|
Kaptan ta’ l-iskola |
| |
|
Minn
din il-pagna dejjem nippruvaw nuru kemm il-Maltin
integraw tassew fil-hajja Awstraljana u kemm it-tfal ta’
l-immigranti qed ikomplu jaghtu kontribut lil dan
in-nazzjoni. Din il-gimgha nsibu li l-iskola primarja
ta’ St Andrews, f’Marayong NSW hatret bhala Captain ta’
l-iskola lil studenta ta’ nisel Malti, Rachel Aquilina
(ritratt), li missierha Stephen hu Malti u ommha Sueanne
hi Awstraljana. Ghal xi zmien, Rachel
|
|
kienet ukoll titghallem l-ilsien Malti fl-iskola
tal-lingwa Maltija fi Blacktown.
L-iSpeaker ta’ l-Assemblea Legislattiva, l-Onor John
Aquilina, li fl-elettorat tieghu tinsab l-iskola ta’ St
Andrew, Marayong bghat jifrah lil din l-istudenta ghax
hass li bhala school captain ghandha responsabilita`
kbira u jaf li se taqdi din il-kariga b’zelu u kburija.
|
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040328_Rachel.jpg |
|
|
Rachel
Aquilina |
|
|
| |
|
|
| |
|
Minn
din il-pagna, niehdu gost inhabbru li klabb tal-Maltin li
kien ftit taz-zmien ilu f’posizzjoni li jista’ jaghlaq issa
donnu rega’ ha hajja ohra. Il-George Cross Falcons Club li
jinsab fis-subborg ta’ Cringila hdejn il-belt industrijali
ta’ Wollongong madwar 90 km boghod minn Sydney ghadu sejjer
bis-servizzi tal-Maltese Community Development Officer kif
ilu jaghmel ghal hafna snin. Dan is-servizz huwa provdut
minn Lorraine Vargas Sammut- |
|
ikunu
jistghu jattendu l-purcissjoni tradizzjonali tal-Gimgha
l-Kbira li ssir f’Horsley Park liema manifestazzjoni saret
tassew popolari.
Il-parrocca ta’ San Frangisk ta’ Warrawong organizzaw ukoll
ikla ghall-anzjani. F’din il-parrocca ghandna wkoll
patrijiet Maltin u hemm ukoll id-dar tas-sorijiet Maltin
Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesu. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040328_Alessi.jpg |
|
|
|
Alessi
(ritratt). Din il-Maltija tkun fl-ufficju tal-klabb darba
fil-gimgha biex taqdi lill-Maltin fil-bzonnijiet taghhom fejn
jidhlu pensjonijiet, passaporti, cittadinanza. Taqdi wkoll bit-teleforn
lil dawk fil-bzonn specjalment dawk li ma jistghux johorgu
mid-dar jew minhabba boghod.
Lorraine qed tappella wkoll lill-Maltin fl-inhawi ta’ Wollongong
biex jiehdu parti fil-progett imniedi min-National Library ta’
l-Awstralja fejn dawn qed jaghmlu appell biex jigbru memorabilja
dwar l-immigrazzjoni u dwar il-pajjiz li gejna minnu.
Sirna nafu wkoll li l-kumitat il-gdida qieghed ikompli
jorganizza l-attivitajiet ghall-Maltin ta’ dawn in-nahat bhat-tombla,
l-ikla tas-Sibt, hargiet u laqghat ta’ nformazzjoni. Qed joffru
wkoll trasport biex il-Maltin ta’ dawn in-nahat |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040328_GCClub.jpg |
|
|
Il-klabb socjali tal-Maltin tan-nahat tal-Wollongong li
jinsab fis-subborg ta’ Cringilla. |
|
|
| |
|
|
| |
|
Opra Maltija f’NSW |
| |
|
Ma
hemmx dubju li trid tnehhi l-kappel lil Alfred Fenech OAM
(ritratt) ghax ma jaqta’ qalbu minn xejn. Huwa wiehed
mill-izjed persuni attivi fil-komunita` Maltija ta’ NSW.
Wara hafna snin bhala Konslu Onorarju ghal Kummerc fil-Konsulat
Generali ta’ NSW minn fejn spicca minn dil-kariga hesrem
f’dawn l-ahhar xhur issa dahal biex jipprezentalna l-ewwel
opra Maltija fl-Awstralja. L-opra “I Martiri” giet miktuba
minn Mro Carmelo Pace u tinfirex fuq tlett atti. Hija
l-istorja tar-Rivoluzzjoni Maltija fi zmien l-okkupazzjoni
tal-Francizi fejn finalment grupp ta’ Maltin gew
ixxkubettjati. Ghalkemm saru attentati biex tiehu sehem
s-soprano Amelia Farrugia u xi artisti ohra ta’ nisel Malti
izda din dawn kienu okkupati b’xogholijiet ohra. L-opra se
ssir fis-17 ta’ April 2004 fil-Parramatta Riverside Theatre,
lokal iehor stupend li qatt qabel ma
gie utilizat
mill-komunita’ |
|
|
|
Maltija.
L-opra li qed tigi pprezentata mill-Australian-Malta Music
Goodwill Mission giet moghtija ghajnuna mill-Parramatta City
Council u rceviet assistanza teknika mit-Teatru Manoel minn
Malta.
Bhala kundittur musikali hemm Dr Steve Watson li nizzel
f’Malta l-kor Beethoven f’Novembru 1999 u kantaw fit-Teatru
Manoel is-Sinfonija Disa’.
Bhala direttur hemm it-tifel stess ta’ Alfred, Paul Fenech
li fl-Awstralja huma maghruf sewwa ghas-serje tieghu
pprezentati fuq l-SBSTV “Pizza”
Alfred Fenech qalli li din kienet dejjem il-holma tieghu li
jipprezenta opra Maltija fl-Awstralja u ghalkemm sab
diffikultajiet kbar izda jittama li kollox imur sewwa u
tinkiteb pagna ohra fl-istorja tal-komunita’ Maltija. Qalli
wkoll li |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030915_FenechAlfred.jpg |
|
|
Alfred Fenech OAM |
| |
|
din is-serata se tigi ddedikata ghall-memorja ta’ Henry
Jacono, musicista zghazugh ta’ talent enormi u ta’ nisel
Malti li miet hesrem f’Jannar 2004. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tislima lil Tony Montanaro |
|
|
|
Dan
l-ahhar smajt b’dispjacir bil-mewt ta’ Anthony Montanaro,
gurnalista gwapp li miet fl-eta’ ta’ 83 sena. Ghalkemm kont ili
naf dwaru s-Sur Montanaro dahal fil-hajja tieghi, meta bhala
zaghzugh kont gejt impjegat fl-1962 bhal sub-editor ma’
“Il-Berqa” biex nimla l-posta ta’ Charles Abela Mizzi meta mar
jahdem ma’ dak li llum nafuh bhala l-PBS (Malta). “Il-Berqa”
kien gurnal ta’ kull jum li kienet tohrog l-Istamperija
Strickland flimkien mat-Times of Malta.
Tony Montanaro kien l-editur ta’ Il-Berqa, persuna ta’ hafna
kwalitajiet tajbin li ntroducini ma’ gurnalismu professjonali u
ggwidani b’tant pacenzja u tista’ tghid li ikkonvincini nkompli
f’din il-professjoni tant skabruza li ghamiltha parti integrali
minn hajti. Dejjem ammirajtu. Dak iz-zmien ftit kont intiz fil-politika
u l-intricci taghha. Fir-relazzjoni bejnitna qatt ma kien hemm
differenzi. Sirna hbieb persunali u iddispjecih ferm meta
ghidtlu li ddecidejt li se mmur lura lejn l-Awstralja. Sa anke kien gie jwassal lili u lill-marti sa l-ajruport
ta’ Hal Luqa. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040328_Montanaro.jpg |
|
|
Tony
Montanaro, Marlene u Lawrence Dimech fl-ajruport ta’ Hal
Luqa
qabel ma marru lura lejn l-Awstralja |
|
|
|
Kont
niltaqa’ mieghu kull meta ninzel bi btala Malta. Kien ta’
unur kbira ghalija li fl-2002 kont prezenti meta Tony
Montanaro rcieva l-BPC Gold Award to Journalists
mill-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici. Frahtlu u
ppruvajt inkellmu izda
dak in-nhar ma nafx
|
|
ftakarnix. Tassew kien editur eccellenti u gurnalista
mill-aqwa f’era li bdiet tiftah bibien u prospetti godda
fil-qasam tal-kommunikazzjoni. Il-familja kollha gurnalista
Maltija tilfet wiehed mill-kolonni taghha. B’sobgha kbira,
insellmulek. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
The
Maltese Herald |
|
X’qalet The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali
tal-Maltin fl-Awstralja |
|
Il-Posta tasal tard |
|
Mhix
haga sabieha li naqraw li posta mill-Awstralja li kienet
destinata lejn Malta waslet ghaxar gimghat tard. Iktar huwa
ta’ thassib meta din il-posta kienet ta’ qabel il-Milied
meta l-familji mifruda f’zewg nahat tad-dinja jibghatu
l-isbah xewqat taghhom fi zmenijiet ta’ ferh u paci. F’dawn
l-ittri tal-Milied ikun hemm ukoll kemm-il darba ritratti ta
nostalgija u anke xi rigali.
Ghalkemm id-dinja tal-lum ma ghadhiex tiddependi totalment
fuq is-sistema tal-posta biex tikkomunika izda huma hafna
dawk li jhallsu flejjes mhux hazin biex jibghatu l-ittri,
dejjem bl-intenzjoni li dawn se jaslu fid-destinazzjoni
taghhom fi zmien ragonevoli. Iktar malajr illum minn dari,
meta ghandna tant ajruplani ta’ heffa u ferm iktar titjiriet.
Huwa tajjeb li Maltapost qalet li se taghmel investigazzjoni
u se tibghat ittra ta’apologija lil dawk li gew milquta minn
dan id-dewmien izda li jrid il-Malti kemm dak li jinsabu
jghixu fl-Awstralja u dawk f’Malta li dan id-dewmien ma
jsirx xi haga accettata.
Nafu sewwa li s-sistema postali f’Malta kemm ilha li dahlet
fin-nofs id-ditta Transend minn New Zealand li xtraw 35% ta’
l-ishma ta’ Maltapost flok marret ‘l quddiem marret lura.
F’Malta stess hemm hafna tgergir dwar id-dewmien fit-tqassim
ta’ l-ittri. Tant huwa hekk li dan l-ahhar il-Gvern Malti ha
lura f’idejh il-management lura tal-posta minn ghand
Transend.
Hawn ghandna wkoll lezzjoni ohra x’nitghallmu. Is-servzzi
essenzjali tan-nazzjon ma ghandhomx jinbighu lill-privat u
iktar minn hekk ma ghandhomx ikunu taht it-tmexxija
tal-barranin.
|
|
Jew nejja jew mahruqa |
|
Mhux
l-ewwel darba li il-programm li jipproducu l-PBS (Malta) u
li jidher kull nhar ta’ Hadd fid-9 am fuq l-SBSTV ma jasalx
fil-hin. Jidher li din il-problema mhux se jsibu tart
taghha. Il-Maltin fl-Awstralja qatghu qalbhom ukoll li xi
darba l-PBS (Malta) jtejjbu dak li jlaqqtulna kull nhar ta’
Hadd taht l-iskuza ta’ “Ahbarijiet”.
Prova cara rajniha dan l-ahhar meta rajna segment qasir
hafna dwar il-Karnival ta’ Malta. Kull ma rajna kienu ftit
mument fl-ahhar jum tal-parata fil-Furjana u l-istess xena
giet irrepetuta tlett darbiet. Okazzjoni ta’ interess enormi
ghal Maltin li jghixu barra u PBS (Malta) twarrabha fil-gemb
biex mill-gdid tiffoka fuq il-Ministri u l-politika.
Tistenna li l-karnival, l-festi u t-tradizzjonijiet taghna
l-Maltin jigu moghtija ftit iktar importanza meta tkun qed
timmunta filmat ghall-Maltin ta’ barra. Kemm-il darba
ghidnihom dawn il-kummenti minn din il-gazzetta? Kemm-il
darba pprotestajna?. Ghandna program, ghandna nofs siegha
fuq it-TV fl-Awstralja u nahlu l-parti kbira minnha biex
naghmlu propaganda li ma taghmel l-ebda sens fost il-Maltin
fl-Awstralja. Fl-ahhar ukoll nixtiequ naraw prezentaturi li
juruna ftit herqa u entuzjazzmu u mhux qishom gew mghotija
piena biex jipprezentaw il-programm ghall-Maltin ta’ barra.
|
|
|
|
|
|