It-Tnejn, 15 ta' Marzu, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Malta f'Marie-Claire
 

 Meta f'Malta kien qed jinhadem il-film "Troy" bl-artist maghruf Brad Pitt, dan il-film gibed l-attenzjoni tal-kittieba Rita Feldmann li fil-harga ta' Jannar 2004 tal-magazin popolari "Marie-Claire," nsibu erba' faccatti bil-kulur ta' ritratti tassew impressjonanti u artiklu dwar Malta u Ghawdex li zgur isarrfu f'eluf ta' liri fi  propaganda.  Il-kittieba fis-

 

sezzjoni Travel qalet li meta jibda jidher il-film "Troy" id-dinja se jkollha l-opportunita' li taghti harsa lejn is-sbuhija ta' dawn il-gzejjer liema xeni se jkunu l-isfond ta' dan il-film. Kitbet ukoll li tittama li din is-sbuhija naturali ma tigix imniggsa ghax Malta hija ferm isbah milli tkun backdrop jew Pitt-stop ghal xi film.

 

Ritratt mill-film Troy

 
 
 Lura f'Sydney
 

 Nicholas Bonello emigra lejn l-Awstralja fl-1955 meta l-Maltin kienu jhallu xtuna bl-eluf biex isibu hajja ahjar. Fl-Awstralja huwa sar membru prominenti tal-komunita' sportiva u socjali. Kien referee tas-soccer fl-oghla divizzjoni u mbaghad spicca bhala amministratur mal-klabb tas-soccer Melita Eagles. Kellu sehem sewwa wkoll fil-bidu tal-gazzetti Maltin specjalment The Maltese Herald. Nicholas Bonello u l-familja tieghu rritornaw lejn Malta ghal kollox fl-1973 fejn marru joqghodu B'Kara. Kien mahtur Kummissarju Gholi (mhux residenti) ghal Malta fl-Awstralja bejn is-snin1986 u 1987.

Huwa baqa' jigi l-Awstralja spiss ghax ghandu t-tfal jghixu hawn. Ftit ilu xi hbieb tieghu organizzawlu ikla fl-Eagles Nest Restaurant (Melita Stadium) bhala turija ta' hbiberija, rispett u ringrazzjament ghax-xoghol li wettaq ghall-komunita' Maltija kemm dam l-Awstralja.

 

Mix-xellug, fuq quddiem. M.Vella, J. Mifsud, M Dimech u A.Buttigieg.
Wara mix-xellug L. Dimech, S. Vella, Lino Vella, V. Buttigieg, Nichaolas Bonello u C. Mifsud.

 
 
 Tirtira minn ghalliema
 

 Gemma Ciantar hija sinonima mat-taghlim f'NSW specjalment il-lingwa Maltija. Kienet minn ta' l-ewwel meta giet moghtija spinta fl-ufficju tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni ta' dak iz-zmien, l-Onor J. Aquilina biex tigi mwaqqfa l-iskola tal-Malti. Hija kienet tghallem klassijiet diversi, kemm f'Richmond kif ukoll fi Blacktown. Hija serviet wkoll ghal xi zmien fil-kumitat ta' l-Iskola tal-Malti u tat kontribut kbir bl-idejiet u l-esperjenza twila fit-taghlim tal-Malti.
 
Gemma Ciantar li toqghod fi Glenmore Park NSW twieldet l-Gharb Ghawex 69 sena ilu u ilha l-Awstrala 49 sena. Hija ghalliema mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u hadmet ferm biex dahhlet il-programm LOTE (Language Other than English) fis-sistema edukattiva.  Hija  ghallmet  il-Malti  wkoll

 

Membri ta' l-Iskola tal-Malti imdawwrin ma' Gemma Ciantar. Mix-xellug: Sam Vella, John Borg,
Gemma Ciantar, Cynthia Cassar, Lucy Calleja, u Rita Kassas.

fl-iskola primarja ta' Lllandillo. Ghalkemm  irtirat   mit-taghlim,   Gemma

 

Ciantar ghadha segretarja tal-Festa ta' San Nikola.

 
 
 Il-Palk Malti ghadu fl-aqwa tieghu
 

 Quddiem sala mimlija bhal bajda, il-kumpanija teatrali Cittadini ta' Sydney regghu rregistraw success iehor bil-kummiedja moderna " Pina u Nina". Dawk prezenti ghaddew ftit sighat ta' divertiment mill-aqwa fejn id-dahq u c-cajt ma naqasx.
 
Kienet kummiedja bi tlett atti bi plot komplikat li serva bhal platt bnin, mimli skartaturi, botti u komplotti. Fl-ahhar kulhadd hareg sodisfatt izda mhux qabel ergajna rajna wirja eccellenti mill-komiku Joe Borg fil-parti tas-seftur u xejn inqas minn Victor Mifsud fil-parti tan-namrat tat-tifla. Meta dawn libsu ta' nisa l-farsa hadet aspett iehor. Imbaghad kien hemm il-veterani fejn Greg Caruana bhas-soltu kien fl-aqwa tieghu u dominanti bhala s-Sur Amabile, Sam Farrugia u t-tlett nisa, Tessie Sciberras, Doris Caruana u Monica Ledger. Ta' l-ahhar m'hemmx dubju li hija brilliant daqs id-daqqet li tfajjar li dawk li jigu quddiemha.
 
Wiehed jiehu pjacir ukoll jara talent gdid fuq il-palk minn zghazagh li l-ewwel lingwa taghhom mhix il-Malti bhal Pauline Fenech, Daniel DeMarco u Joe Mifsud. Lil dawn nawgurawlhom u nirringrazzjawhom ghax jidher li se jkomplu jferhuna bil-palk Malti.

 

L-atturi kollha fuq il-palk: Mix-xellug: J.Mifsud, P. Fenech, J. Borg, T. Sciberras, J. Caruana,
G. Caruana, M. Ledger, V. Mifsud, S. Farrugia u D Demarco.

Minn naha l-ohra l-udjenza li dejjem tkun numeruza turi li l-palk Malti ghadu vicin sew fil-qalb ta' l-emigranti u ghadu joffri zvog socjali u divertiment onest. Wara l-farsa kien hemm divertiment mill-kantant maghruf Vince Bezzina.
 
Ta min ifahhar ukoll il-prezentazzjoni ta' Ivan Bartolo, gurnalista u kunsillier tal-Kunsill tal-Mosta li nzerta qieghed f'Sydney li mexxa l-kuncert bhala MC b'mod ferm professjonali. Il-prezentazzjoni tieghu giet apprezzata ferm ghax kompliet tissigilla s-success ta' nofs ta' nhar fis-sala sabieha tal-Wentworthville Leagues Club li joffru facilitajiet mill-aqwa u ta' lussu lill-komunita' Maltija b'tant herqa u generozita'.

Prosit lil Greg Caruana li taht it-tmexxija tieghu c-"Cittadini" qed ikomplu jwasslu lill-Maltin parti essenzjali mill-kultura taghna, tant boghod mix-xtut Maltin.

 

Ivan Bartolo

 
 
 Dejjem jirriklama lil Malta
 

 Paul Lapira li joqghod fil-Gold Coast, Queensland ma jitlifx opportunita' wahda biex jgholli l-bandiera Maltija flimkien ma' dik Awstraljana. Huwa qieghed jaghmel l-isforzi tieghu kollha biex jikkonvinci lis-Sindku tal-Gold Coast, Gary Baildon biex izur Malta u biex jissimentja ggemellag (hbiberija bhal ahwa tewmin) bejn il-belt li taghtu twelidu, l-Belt Valetta u l-belt li ghamel it-tieni art tieghu, l-Gold Coast. Id-Sindklu ghadu ma ghamel l-ebda decizjoni izda Paul Lapira maghruf bhala "Aussie Paul" ghandu jinsisti.
 
Meta dan l-ahhar saret cerimonja kbira tac-cittadinanza f'Evandale Parklands, kif ukoll infetah ufficjalment ic-Cenrtu amministrattiv tal-Kunsill Lokali ta' Bundall Road, Paul Lapira kien hemm biex iheggeg  lic-cittadini kollha.   Huwa

Paul Lapira maz-zeffiena mill-Afrika

 

Paul Lapira mas-Sindku tal-Gold Coast.

 

dejjem igorr mieghu z-zewg bandieri, dik Awstraljana u dik Maltija.

F'dawn iz-zewg ritratti Paul Lapira jidher mas-Sindku tal-Gold Coast, Cr Gary Baildon u ma' grupp taz-zeffiena Jumbo Africa li hadu sehem fil-parti ta' zfin minn diversi nazzjonijiet..

Paul Lapira gie msemmi wkoll fil-ktieb "L-Arcipierku, niesu u l-madwar" li kiteb Alfred Debattista. F'dan il-ktieb jissemma  wkoll huh Freddie Lapira kien sportiv mill-Arcipierku,  player mal-

 

Valletta Irish, ciklista u masseur kemm mat-timijiet tal-footbal u l-waterpolo tal-Belt.
 
F'dan il-ktieb dwar persunaggi maghrufa mill-Arcipierku, nsibu erba' faccati dwar Paul Lapira li twieled il-Belt fl-1927 u emigra lejn l-Awstralja ghall-ewwel darba mall-vapur Misr fl-1949. Paul bhala atleta jispecjalizza fin-nofs maratona tal-veterani (21 km) li minkejja l-eta' ta' 77 sena ghadu jiehu sehem f'dawn it-tigrijiet.

 
 
 Ta' l-ahhar………
 

 Il-Hadd 7 ta Marzu bhas-soltu fid-9 am rajna dak li bghatulna l-PBS TV(Malta) fuq l-SBSTV. F'nofs siegha ta' ahbarijiet kollha jimmpumpjaw il-politici Maltin kellna wkoll il-Karnival. Biex ghal darba ohra juruna kemm tassew ma ghandhomx ideja x'jixtiequ jaraw il-Maltin ta' barra, tawna ffilmat qasir qasir ta' ftit sekondi fuq l-ahhar jum u xeni duplikat ta' l-ahhar sfilata fil-Furjana. Huwa tassew dnub li avveniment daqstant mistenni minn dawk li jghixu barra minn Malta jigi moghti importanza minima. Lil dawk li jtellghu dan il-programm nghidulhom ……halluna, dan hu program specifiku. Tliftu kull sens ta' xi inhuma ahbarijiet ta' valur ghall-Maltin li jghixu barra…..u fl-ahhar jistghu dawk li jipprezentaw il-programm juri ftit ta' entuzjazzmu u mhux qishom qeghdin jaghmlu xi penitenza.

 
 

The Maltese Herald

Il-Maltese Herald, il-gazzetta ta' kull gimgha li tohrog fl-Awstralja kkummentat dwar il-hatra tal-kap
il-gdid tal-PN, Dr Lawrence Gonzi u l-problemi serji li jrid jiffaccja fosthom dik tal-hatra ta'
President tar-Repubblika. Din il-gazzetta fost kummenti ohra qalet hekk:-

Irridu President ta' Malta kollha

 F'April ukoll il-President ta' Malta, l-Prof Guido Demarco se jispicca l-hames snin tieghu u jrid jigi mahtur successor. Jidher ukoll li l-President ma ghandu l-ebda hsieb li jirtira bil-kwiet izda jidher li qed jaspira ghal xi posizzjoni fil-EU.
 
Dr Lawrence Gonzi hekk kif jigi mahtur Prim Ministru jrid jahtar il-President gdid ta' Malta. Din se tkun decizzjoni li turina tassew f'liema direzzjoni dan il-kap il-gdid irid imexxi lil Malta.
 
Ghandu l-opportunita' li joffri lill-Maltin rikonciljazzjoni b'hatra ta' persuna li tkun boghod mill-politika partiggjana. Persuna li tassew tressaq lill-poplu Malti lejn ghaqda genwina bi President li ma jkunx imcappas bil-politika.
 
Kemm il-Laburisti u kemm in-Nazzjonalisti wara l-hatra eccezzjonali ta' l-ewwel President, Sir Anthony Mamo ghazlu nies li kienu midhla sewwa tal-partiti taghhom u ministri anzjani. Din hija konvenzjoni perikoluza u ghandha tigi mwaqqfa. Kap gdid, PM gdid qed jigi moghti l-opportunita' biex jinhatar President ta' Malta kollha.
 
Qed jinghad lil Dr Eddie Fenech Adami ghandu jiehu l-posizzjoni ta' President tar-Repubblika. Bniedem li ghal dawn l-ahhar 27 sena shah mexxa partit politiku u lahaq il-quccata tal-karriera politika tieghu b'success ma hemmx ghalfejn jigi mahtur President. Ghadu jirtira b'mod dinjituz kif tassew jixraqlu. Prim Ministri li wara r-rizenja taghhom baqghu b'xi mod konnessi mal-politika naqqsu finalment mill-prestigju taghhom.
 
Din il-gazzetta dejjem esprimit l-opinjoni taghha dwar il-hatra ta' President u dejjem xtaqna li l- persuna tkun barra l-isfera politika. Malta zgur li ghandha nies addattati ghal din il-posizzjoni li ma humiex politici. Min hawn tibda' r-rikonciljazzjoni ta' nazzjon.
 

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivji ta' dawn il-pagni

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2004 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.