awstralja u l-attentat straordinarju ta’ Alfred Fenech u shabu biex jipprezentawlna b’xi haga kulturali gholja ma nistax nghid li ntlahaq il-livell mehtieg. Kien hemm hafna nuqqasijiet li setghu biss jirrangaw b’iktar provi, b’iktar kordinazzjoni u attenzjoni.

B’danakollu wiehed ma jistax ma jammirax lil Alfred Fenech li taht diffikultajiet enormi u kontra hafna ostakli kbar baqa’ ghaddej b’determinazzjoni biex ktibna pagna ohra gdida, l-opra Maltija fl-Awstralja.

 
 
 Iktar attività ghall-anzjani
 

 Il-Maltese-Australian Women Association li ghandhom il-bazi taghhom f’De Piro House fejn hemm is-Socjetà Maltija Missjunarja ta’ San Pawl iccelebraw il-gimgha ta’ l-anzjani fil-kappella ta’ din id-Dar. Din l-okkazjoni bdiet billi l-President, Pauline Attard tat merhba lil dawk prezenti u l-kappillan ta’ l-Ghaqda, Fr Tarcisju Micallef u Fr Alfred Cachia MSSP ikkoncelebraw quddiesa.

Is-segretarja ta’ l-Ghaqda, Antoinette Mascari mbaghad tat taghrif fuq is-Seniors Week u d-dettalji tal-programm.

Joanna Mulligan mill-Carers NSW tat tahdita dwar is-servizzi offruti mill-Carers NSW u l-programm, National Carers Counselling.

Il-Konslu Generali, Joanna Pisani pprezentat lil Esther Saragozza bhala l-Carer of the Year li fl-età ta’ 87 sena mhux biss hasbet biex tghin lill-proxxmu imma ghadha tiehu hsieb il-familja ta’ binha li martu mietet ricentement. Tiehu hsieb ukoll lin-neputijiet ta’ binha u lil binha li ghandu dizabilità. L-Assoc. Prof Stephen Gatt imbaghad ipprezentalha rigal bhala apprezzament u nkoraggiment tax-xoghol li ghamlet mal-familja taghha. Ester Saragozza kienet strumentali biex flimkien ma’ Josephine Zammit OBE twaqqfet din l-ghaqda fl-1971.

L-Assoc. Prof Gatt imbaghad tkellem fuq ix-xoghol tal-carers u qal li kien xieraq li dan il-gest ta’ apprezzament jinghata fid-dar De Piroy.
 

 
 
 Maghkom u mhux maghkom ghal ftit zmien
 

 Kull gimgha b’hafna diffikultajiet nipprova nwassal din il-pagna kemm lill-qarrejja tal-gurnal l-orizzont li taghhom ili l-korrispondent ufficjali 42 sena u ghal dawk l-ahhar ftit snin ukoll fuq il-website ta’ allmalta.com tal-habib taghna mill-Iskozja, John Cassar.

Kif jafu hafna mill-qarrejja tal-kitba tieghi jien Malti li nghix l-Awstralja (mhux Malti-Awstraljan) u kull meta nsib xi skuza nigi Malta.

Hekk se naghmel ghal Mejju u nofs Gunju. Ghalhekk din il-pagna mhux se tibqa’ tidher ghal ftit taz-zmien. Inweghedkom li nkun lura maghkom mill-gdid mill-ewwel Tnejn ta’ Lulju, 2004.

Jekk xi hadd ikun irid jikkuntattjani, sakemm indum Malta dan jista’ jaghmlu billi jikkuntattja jew lil Peter Bartolo jew Frans Ghirxi fl-ufficcju ta’ l-Union Press il-Marsa.

 
 

The Maltese Herald

X’qalet The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja

Esegerazzjonijiet u kliem b’iehor

 Il-glied feroci fl-Iraq wara li l-Amerikani ddikjaraw li salvaw lil dan il-poplu minn regim dittatorjali u oppressiv ghadu sejjer b’ritmu dizastruz. Kien hemm konfronti bejn l-istess Iraqqini skond ir-religjonijiet taghhom izda anke dawn issa donnhom warrbu d-differenzi taghhom u nghaqdu biex jehilsu mill-istess armati li nvadew lil pajjizhom anke jekk min invadihom ghadu jghid li dan ghamlu ghall-gid u l-harsien taghhom.

Quddiem nett ma’ l-Amerikani kien hemm it-truppi Awstraljani anzi l-Gvern Awstraljan kien l-ewwel pajjiz li accetta li jibghat suldati fl-Iraq. Illum ghad hemm fl-Iraq madwar 850 suldat Awstraljan.

Qeghdin isiru appelli qawwija biex l-Awstraljani jibqghu fl-Iraq. Dan l-ahhar Ahmed Chalabi, il-maghzul ta’ l-Amerikani biex imexxi l-Iraq wara l-hakma Amerikana wissa lill-Awstralja biex is-suggett tat-truppi Awstraljani fl-Iraq ma jsirx ballun politiku. Qalilna wkoll li hija x-xewqa tieghu li nzommu t-truppi hemm biex nghinu nibnu l-Iraq mill-gdid wara li dan il-pajjiz jinqered kwazi totalment mit-truppi ta’ l-alleati jfittxu l-armi massivi ta’ distruzzjoni u lil Saddam Hussien.

Ma kienx hemm ghalfejn isirulu appelli ghax l-Prim Ministru Awstraljan mhux se jsejjah lura t-truppi qabel ma jkun cert li mhux se joffendi l-Amerikani. Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, Mark Latham digà ddikjara li jrid igib t-truppi Awstraljani lura lejn l-Awstralja sal-Milied.

Jista’ jkun li l-kap Laburista ghaggel xi ftit meta specifika d-data tal-Milied izda l-Prim Ministru Howard ma jistax jibqa’ jassumi li l-poplu Awstraljan se jibqa’ jaghti l-appogg tieghu biex jinzammu t-truppi f’dan il-pajjiz minghajr ma jkun hemm spjegazzjoni cara dwar meta bi hsiebu jgibhom lura.

Il-gvernijiet Spanjoli u Taljani u pajjizi ohra ta’ l-UE qeghdin jinsistu li wara Lulju 2004 meta suppost li l-Iraqqini ghandhom jiehdu l-kontroll lura ta’ pajjizhom tkun il-Gnus Maghquda li tkompli tghinhom u mhux l-Amerikani.

Il-kapijiet Inglizi u anke dawk Amerikani ammettew li dahlu ghal din il-gwerra fuq pariri esagerati u hafna drabi hziena ghal kollox. John Howard ghadu qatt ma ammetta li kaxkarna t-truppi lejn l-Iraq fuq il-pariri foloz jew pariri li gew “sexed-up“ biex joghgbu lil dawk il-kapijiet li kellhom intenzjonijiet mohbija ghax invadew lill-Iraq. Mhux l-ewwel darba li l-gvernijiet inqabdu jghidulna kliem b’iehor ghal skopijiet politici.

Id-dinja ghandha l-ezempju tal-Vjetnam u hadd ma jixtieq li l-Iraq ikun Vjetnam iehor.

Sfortunatament din is-sena fl-Awstralja se jkollna elezzjoni u m’hemm l-ebda dubju li l-Gvern ta’ Howard irid ikompli jpoggi s-sigurtà u l-glieda kontra t-terroristi u l-biza’ tar-refugjati fuq quddiem ghax b’hekk ikollu l-isbah cans li jerga’ jirrepeti r-rebha ta’ tliet snin ilu li s-sisien taghha kienu bbazati wkoll fuq hafna esagerazzjonijiet dwar il-‘border control’ u truppi militari.

Mark Latham ukoll m’ghandux jaghmel uzu mit-truppi fl-Iraq biex jirbah il-voti. Dawn issa jinsabu ngaggati u ghandhom jingibu lura meta jkun l-ahjar ghalihom bhala suldati.

Kemm Latham u Howard ghandhom hafna suggetti jaharqu fuq il-front lokali biex izommuna msahhrin warajhom. Basta ma jkunx hemm esegerazzjonijiet u gideb sfaccat.

Il-poplu ddejjaq jisma’ kliem b’iehor.
 

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.