|
Il-Figolli ta’ l-Ghid |
|
|
|
Ma’
tistx tghid li l-klassijiet tal-Malti fl-Awstralja m’humiex
innovattivi u fl-istess waqt irawwmu wkoll it-tradizzjonijiet
Maltin. Fil-klassi tal-High School Certificate f’Horsley Park
parti mil-lezzjoni ta’ qabel l-Ghid kienet tikkonsisti kif
taghmel il-figolli. Wahda mill-istudenti, Maryann Camilleri li
qed taghmel ix-xoghol preparatorju ghall-ezami ta’ l-HSC
fil-Malti wriet lill-istudenti kollha tal-Kampus ta’ Horsley
Park NSW kif isiru l-figolli f’forma ta’ qalb mimlija bit-tahlita
ta’intrita.
Ghal Maryann u l-istudenti l-ohra din kienet parti wkoll mil-lezzjoni
tal-lingwa mitkellma. Din l-istudenta ppreparat ruhha sewwa ghal
din l-okazzjoni tant li kienet libsa bil-fardal, dvalja u
srievet kollha tifkiriet ta’ Malta.
L-istudenti kellhom l-opportunita’ wkoll biex jaghzlu l-izjed
forma favorita’ taghhom. Maryann tkellmet tajjeb hafna u. fejn
kien hemm bzonn l-istudenti l-ohra bdew jitghallmu kliem gdid
dwar it-tisjir. Kien ezercizzju ta’ l-uzu tal-Malti
fil-prattika. Kien hemm xi studenti godda li ilhom ftit xhur
fl-Awstralja u ta’ ghaqlin li huma l-geneturi taghhom qed
jibghatuhom ghal-lezzjonijiet biex jibqghu jitghallmu l-Malti
sal-livell ta’ l-HSC.
Tant kien success dan l-ezercizzju li hemm hsieb li iktar ‘l
quddiem, forsi meta tidhol izjed ix-xitwa jkun hemm xi studenti
li jafu jsajru l-ftira jew il-biskuttini tar-rahal. |
|
 |
|
Maryann Camilleri (bil-fardal) qed tqassam il-figolli lesti
lit-tfal u lil Lucy Calleja
il-Principal ta’ l-Iskol tal-Malti f’NSW. |
 |
|
Dehra ta’ l-istudenti attenti ghad-dimostrazzjoni tat-tisjir
tal-figolli. |
|
|
| |
|
|
| |
|
Inizjattiva siewja |
| |
|
Il-Kummissjoni
Gholja fl-Awstralja bl-ghajnuna tal-Maltese Australian
Business & Professional Association (MABPA) u l-ufficcju
tal-Bank of Valletta fl-Awstralja habbru li l-Gvern ta’
Malta ghall-ewwel darba qed joffri traineeship/scholarships
fil-qasam kummercjali u fir-Razzett tal-Hbiberija ghal erba’
zghazagh ta’ nisel Malti mill-Awstralja.
Wara li hargu l-applikazzjonijiet gew maghzula tnejn minn
Adelaide u wiehed kull wiehed minn Sydney u Melbourne.
Ghalkemm il-Kummissjoni Gholja qalet li din hija l-ewwel
darba li ghaqda ta’ Maltin li jghixu fl-Awstralja qed
tipparticipa bhala co-sponsor ta’ inizjattiva tal-Gvern
Malti biex jintbghatu Maltin ta’ nisel Malti biex jiehdu
esperjenza ta’ xoghol u studju f’Malta l-istess ghaqda
Maltija MABPA kienet diga sponsorjat drabi ohra ghadd xi
studenti ta’ nisel Malta ghal studju f’Malta.
B’dan kollu din l-inizjattiva hija wahda posittiva u ta’
min ifahharha ghax rajna |
 |
|
Clare
Darmanin |
|
|
|
li
mhux l-Universita’ ta’ Malta biss hija mdahhla izda hemm
id-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni, Zghazagh u Impjiegi,
il-Ministru ghall-Kompetittivita` u Komunikazzjoni,
il-Ministru ghall-Izvillup Urban u Toroq, ir-Razzett tal-Hbiberija,
l-Awtorita’ Marrittma, l-Awtorita’ dwar it-Trasport,
id-Dipartiment ghall-Affarijiet Ekonomici u Kulturali
fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta’
Investimenti.
L-erba’ zghazagh maghzula huma:

Christopher Abdilla ta’ 24 sena minn Salisbury East,
(Adelaide) South Australia gradwat fl-Inginerija Civili
mill-Universita’ ta’ South Australia. Se jkollu esperjenza
ta’ xoghol fid-Direttorat tat-Toroq ta’ l-Awtorita` dwar it-Trasport
ta’ Malta.
Marika Scicluna ta’ 27 sena minn Thebarton, (Adelaide) South
Australia gradwata fil-fizjoterepija mill-Universita ta’
South Australja. Ser ikollha esperjenza ta’ xoghol fir-Razzett
tal-Hbiberija.
Clare Darmanin ta’ 24 sena minn Avondale Heights,
(Melbourne) Victoria iggradwat fil-ligi u fil-psikologija
minn Deakin University. Se jkollha esperjenza ta’ xoghol
fil-Merchant Shipping Directorate ta’ l-Awtorita’ Marittima.
Adam Fenech ta’ 23 sena minn Blacktown (Sydney) NSW
iggradwat fil-Computer Science & Technology mill-Universita
ta’ Sydney. Ghad mhux maghruf fejn se jahdem f’Malta.
F’Malta diga hemm Antoine Mangion ta’ 20 sena minn Blacktown
NSW li ilu mill-bidu ta’ Frar li mar jistudja fl-Universita’
ta’ Malta wara li rebah il-borza ta’ studju fil-lingwa u
l-kultura Maltija.
It-tama tal-komunita’ Maltija hija li dawn iz-zghazagh meta
jigu lura l-Awstralja jidhlu fost il-komunita’ biex ikomplu
x-xoghol fil-hafna oqsma komunitarji u biex ikunu ta’
ghajnuna biex jikber in-negozju bejn Malta u l-Awstralja. |
|
 |
|
Christopher Abdilla |
 |
|
Marika Scicluna |
 |
|
Adam Fenech |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Fr Gabriel jaghlaq sittin |
|
|
|
L-anzjani
Malti ta’ South Australia ltaqghu bhas-soltu fil-Progressive
Hall, Kilburn izda din id-darba ftakru fl-gheluq snin ta’ Fr
Gabriel Micallef u talbu biex Alla jbierku, halli jibqa’
jaghtihom l-ghajnuna spiritwali u pastorali tieghu. Il-President
ta’ l-Anzjani Tommy Borg ipprezentalu rigal u John Mangion, is-segretarju
ppreparalu kejk ta’ l-okazzjoni u flimkien kantawlu ‘happy
birthday”.
Fr Gabriel li issa ilu sacerdot ghal 39 sena u hu kappillan
habrieki. Fid-diskors tieghu rringrazzja llill-kumitat ta’
l-anzjani ghal din is-sorpriza sabieha u lill-geneturi tieghu li tawh kull ghajnuna
|
|
biex sar
sacerdot.
Fl-istess okazzjoni l-Konslu
Onorarju ta’ Malta f’South Australia, Frank Scicluna ghamel
diskors interessanti hafna dwar id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni
Ewropeja fejn qal li Malta se tkun wahda mill-25 pajjiz li
jiffurma l-UE b’popolazzjoni ta’ 300 miljun mill-ewwel ta’ Mejju
2004. Huwa fisser li dan il-pass storiku ser jeffettwa
lill-Maltin emigranti u lill-uliedhom li jghixu barra minn Malta
ghax jekk ghandhom passaport Malti se jkunu ntitolati wkoll
ghac-cittadinanza Ewropeja. Frank Scicluna qal li Malta se
tibdel il-lira Maltija ghal Euro sentejn wara s- shubija fl-UE. |
|
 |
|
Fr
Micallef (fin-nofs) jidher ma’ Frank Scicluna (lemin) u John Mangion
(xellug). |
 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
The
Maltese Herald |
|
X’qalet The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali
tal-Maltin fl-Awstralja |
|
Minn Kastilja ghal Sant Anton |
|
L-avukat
Eddie Fenech Adami ha l-gurament u assuma r-responsabilita`
tas-seba’ President tar-Repubblika Malta. Sa ftit gimghat
qabel kien il-mexxej tal-Partit Nazzjonalista, liema
posizzjoni akkupaha ghal 27 sena shah. Kien ilu Prim
Ministru mill-1987 b’pawsa ta’ 18-il xahar bejn l-1996-98
meta il-poplu Malta ghazel lil Dr Alfred Sant bhala Prim
Ministru.
Malta kellha seba’ Presidenti mill-1974 sal-lum. Ghalkemm
ksibna l-Indipendenza bqajna bi Gvernatur Generali Ingliz
minn 1964 sal-1971 u ghal tlett snin ohra meta gie mahtur
l-ewwel Gvernatur Generali Malti. Tiskanta tassew meta
tiftakar li mill-1799 sal-1971 (748 sena) Malta dejjem
kellha Civic Commissioners, Gvernaturi jew Gvernaturi
Generali Inglizi.
Kien il-Perit Duminku Mintoff li kisser il-forma u ghazel
lil Sir Anthony Mamo bhala l-ewwel Gvernatur Generali Malti
u wara bhala l-ewwel President meta baqa’ jzomm din
il-kariga meta Malta saret Repubblika fl-1974.
Izda wara l-Presidenza ta’ Sir Anthony Mamo gew mahtura
Presidenti mill-kamp politiku. Bdejna bil-hatra ta’ Dr Anton
Buttigieg (1976-81) u Agatha Barbara (1982/87), it-tnejn
kienu Ministri fil-Gvernijiet Laburisti. Anke dawk li f’xi
zmenijiet ghamluha ta’ Acting f’din il-kariga kienu wkoll
ekx politici, Dr Albert Hyzler u Pawlu Xuereb.
In-Nazzjonalisti komplew din il-konvenzjoni billi hatru li
Dr Censu Tabone, lil Dr Ugo Minfsud Bonnici u lil Prof Guido
DeMarco, it-tlieta Ministri anzjani fil-Gvernijiet
Nazzjonalisti.
Nhar Hadd il-Palm, dahal trijonfalment fil-belt Valletta,
ex-Prim Ministru Nazzjonalista u ftit wara gie mahtur bhala
s-seba’ President ta’ Malta. Ghalkemm Malta kellha Ministri
politici bhala President izda qatt qabel ma kellna Prim
Ministru li fi zmien ftit jiem minn Kastilja sab ruhu fil-palazz
ta’ Sant Anton.
Din il-gazzetta diga’ ghamlitha pubblika li ma naqblux ma’
din il-hatra, mhux ghax ghandna xi haga kontra l-persuna ta’
Dr Fenech Adami. Il-gimgha l-ohra stess ppublikajna zewg
faccati biex infakkru l-hames zjarat ta’ Dr Fenech Adami
fostna. Din il-gazzetta temmen li l-President ta’ Malta
ghandu jkun ghall-Maltin kollha. Ghandu jkun rapprezentattiv
tal-poplu Malti u ghandu jkollu l-approvazzjoni tal-maggoranza
assoluta tal-poplu Malti. Ahna nhossu li wara 27 sena bhala
mexxej tal-PN, Dr Fenech Adami se jsibha difficli ferm biex
jidher li jkun newtrali u biex igib f’Malta dik ir-riconciljazzjoni
tant mixtieqa.
Dan ma jfissirx li bhala ma ghamlu l-ekx politici ta’ qablu
mhux se jaqdi dmiru mill-ahjar li jista’. Jekk Dr Fenech
Adami ried jibqa’ attiv kien ikun ahjar ghalih li baqa’
jhares l-interessi tal-partit tieghu fl-Ewropa.
Din il-gazzetta kienet assolutament kontra l-bojkott
Laburista’ li sar kontra Dr Censu Tabone u thoss li
l-posizzjoni ta’ President tar-Repubblika ghandha tigi
rispettata anke jekk ma naqblux mal-hatra. Il-komunita`
Maltija fl-Awstralja dejjem kienet ta’ ezempju f’dan
ir-rigward ghax kull min gie minn Malta, kien x’kien il-
kulur politiku tieghu dejjem u bla eccezzjoni, gie mghoti
kull rispett u merhba li nafu noffru ahna li ninsabu nghixu
barra mill-gzejjer Maltin.
|
|
|
|
|
|