It-Tnejn, 26 ta' April, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

Mhux facli li tirraporta dwar dawk l-avveniment religjuzi li jsiru ta’ kull sena. Insib li l-Gimgha l-Kbira hija wahda minn dawn it-tifkiriet. Fiz-zewgt ibliet ewlenija ta’ l-Awstralja l-festi tal-Gimha l-kbira u l-Gimgha Mqaddsa jigu ccelebrati b’devozzjoni kbira. Iz-zewg purcissjonijiet kemm dik f’St Albans f’Melbourne u dik ta’ Horsley Park f’Sydney illum saru mfittxija mhux biss mill-komunita’ Maltija izda minn kulhadd.

 

F’Horsley Park

 

 Dis-sena wara kwazi tlett snin b’temp ta’ xita harget gurnata sabieha u ghalhekk il-folla kienet ferm iktar minn snin ohra tant li hafna jghidu li f’din l-okazzjoni jiltaqghu l-ikbar numru ta’ Maltin f’post wiehed. Il-purcissjoni ssir b’devozzjoni kbira u b’organizazzjoni mill-aqwa u fiha jiehdu sehem madwar 320 persuna. It-tmien statwi jinzammu fil-knisja majestuza tal-Madonna tal-Vitorja f’Horsley Park li nfethet ufficjaliment fl-1993 u hija taht it-tmexxija tal-MSSP. Ghall-okkazjoni kien hemm il-banda Maltija ta’ Greystanes u l-kor ta’ l-Ghaqda Kulturali Maltija ta’ NSW waqt li matul il-purcissjoni jsir kummentarju bl-Ingliz.

Dis-sena l-Grupp Organizzattiv ipprezentaw ghall-ewwel darba l-istatwa ta’ Kristu Mejjet. Statwa originali hafna ta’ Gesu Mejjet mimdud fuq lizar mifrux fuq il-blat imdawwar b’erba’ angli xoghol tal-maghruf skultur Ghawdxi, Alfred Camilleri Cauchi. Hekk kif harget ghall-ewwel darba mill-knisja, l-folla nfexxet f’capcip qawwi.

Is sur Joe Fenech qalli li jixtieq jiringrazzja sincerament lid-ditta Transpak u specjalment lil Manager William Vella ta’ l-ghajnuna taghhom. Instab li waqt il-vjagg ta’ l-istatwa minn Malta ghall-Sydney saru xi hsarat fl-angli. Ghalhekk ghal habta tal-Milied, l-iskultur gie apposta Sydney minn Ghawdex, biex isewwihom.

 
 F’St Albans
 

 Rapporti li gbart mill-belt ta’ Melbourne jghidu li din is-sena l-purcissjoni li tohrog fil-belt ta’ Brimbank, subborg ta’ St Albans kienet l-iktar wahda spettakulari. Dan kienet l-20 anniversarju ta’ din il-festa u l-organizzaturi jikkalkulaw li qatt ma kien hemm daqstant nies prezenti. L-ghaxar statwi johrogu mill-Errington Community Centre jghaddu ghas-Safway Carpark u madwar Main Rd East f’St Albans. Il-Festi jispiccaw bil-festa tal-Qawmien ta’ Sidna Gesu Kristu. Din is-sena kien hemm 13-il assocjazzjoni li hadu sehem fl-irfigh ta’ l-istatwi. Kien hemm tlett baned Maltin, 70 ornamenti, simboli, banners 66 karattri bibblici, tmien suldati Lhud, 12-il suldati Ruman, u 116 bejn reffiegha u bil-forcina. Tim ta’ 24 kumitat iqassmu ix-xoghol flimkien u hemm 40 oersuna ohra li jghinu. L-accessorju kollu gie impurtat minn Malta. Fir-ritratt jidhru membri tal-kumitat ilestu statwa ghal purcissjoni.

 

Membri habrieka ta’ kumitat organizzativ ma’ l-istatwa ta’ Gesu mejjet: Mix-xellug jidhru: Vince Cauchi, Joe Mula, Paul Farrugia, Joe Piscopo, Joe Fenech, Fred Cauchi, Louie Mula u Matthew Fenech.

Il-Banda Maltija ta’ NSW u fl-isfond jidher ukoll il-kor ta’ l-Ghaqda Kulturali
waqt l-istatwa hierqa mill-knisja.

Membri tal-kumitat jidhru qeghdin ilestu l-istatwi ghall-purcissjoni f’St Albans.

 
 
 Il-mewt ta’ Joe Polidano
 

 Kien persuna dhuli, kalm u ta’ l-affari tieghu, ragel ezemplari. Kien attiv sewwa fil-komunita’ Maltija ta’ Sydney. Joe Polidano (ritratt) twieled il-belt Valletta fl-1943, l-ewwel minn ghaxart itfal ta’ Emmanuel Polidano u Anne Lewis Izzewweg lil Mary Zammit fl-1965 u telqu lejn l-Awstralja. Huwa kellu erbat itfal, Andrew, Anne-Marie, Louise u Rachael. Kien membri attiv ta’ l-Ghaqda Kulturali ta’ NSW u serva bhala Vici President. Ghamel zmien segretarju tal-Kunsill Malti ta’ NSW. Kien attiv  ferm  fil-knisja  u  serva  bhala

 

acolyte u fil-Ministeru ta’ l-Ekwaristija.
 
Kemm- il darba ghamilha ta’ Master of Ceremonies; l-ahhar darba kienet fil-Cultural Awards 2003 li jsiru kull sena mill-Ghaqda Kulturali. Huwa kien ha sehem ukoll fir-rexta dwar il-hajja tal-Beatu San Gorg. Joe Polidano, li hadem ghal 38 mas-Sydney Technical Collage, bhal technical officer kellu funeral tassew kbir u hekk kif it-tebut tieghu gol-karozza beda biex jitlaq mill-knisja dawk hbieb tal-kor ta’ l-Ghaqda Kulturali nfexxew fil-kant ta’ l-Innu Malti.

 

Joe Polidano

 
 

The Maltese Herald

X’qalet The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja

Kif nistghu nghinu lil dawk ta’ nisel Malti

 LMinn perjodu ghal iehor naraw attentati biex nipprovaw inhajru lit-tfal ta’ l-emigranti biex jiehu parti attiva fil-hajja tal-komunita’ Maltija. Nghidu kif inhi, l-pijunieri tal-komunita’ kienu tant imhabbta jibnu l-istrutturi ta’ komunita’ qawwija li ghandna li forsi ma hadux hsieb bizzejjed ta’ dawk ta’ warajhom.
 
Ghalhekk illum issib li dawk li qatt ma mank kienu parti fil-bini tal-komunita’ Maltija jippridkaw, jekk mhux jghajtu b’vuci qawwija, li l-Maltin emigranti ma ghamilna xejn tajjeb. Dawn l-akkuzi generalment isiru ghax il-komunita’ dejjem ippruvat tigbor fiha lil kulhadd metri l-attentati li saru u ghadhom isiru biex inrawwmu l-“esklussivita” jew id-distinzjoni tal-klassi dejjem holqu ghaqdiet finta u bla sinsla, ghaqdiet tal-klikka.
 
Min veru jrid jghin lill-komunita’ ghal gid ta’ kulhadd isib divergenza bizzejjed fl-ghaqdiet taghna minn fejn ghandu jaghzel. Biex niftehmu din hija “a free country” u kulhadd jista’ jaghmel li jrid anzi ahna nittamaw li johrog xi gid minn kull attentat li jsir. Izda attentati biex nibnu knisja u nhottu ohra ftit kienu u zgur mhux se jkun ta’ gid.
 
Isiru hafna akkuzi lill-komunitajiet Maltin ghax dawn mhux qed jattiraw it-tieni generazzjoni, t-tfal ta’ l-emigranti izda dawn l-akkuzi jaghmluhom dawk li huma ferm imbieghda mill-komunita’ attiva’ taghna. F’hafna kazi, dawn l-akkuzi huma bbazati fuq injoranza u mhux fatti. Hafna drabi ssib ukoll li dawn l-akkuzi jsiru minn persuni li ilhom f’koma ghal hafna snin u f’daqqa wahda jistembhu ghax xi hadd joffrilhom posizzjoni gholja mill-ewwel jew ghax ixommu xi zjara mportanti gejja Malta.
 
Jekk inharsu lejn il-qasam sportiv insibu li dan illum huwa ddominat mit-tfal ta’ l-emigranti. Insibu players li lahqu l-aqwa divizzjoni kif insibu wkoll amministraturi zghazagh. Nistghu naghtu ezempji cari izda ma rridux insemmu ismjiet. Fil-qasam tal-muzika l-baned taghna jigbru fihom hafna zghazagh. Fl-iskejjel tal-Malti kwazi l-istudenti huma kollha mwielda l-Awstralja. F’hafna centri Maltin naraw hafna zghazagh. Ghadna wkoll membri ta’ kumitati ta’ ghaqdiet li gew l-Awstralja meta kienu zghar jew huma ulied l-emigranti.
 
Il-komunita’ Maltija dejjem kienet mizmuma lura milli tattira lit-tfal taghna fil-komunita’ ghax dawn l-istess tfal kienu michuda mic-cittadinanza tal-geneturi taghhom ghax inzertaw twieldu l-Awstralja. Din l-anomalija kiefra rrangat ruhha BISS ftit snin ilu wara kampanja ta’ iktar minn 30 sena biex ikkonvincejna lill-Gvernijiet Maltin kemm ghac-cittadinanza doppja u kemm ghall-istess dritt ghat-tfal taghna.
 
Illum l-emigranti qeghdin jonqsu, qeghdin jixjiehu u t-tfal taghhom qeghdin jindunaw li t-tfal taghhom li f’gishom ghandhom ukoll demm Malti se jkunu mbarrati li jmorru f’pajjiz in-nanniet taghhom u jkollhom l-istess drittijiet bhac-cittadini Griegi, Taljani Ciprijotti, Germanizi ecc ecc ghax dawn il-barranin huma membri ta’ UE u t-tfal tat-tfal taghna nzertaw li twieldu l-Awstralja.
 
Illum it-tfal ta’ l-emigranti jitolbu passaport Malti ghax ikun jridu jmorru jghixu u jahdmu mhux necessarjament Malta izda fl-Ewropa. Ghada pitghada t-tfal taghhom ukoll ikunu jridu l-istess drittijiet ghax Malta ma tistax tibqa’ tbarri d-dritt tax-xoghol u tar-residenza, xiri ta’ propjeta lil dawk ta’ nisel Malti ghax insertaw li twieldu barra l-konfini ta’ EU.
 

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivji ta' dawn il-pagni

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2004 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.