It-Tnejn, 8 ta' Marzu, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Hamsin sena parrocca u festa ta' San Pawl
 

 Fl-ahhar gimghat, ktibna dwar il-festi li saru f'South Australia u NSW biex ifakkru lill-Missierna San Pawl fl-okazzjoni tal-jum tieghu. Fil-belt ta' Melbourne ma naqsux li jiccellebraw bil-kbir din il-festa wkoll anzi ilhom jiffestiggjawha ghal dawn l-ahhar 36 sena fil-parrocca ta' San Pawl fis-subborg ta' Sunshine West. Il-kumitat tal-festa mmexxi mill-Malti Charlie Camilleri jahdem hafna biex jilhaq mhux lil  Maltin   biss   izda   lil  kulhadd   matul

Due to web space restrictions this image has been removed
040308_StPaul01.jpg

Il-kappillan tal-parrocca Fr Pius Jones bir-relikwa

 

gimgha shiha ta' celebrazzjonijiet. Ghal okkazjoni jsiru quddies b'ilsna differenti u dik bil-Malti saret minn Fr Denis Carabott MSSP. Is-St Paul's Bocci Club organizzaw ukoll il-finals fil-Hadd tal-festa.
Wara nofs in-nhar saret quddies koncelebrata mill-Arcisqof ta' Melbourne, Denis Hart u s-sacerdoti tal-parrocca. Wara l-quddies harget il-purcissjoni bil-vara ta' San Pawl akkumpanjata        mill-istandardi         ta'

 

ghaqdiet Maltin u bnadar nazzjonali tal-parruccani li jiffurmaw parti minn din il-parrocca u tfal u l-kbar libsin kostumi jipprezentaw diversi kommunitajiet etnici.. Kien hemm ukoll il-Maltese Own Band Philharmonic Society Inc.
Din is-sena habtet ukoll l-hamsin anniversarju tal-parrocca u ghal din l-akkazjoni il-kappillan irranga biex tigi mibghuta bicca ghadma zghira f'forma ta' relikwa mill-iskeletru ta' San Pawl li hemm f'Ruma.

Due to web space restrictions this image has been removed
040308_StPaul02.jpg

Charles Camilleri, President tal-kumitat tal-festa, Fr Jones u Charles Bonello il-kaxxier.

 
 
 Laqgha specjali f'South Australia
 

 Xi gimghat ilu, il-korp dipolmatiku u konsulari Malti fl-Awstralja ltaqa' f'Adelaide, South Australia. Il-laqgha li kienet it-tieni wahda tmexxiet mill-Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Awstralja, Dr Ivan Fsadni. Kien hemm prezenti wkoll, Dr Clemente Zammit, Konslu Generali f'Victoria, Joanne Pisani, Konslu Generali f'NSW u l-Konslijiet Onorarji ta' South Australia, Frank Scicluna u John Farrugia, fi Brisbane, Albert Hili, f'Melbourne, Victor Borg, f'Perth, Dr Anthony Sciberras, f'Wellington NZ, Dr Carmen Dalli. Is-segretarja kienet Angele Azzopardi, id-Deputat Kummissarju Gholi. Zewg Konslijiet Onorarji ma attendewx, dawn kienu Mario Sammut minn Morwell Victoria u Patricia Thake minn Auckland NZ.
 
It-tema principali ta' din il-laqgha kienet l-aspett kummercjali tant li saret video conference bejn dawk li kienu f'Adelaide u diversi persuni f'Malta fosthom Gaetan Naudi, s-segretarju permanenti tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Carmel Galea ghall-affarijiet ekonomici u kulturali, Philip Micallef mill-Malta Enterprise, Patrick Cole Business Development, l-Prof Joseph Bannister, Dr Michael Xuereb mill-Malta Financial Services Authority u Noel Falzon tal-Malta Tourist Authority. Franco Farrugia tal-BOV tkellem fuq is-servizz tal-bank tieghu fl-Awstralja.
 
Il-laqgha ddiskutiet ukoll dwar is-servizzi moghtija lill-komunita' Maltija fl-Awstralja u NZ bhal ma huma passaporti, cittadinanza doppja u hlasijiet ta' pensjonijiet u l-hidma biex tkompli    titkattar    il-kultura    Maltija    fl-

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040308_Consular.jpg

Ritratt ta' tifkira f'Adelaide, South Australia:
Bil-qieghda mix-xellug: Dr C Zammit, Dr Carmen Dalli, Dr Ivan Fsadni, Joanna Pisani
u l-avukat Victor Borg.
Bil-wieqfa mix-xellug: John Farrugia, Frank Scicluna, Angele Azzopardi, Dr Anthony Sciberras, u
Albert Hili.

 

Awstralja u NZ. Saret sessjoni specjali fuq NZ fejn hemm numru zghir ta' Maltin l-iktar fiz-zewg ibliet ta' Auckland u Wellington. Hemm konslu onorarju f'kull wahda minn dawn l-ibliet li bejnithom hemm 327 persuna Maltija.
 
Il-Korp Konsulari ta wkoll riceviment ad unur tal-participanti li ghalih kienu mistiedna madwar 80 persuna fosthom mexxejja  tal-komunita'   Maltija   f'South

 

Australia fejn hemm1,800 imwielda Malta skond ic-censiment 2002.
 
Gie mhabbar li t-tielet laqgha tal-korp diplomatiku u konsulari ghandha ssir f'Sydney fl-2005.
 
Huwa ttamat li minn dawn il-laqghat specjalment illum fi zmien ta' tekonologija tant avvanzata s-servizzi mill-ufficcji ta' l-iStati jkomplu jitjiebu.

 
 
 Wahda miz-sbieh
 

 Wahda mill-isbah nisa fl-iStat ta' NSW jekk mhux fl-Awstralja kollha hija Candice Falzon (ritratt) ta' nisel Malti. Din it-tfajla li ghandha 18-il sena mhux sabieha biss izda hija l-aqwa atleta fl-isfera taghha tant li ftit gimghat ilu f'Sydney, rebhet zewg kompetizzjonijiet fl-isfera ta' ironwomen events.
 
Il-magazine FHM nhieda konkors biex isib il-
100 Sexiest Women 2004 fid-dinja u Candice Falzon diga attirat hafna voti. Huwa kkalkulat li se tkun wahda mill-ewwel ghaxra.
 
Ohrajn mill-Awstralja huma, Holly Valance, Tammin Sursok, Belta Goodrem u Shopie Monk. F'wahda mill-hafna stejjer li jinkitbu dwar Falzon jistaqsu jekk hux possibbli li tkun
elite athlete u mudella fl-istess hin.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040308_Candice.jpg

 
 

The Maltese Herald

Kummenti ta' The Maltese Herald li tohrog fl-Awstralja darba fil-gimgha, ghall-emigranti Maltin

Il-prezz medju tad-djar
qabez in-nofs miljun dollaru

 Ftit jiem ilu, l-gurnali ta' kuljum fil-belt ta' Sydney habbru b'ittri kbar li dar f'Sydney tqumlek medja ta' nofs miljun dollar. Huma hafna dawk li jhokku idejhom bil-ferh ghal din l-ahbar. Hafna minnhom saru miljunarji anke jekk flushom huma investiti f'darhom. Izda ghal hafna ohrajn din il-qabza fenominali fis-suq tal-propjeta se ggib maghha swied ta' qalb fost dawk li qeghdin jixtru l-ewwel dar taghhom.
 
Hemm ukoll ohrajn fejn il-qabza fil-valur ta' djarhom se ggibhom wicc imbwicc ma' taxxa qalila, dik imsejjha
silvertail tax jew ahjar il-Premium Property Tax (PPT) li l-NSW Valuer-General japplika fuq il-valur ta' propjetajiet li jkunu qabzu l-$1.9miljun.
 
Din it-taxxa mhix bhal
land tax li tapplika fuq investment properties izda l-PPT tapplika fuq id-dar tal-familja. Huma hafna dawk li ghalkemm il-valur tad-dar spara mas-sema ma jfissirx li huma sinjuri, iva sinjuri fl-assi li ghandhom izda mhux sinjuri fil-flus kurrenti. Hemm xi kazi wkoll fejn dawn it-talin kellhom ibieghu l-propjeta` taghhom biex ikunu jistghu jhallsu l-PPT.
 
Il-
boom fil-propjeta` jista' jigi mqabbel ma' dik il-mewga enormi li tkarkar maghha dawk li jkunu ffortunati bizzejjed li jinqabdu fil-milja taghha izda jekk tahsel tobormok ma ghandekx cans li ssalva, tibqa' tahtha, teghreq. L-gholi fil-prezzijiet tal-propjeta` ma japplikawx biss fis-suq tal-belt ta' Sydney. F'pajjizna Malta ghandhom l-istess problema, kif ghandhom ukoll pajjizi ohra bhal-Ingilterra, l-Olanda, Spanja u ohrajn.
 
Fl-Awstralja, l-Gvern Federali dahhal is-sistema ta' ghajnuna lil dawk li se jkunu jixtru l-ewwel dar taghhom izda minghajr ma japplika l-
means-test almenu fuq il-prezz tad-dar li se tkun qed tigi mixtrija. Mhix gust li dak li jrid jixtri dar li tiswa zewg miljuni jigi moghti assistenza mill-Gvern, l-istess bhal dak li bil-kemm jiflah jidhol ghal dar bi prezz ta' $250,000.
 
Ghandu jkun hemm ghajnuna biex tithallas il-bolla ghal dawk li jixtru djar bi prezz mondest. Hija taxxa ingusta dik li tigi applikata ma' dawk li ma jistghux ihallsuha. Forsi wkoll wasal iz-zmien li kemm il-Gvernijiet Statali u anki l-Gvern Federali jieqfu mil-loghba taghhom politika u jibdew iharsu lejn din is-sitwazzjoni gravi li hafna qed jiffaccjaw. Jekk ma tinstabx soluzzjoni gusta l-holma li xi darba kulhadd ikollu d-dar tieghu liema holma kienet u ghadha l-aspirazzjoni tal-maggoranza, ssir il-holma tal-ftit, il-ftit li jistghu jixtru l-ewwel dar taghhom u jhallsu l-prezz medju ta' nofs miljun dollaru.
 

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.