|
Gharfien ghall-anzjani f’NSW |
|
|
|
Ghar-raba’
sena nfila, bhala parti mis-Seniors’ Week, il-Maltese Welfare
(NSW) ipprezentaw il-Quiet Achiever - Night of Recognition, din
id-darba fl-Annunciation Hall, is-sala tant moderna u sabieha li
tinsab f’St Dominic’s Hostel fi Blacktown bhala parti
mis-Seniors’ Week.
Kienet lejla tassew success quddiem sala mimlija bhal bajda,
lejla li giet ipprezentata b’mod u manjiera li onorat b’dinjita’
u solenita’ lill-anzjani fil-komunita’ Maltija.
F’din il-lejla gew onorati 17-il persuna anzjana u tnejn ohra li
gew ipprezentanti b’gharfien specjali.
Il-lejla bdiet b’diskors qasir mill-President tal-Maltese
Welfare (NSW) Inc, Lawrence Dimech OAM fejn fakkar
|
|
 |
|
Ritratt ta' dawk kollha li hadu l-Quiet Achievers Award
2004. |
| |
|
|
|
li din il-lejla hija inizjattiva mill-ghaqdiet u gruppi
Maltin biex jaghtu gharfien xieraq lil dawk minn fosthom
li jahdmu fil-qasam tal-voluntarjat. Huwa spjega li
l-Maltese Welfare ilhom jahdmu ghall-bzonnijiet
tal-Maltin ghal dawn l-ahhar 27 sena shah u bl-attivitajiet
taghhom dejjem jippruvaw joholqu djalogu serju biex
nsibu soluzzjoni tad-diffikultajiet li jiffaccjawna.
Ghalkemm li Speaker ta’ l-Assemblea Legislattiva ta’
NSW, l-Onor John Aquilina ma setax jattendi minhabba li
nqalalu impenn urgenti f’naha ohra ta’ l-Awstralja
baghat messagg televizziv li fiha fahhar lill-komunita’
Maltija u l-mod kif niehdu hsieb il-bzonnijiet ta’
l-anzjani b’manjiera dinjituza u b’sens ta’ dmir.
Imbghad kien imiss lill-Assoc Prof Stephen Gatt li hadna
fi vjagg ta’ interess u spjega fid-dettal u bi
prezentazzjoni “power-point” l-ghaxar punti foloz li
jistghu jhawdu l-imhuh meta nigu biex nifhmu l-kura ta’
l-anzjani taghna fid-djar tax-xjuh. Huwa
fisser it-tibdil li sar f’dawn l-ahhar snin u kif djar
bhal St Dominic’s illum qed jaghtu serhan mhux biss
bhala hostel izda
 |
|
Fr John Broffa jipprezenta l-Outstanding Seniors'
Award lil Fr Claude Borg |
|
|
f’fazijiet differenti li minnhom taddi x-xjuhija. Huwa
spjega wkoll ghaliex St Dominic’s hija wahda mill-ahjar
djar ghal kura ta’ l-anzjani fejn mill-50 resident, 30
huma Maltin.
Il-hin mistenni li
jigu moghtija l-awards kien ipprezentant b’mod ferm
organizzat u dinjituz fejn Marlene Dimech u Nathalie
Gatt qraw fil-qosor, bil-Malti u bl-Ingliz dettalji
mill-hajja ta’ Crissy Attard-Payne, Imelda Bonello,
George u Giorgina Bugeja, Greg Caruana, Gemma Ciantar,
Carmen Coppini, Joseph Fabri, Maggie Faure, Lucy u Eddie
Grasso, Jimmy Magro, Maria u Michael Mercieca, Tony
Vassallo, Emanuel u Emanuela Vella u Sistu Zammit. Il-prezentazzjonijiet
saru mill-Assoc. Prof Stephen Gatt mghejun minn Freda
Micallef.
Wara dawn il-prezentazzjonijiet saret prezentazzjoni
specjali lil Fr Claude Borg MSSP li daz-zmien huwa
residenti f’St Dominic’s ghax-xoghol siewi tieghu fost
il-komunita’ Maltija. Il-prezentazzjoni saret minn Fr
John Briffa SDB li s-sena l-ohra kien ircieva dan l-unur
hu stess.
Charles F. Micallef gie pprezentat s-Seniors’ Week
Achievement Award 2004 mid-Dipartiment ta’ l-Ageing,
Disability & Home Care ghax-xoghol siwi tieghu fil-qasam
tal-volontarjat. Il-prezentazzjoni saret mill-Konslu
Generali ta’ NSW, Ms Joanna Pisani li fl-ahhar ghalqet
din il-lejla memorabbli b’diskors fejn fahhret din
l-inizjattiva u ferhet lil dawk kollha li gew
onorati. |
|
|
|
|
Sar
ringrazzjament specjali wkoll lil Sr Giorgina Sultana ta’
l-ghajnuna u l-koperazzjoni taghha biex din il-lejla tkun
is-success kbir li kienet. Sr Sultana giet ipprezentata
b’bukkett fjuri minn Marlene Dimech.
Mrs Maria DeCarlo mexxiet il-programm li ghal darba ohra ta
xhieda kemm hawn fostna min hu kapaci jorganizza b’dinjita’
u rispett fejn jidhlu l-anzjani taghna. Ta’ min ifahhar
ukoll lid-diretturi ta’ St Dominic’s Hostel talli hallew
lill-Maltese Welfare (NSW) jaghmlu uzu mill-Annunciation
Hall biex jigu onorati l-anzjani Maltin. Ta min isemmi wkoll
li ghal din is-serata attendew l-akbar numru ta’ nies,
f’dawn l-ahhar erba’ snin. |
 |
 |
|
Il-Konslu Generali, Joanna Pisani tipprezenta Award specjali
lil Charles Micallef |
 |
|
Marlene Dimech ma'
Sister G.Sultana |
|
|
| |
|
|
| |
|
Anne Aquilina Reserve |
| |
|
|
|
 |
Fir-ritratt tax-xellug tidher Ann Aquilina u fir-ritratt ta' taht jidhru
L-Onor John Aquilina u t-tfal tieghu Jeremy, Bede and
Bridget. |
|
 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dehlin ghax-xitwa |
|
|
|
Minn
nhar il-Hadd, 28 ta’ Marzu, l-arloggi f’NSW, Victoria, Tasmania u
l-ACT se jitmexxew siegha lura meta jispicca dak li hawn insejjhulu
Daylight Saving Time. Dan imbaghad jispicca fil-31 ta Ottubru 2004.
Ghalhekk id-differenza fil-hin bejn Malta u dawn li Stati/Territorju
li semmejt issa hija ta’ 8 sieghat. Queensland u NSW issa gew lura
ghall-istess hin. Dan ifisser ukoll li l-Istati li semmejna huma
nofs siegha ‘l quddiem ma’ South Australia u n-Northern Territory.
Il-hin f’NSW huwa saghtejn ‘l quddiem minn Western Australia. |
|
|
|
|
|
|
|
The
Maltese Herald |
|
X’qalet The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali
tal-Maltin fl-Awstralja |
|
Illum Spanja ghada min? |
|
Id-dinja
ghal darba ohra xxukjat ruha, din id-darba b’att barbariku
fil-belt ta’ Madrid fi Spanja fejn mitejn persuna innocenti
sfaw vittma ta’ att terroristiku bla sens u bla qalb li
farrak ghadd ta’ vaguni tal-ferrovija. Madwar 1500 persuna
ohra gew midruba u hafna minnhom ghadhom l-isptar.
Dan kien bla dubju l-iktar kaz ahrax li gie mwettaq fuq
l-art Spanjola ghal dawn l-ahhar 60 sena, mit-tmien
tal-gwerra civili. Huwa wkoll l-aghar attakk f’belt Ewropeja
mill-ahhar gwerra dinjija.
Din it-tragedja sehhet lejlet elezzjoni generali fi Spanja.
Waqt li l-Gvern qal li hemm suspett li it-terroristi
x’aktarx huma membri ta’ ETA, li jridu nazzjon indipendenti
ghar-regjun Basque fuq il-fruntiera bejn Spanja u Franza,
inhawi ohra qed iwahhlu fl-organizazzjoni terroristika
internazzjonali, al-Qaeda.
Jidher izda li din it-tragedja kienet fattur importanti li
nehhiet mill-poter lill-Partit Popolari ta’ Jose Maria Aznar
li mexa kompletament mal-politika ta’ Bush, Howard u Blair u
kkommetta truppi Spanjoli fil-gwerra fl-Iraq.
Il-Partit Socjalista taht it-tmexxija tal-Prim Ministru
l-gdid, Jose Luis Rodriguez Zapatero diga wieghed li jgib
lura mill-Iraq it-truppi Spanjoli liema ahbar giet milqghuha
b’ferh mill-poplu Spanjol li hafna minnhom qed iwahhlu
fil-Gvern ta’ Anzar li gab fuqhom din it-tragedja billi
ssieheb ma’ l-Amerikani fl-invazzjoni ta’ l-Iraq.
Meta naraw dawn l-attakki f’postijiet ohra tad-dinja ma
nistghux ma nitkexkxux ahna li noqghodu f’dawn l-inhawi tant
sensattivi. Kif qalilna il-Prim Ministru, John Howard,
it-tragedja ta’ Madrid hija”wake up call” anzi ahna nghidu
li l-Awstralja diga giet moghtija diversi twissijiet u
ghalhekk il-Gvern Federali ghandu jaghti ferm iktar rezorsi
lill-agenziji li jigbru l-“intelligenza” ghax dawn huma ferm
iktar importanti mill-pulizija u s-suldati.
Dawn huma l-ewwel linja fid-difiza kontra t-terroristi.
Il-Gvern Federali jiftahar hafna izda kulhadd jaf li dan
il-pajjiz mhux ippreparat ghal ambjent difficli li nholoq.
It-terrorizmu politiku u religjuz ilu maghna minn zmien
zemzem izda wara l-11 ta’ Settembru 2001 donnu ha xejra
iktar krudili u dejjem qieghed jersaq iktar vicin tad-dar
taghna.
Ma nistghux nghidu li kieku l-Awstralja baqghet newtrali
fil-kwistjoni ta’ l-Iraq u kieku ma nimxux spalla ma’ spalla
ma’ l-Amerikani mhux se jkollna atti terroristici. Il-Gvern
prezenti Awstraljan jemmen bil-qawwa kollha li qieghed
jiddefendi il-mod tal-hajja kif nafuha, d-demokrazija u
jwarrab id-dittatorjat u ghalhekk ghadu jmur kull fejn ikun
hemm bzonn, ghandu jibghat iz-zghazagh Awstraljani jiggieldu
fil-Vjetnam, f’Afganistan u fl-Iraq. Ghandu jappoggja lill-Amerikani
ghax jemmen sewwa li huma dawn biss li jistghu jiddefeduna
jekk jinqala’ l-inkwiet.
Dan huwa argument sod li zamm lil John Howard u shabu fil-poter
ghal hafna snin izda il-poplu llum donnu qed jinduna li l-invazzjoni
ta’ Afganistan u l-Iraq ma gabet maghha l-ebda paci, l-ebda
soluzzjoni u ghalhekk kif ghamel il-poplu Spanjol irridu
nharsu lejn alternattivi ohra. Fi ftit ta’ zmien iehor se
jkollna elezzjonijiet fl-Awstralja, fl-Amerika u
fl-Ingilterra. Dawn qalu lid-dinja li bl-inizjattivi
dominanti taghhom se jkollna serhan il-mohh izda minflok,
l-istess dinja saret vampa nar u hadd mhux qieghed fil-paci
ghax it-terrorizmu ma naqasx anzi kiber u nfirex ma’ kull
rokna tad-dinja.
|
|
|
|
|
|