It-Tnejn, 12 ta' April, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Familja ta' ezempju
 

 Bla dubju, mara li ghamlet isem ghaliha u ghall-Malta art twelidha hija Carmen Testa (ritratt) minn West Sunshine (Melbourne) li ftit ilu ccelebrat l-gheluq is-70 sena billi giet mghotija unur iehor din id-darba mill-Victorian Multicultural Commission. Carmen qalet li tinsab xi ftit imbarazzata b'dan l-unur ghax tant ix-xoghol taghha fil-qasam tal-multikulturalizmu huwa rikonoxxut li mank tiftakar l-ghotjiet kollha li rciviet.

Din il-Maltija li waslet f'Melbourne mal-geneturi taghha meta kellha 17-il sena toqghod f'Glengala Rd West Sunshine. Fil-fatt ilha toqghod f'dan is-subborg kemm ilha fl-Awstralja ghax meta zzewwget marret toqghod ftit boghod, ftit bibien biss.

Carmen giet moghtija wkoll  l-Ordni ta' l-

 

Awstralja u kienet ta' ghajnuna siwja biex fl-1980 gie mwaqqaf il-Western Region Maltese Women's Group li minn grupp ta' 18-il persuna llum saru organizazzjoni ta' madwar 100 membru.

Il-familja Testa zgur li taw kontribut qawwi lill-Municipalita ta' Brimbank.

Carmen Testa damet bhala ghalliema f'St Paul's Primary School ghal 18-il sena u issa t-tifla taghha Sister Doris ta' 46 sena hija l-Principal ta' l-istess skola u ohtha t-tewmija, Sister Lorraine hija wkoll il-principal ta' St Bernadette's Primary in f'North Sunshine (Melbourne).

Carmen Testa ghandha sebat itfal fl-etajiet ta' bejn 37 u 47 sena u 16-it-tfal tat-tfal bejn l-etajiet ta' erba' u 23 sena.

 

Carmen Testa

  
 
 Ghaqda ohra f'Victoria
 

 Fl-iStat ta' Victoria ghandna l-ikbar ghadd ta' ghaqdiet ghall-Maltin. Anzi l-awtoritajiet Maltin f'dan l-iStat jiftahru kemm hemm ghaqdiet. Issa tfaccat ohra. Dan l-ahhar thabbar li twieldet ghaqda ohra, Maltese Australian Business & Professional Association. L-inawgurazzjoni saret fil-Laurate Hotel f'Parkville fejn il-President Herbert Portanier laqa' lill-mistendnin bhal ma huma l-Konslu Generali Dr Clemente Zammit u l-Konslu Onorarju l-avukat Victor Borg, lil Edwidge Borg il-President tal-Maltese Community Council ta' Victoria, Brian Thorp mill-Victorian Employers Chamber of Commerce & Industry u ohrajn.
 
Fid-diskors tieghu, Herbert Portanier tkellem fuq l-iskopijiet ta' din l-ghaqda, dak li rnexxilhom jiksbu u l-attivitajiet li ghandhom ippjanati ghall-futur. Huwa rringrazzja lil dawk li rnexxilhom jahdmu biex jiffurmaw din l-assocjazzjoni u ohrajn li qed jipprovdu ghajnuna. Huwa mbaghad ipprezenta il-membri tal-kumitat Malcolm Debono l-assistant segretarju, l-assistant tezorier Noni Xerri u membri tal-kumitat Carmen Borg u David Fuller. Saru diskorsi mill-President tal-MCC u fl-ahhar il-Konslu Generali lloncja ufficjali lil din l-assocjazzjoni gdida li bhalha nsibu fl-istati ta' Western Australia u anke f'NSW.
 
F'NSW fejn ghandna wkoll l-Australian Maltese Chamber of Commerce nsibu li l-istess nies huma membri ta' dawn iz-zewg organizazzjonijiet. L-iktar li nisimghu bihom huwa meta minn Malta jigi xi Prim Ministru, President jew xi Kummissarju Gholi. Nittamaw li il-membri ta' dawn l-assocjazzjonijiet li jaghtu d-dehra ta "esklussivita`" ikomplu jahdmu biex ikabbru ferm iktar il-kummerc u n-negozju bejn Malta u l-Awstralja.

 

Dr C. Zammit, Carmen Borg, Brian Thorp, Joseph Grech, Herbert u Eleanor Portanier.

Victor Borg, Sidney Muscat, Fred Chirkop, George Pace u Joseph Grech.

 
 
 
 Fil-qasam tal-Body Building
 

 Il-Maltin fl-Awstralja ghamlu isem f'kull sfera. Fl-isport ma naqsux. Ghandna klabbijiet famuzi tas-soccer, ghandna boxing champion tad-dinja f'tlett skaluni, ghawwiema, atleti u tiraturi li lahqu l-livell Olimpiku Awstraljan. Sportiv iehor li qieghed jaghmel isem ghalih huwa Charlie Duca (ritratt) li ftit ilu kien wiehed mill-kompetituri fl-Australian Grand Prix ta'l-International Federation of Body Builders li saret fil-Convention centre ta' Melbourne. Charlie Duca huwa l-uniku Malti li rebah it-titlu mondjali tan-NABBA Federation tlett darbiet u x'aktar li huwa l-uniku bobybuilder Malti msieheb mal-IFBB Professionals. Ilu jikkompeti ghal dawn l-ahhar 16-il sena.

 

Fl-1993 gie tlett darbiet "runner-up" ghal Mr Universe u sena wara gie r-raba' fl-istess kompetizzjoni. Huwa rebah n-NABBA Nationals Overall hames darbiet.
 
F'Malta rebah l-IFBB Juniors fl-1989 u fl-1994 f'Malta rebah ukoll l-NABBA Best Poser.
 
Charlie Duca li huwa mizzewweg lil Cynthia, Maltija wkoll jittrenja fic-City Gym fi Crown Street u joqghod f'Darlinghurst. Ftit ilu jghix l-Awstralja, ghax wasal hawn fl-1996.
 
F'Malta kien joqghod il-Fgura. Il-website tieghu hija charlieduca.com.

 
 
 Il-festa tar-Redentur f'Melbourne
 

 Il-Maltese Association of Hobsons Bay (Melbourne) organizzaw il-festa tar-Redentur fil-knisja mimlija sewwa ta' St Mary's Star of the Sea f'West Melbourne. Saret quddiesa minn Fr Emmanuel Adami flimkien ma' Fr Denis Carabott, is-superjur ta' l-MSSP f'Parkville li ghamel l-omelija u Fr John Martins il-kappillan tal-parrocca ta' St Mary Star of the Sea.

 

Il-kor kien taht id-direzzjoni ta' Mro Noel Mangion.
 
Gejtu Deguara, l-vici President tal-MCC flimkien mas-sinjura tieghu u numru ta' ghaqdiet bl-istandardi taghhom kienu prezenti. Wara saret purcissjoni bl-istatwa tar-Redentur madwar it-toroq tal-knisja akkumpanjata mill-Malta-Gozo City of Brimbank Concert Band.

 

L-istatwa tar-Redentur ghal din il-festa giet mislufa minn Lewis Stafrace u l-kumitat tieghu li jorganizzaw il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira f'St Albans (Melbourne). Il-President tal-Maltese Assosiation of Hobsons Bay, il-Kav Joseph Attard irringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor kienu ta' ghajnuna biex issir il-festa tar-Redentur f'Melbourne.

 
 
 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivji ta' dawn il-pagni

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2004 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.