|
Sfida ohra lill- Ministru Tonio Borg |
| |
|
Minn din
il-pagna, nixtieq li nkompli nesponi kull kaz fejn il-Maltin li
ghandhom dritt ghac-cittadinanza doppja qed jigu mkasbra jew
imfixkla minn burokrazija zejda f'pajjizhom stess. Kemm-il darba
wrejt bil-provi, li passaporti mahruga mill-Kummissjoni Gholja
Maltija f'Canberra fl-Awstralja mhux qed jigu moghtija l-istess
dritta daqs passaporti ohra. Dan l-ilment ghamiltu kemm-il darba
mal-Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Awstralja, Dr Ivan Fsadni
izda sal-lum ma' sar xejn.
F'mistoqsija fil-Parlament, Seduta 24/9/2003, il-Ministru Tonio
Borg qalilna car u tond li l-Kummissjoni Gholja f'Canberra
tohrog biss passaporti lil dawk il-persuni li jidhru li
jikkwalifikaw biex izommu zewg cittadinanzi. Izda jekk dawn
il-persuni jigu Malta u jkollhom
bzonn xi
servizzi mid- |
|
|
Dipartimenti tal-Gvern jew entita' ohra jigu mitluba
biex jipprovdu ittra mid-Dipartiment tac-Cittadinanza li
tikkonferma li huma ghandhom id-dritt li jzommu zewg
cittadinanzi.
Illum irridu nkunu nafu minghand dan il-Ministru (illum
Deputat Prim Ministru) ghaliex lic-cittadini Maltin
fl-Awstralja ma javzawhomx b'dan kollu meta johrogulhom
il-passaport minn Canberra. Ghaliex ma jghidulhomx biex
wara li jkunu pprezentaw id-dokumenti kollha f'Canberra
ghandhom jiehdu maghhom f'Malta ezattament l-istess
documenti biex id-Dipartiment tac-Cittadinanza jergghu
mill-gdid jirrepetu l-istess process li kien diga sar
qabel f'Canberra mill-istess ufficjali tal-Gvern Malti.
Il-gimgha l-ohra kont qed niekol fir-restaurant
tal-Melita Eagles f'Sydney
|
|
|
meta wiehed mill-veterani ta' dan il-klabb qalli li
ibnu, li nizel Malta b'passaport mahrug minn
Canberra, ried japplika ghal ID card. Mhux talli
talbuh id-dokumenti kollha mill-gdid izda s-sinjura
li kienet fl-ufficju tad-Departiment
tac-Cittadinanza qaltu bla tlaqliq "imma kif ma jghidulkomx dawn l-affarijiet minn Canberra..."
Sur Ministru, jien nghidlek li l-passaport ftit
jiswa fih innifsu jekk meta tigi biex taghmel uzu
minnu ghal ragunijiet ta' identita' f'pajjizek stess
int bhala Ministru titlob li dan il-passaport mahrug
frisk frisk minn Canberra jrid jerga' jigi ezaminat.
Le, Sur Ministru, dan mhux sewwa, mhux sewwa li
tnaffar u toffendi b'dan il-mod ingust lic-cittadini
Maltin li hargulhom il-passaport f'Canberra meta
t-taxpayers
Maltin qed jonfqu l-miljuni biex izommu Kummissjoni Gholja fl-Awstralja. |
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
Ghajnuna siewja |
| |
|
Meta
tifel ta' erba' snin gie ddikkjarat li ghandu l-marda
tal-leukemia 20 haddiema li jahdmu bhala plumbers
fin-nahat ta' Thomastown, Melbourne qaxxru xagharhom
biex ikunu jistghu jigbru l-flus biex jghinu lil Kyle
Taranto. Missieru Mark ukoll imdahhal mal-plumbers ghax
imexxi Taranto Bros Plumbing. F'wiehed mill-hwienet
il-kbar ta' dan is-subborg gie organizzat sausage
sizzle. Il-qliegh ta' $2,500 mar ghand il-familja
tat-tifel bil-leukemia li ommu hija ta' nisel Malti.
Saru diversi attivitajiet ohra fejn deher spirtu ta'
solidarita' fil-komunita'
specjalment
|
|
|
|
|
meta tara rgiel minghajr
xaghar jaghtu l-appogg taghhom f'kaz serju ta' mard.
Il-familja Toranto iddecidiet li taghti nofs il-flus li
ngabru lill-karita' msejjha Challenge li jipprovdu
attivitajiet u loghob ghat-tfal li qed jircievu kura
fir-Royal Children's Hospital. Omm it-tifel Kyle hi Vivian
Taranto, li kienet Sultana, mill-Marsa u ilha l-Awstralja
mill-1956. It-tifel Kyle jigi wkoll n-neputi ta' Mary
Deguara l-mara ta' Gejtu Deguara, s-segretarju tal-kumitat
tal-festa San Gejtanu ta' Melbourne u l-Vici President
tal-Maltese Community Council ta' Victoria. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040322_boldheads.jpg |
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
Fil-Loghob Olimpiku ta' Ateni |
| |
|
Adam
Vella (ritratt) se jipprezenta lill-Awstralja fil-loghob
Olimpiku fl-isparar. Dan l-atleta ta' nisel Malti li ghandu 32
sena u joqghod fis-subborg ta' Keilor f'Melbourne kien l-ewwel
li gie maghzul fit-trap shooting u issa jittama li jigi lura
mill-belt Griega b'midalja mdendla ma' ghonqu.
Adam qal li is-sena 2003 kienet wahda importanti ghalih ghaliex
sar l-aqwa wiehed fit-trap u double trap fl-Awstralja. Minn issa
sal-loghob Olimpiku, Adam Vella se jikkompeti f'hafna laqghat
internazzjonali f'Darwin, Brazil u l-istess belt ta' Ateni. Adam
jahseb li l-Italja se tkun l-iktar kompetitut iebes izda l-isparar
huwa sport "mentali" u r-rebbieh jigi determinat biss mill-isparatur
li juri determinazzjoni qawwija mentali fil-jum ta' l-isparar. |
|
|
Adam Vella diga rebah midalja tad-deheb fil-Loghob
tal-Commonwealth 2002 izda ma ntghazilx fit-tim
ufficjali fil-loghob Olimpiku ta' Sydney fl-2000.
Adam ghandu tifla ta' erba' snin, Alessandra u jahdem
ta' plumber bejn il-kompetizzjonijiet. Missieru huwa
Malti. Adam Vella gie mitlub kemm-il darba biex
jikkompeti ghal Malta fl-Olimpjadi izda Adam qatt ma
qata' qalbu li jista' jkun l-ewwel u l-aqwa wiehed fl-isfera
tieghu fl-Awstralja.
l-Awstraljan Michael Diamond huwa r-rebbieh tal-midalja
tad-deheb fl-ahhar zewg Olimpjadi izda dan l-ahhar kellu
kaz serju fil-Qorti u l-licenzja ta' l-isparar tieghu
giet sospiza sa kemm il-Qorti helsitu minn akkuza ta'
theddid kontra l-gharsua tieghu. Izda
dan id-dewmien |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040322_Vella.jpg |
|
|
Adam Vella |
 |
|
zammu milli
jikseb mill-gdid l-ewwel post u ghadu sal-lum
jissielet biex jikseb post fit-tim Awstraljan
flimkien ma' Adam Vella. |
|
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-girien |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040322_neighbours.jpg |
|
|
Tony Azzopardi |
|
|
|
|
|
Sa
fejn naf jien il-programm televisiv Awstraljan
"Neighbours" juruh Malta ukoll. Attur ta' nisel Malti
bl-isem ta' Tony Azzopardi (ritratt) minn Berwick
f'Melbourne gie mghoti l-parti ta' Ric bhala wiehed
mill-karrattri tal-Mafia. Izda qalilna li fil-fatt,
fil-hajja privata tieghu mhux xi wiehed bully u jixtieq
ferm li tasal il-gurnata li jkun jista' jidhol bhala
attur full-time. Diga deher f'xi hames episodji ta'
"Neighbours" u ghalkemm ilu biss jahdem bhala attur
19-il xahar izda diga deher f'partijiet ohra bhal Blue
Healers, Marshal Law u Stingers. Huwa mizzewweg li Heidi
u ghandhom tlett subien. |
|
|
|
|
| | |