|
Il-festa ta' San Pawl |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040223_StPaul1.jpg |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040223_StPaul2.jpg |
|
|
Zghazagh jerfghu l-istatwa ta' San Pawl. Jidher
ukoll Fr G. Micallef |
|
L-istatwa ta' San Pawl u r-reffiegha. Quddiem Fr
John Hogan |
|
| |
|
Le, dawn
ir-ritratti mhumiex mehudin Malta izda fin-naha l-ohra
tad-dinja, fl-Awstralja fejn it-tradizzjonijiet Maltin ghadhom
qawwija. Nittama li dawk li qed ihejju l-ligi gdida dwar l-ilsien
Malti specjalment il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti ma
jitfixklux fi djulhom u jhallu barra l-isforzi enormi u taht
diffikultajiet difficli li jhabbtu ma' wicchom il-Maltin ta'
l-Awstralja biex izommu hajjin it-tradizzjonijiet Maltin u l-ilsien
Malti. Jien zgur li ritratti bhal dawn huma xhieda bizzejjed.
Il-Maltin ta' Sydney iccelebraw bil-kbir il-festa ta' San Pawl
f'zewg nahat, fic-Centru Malti ta' La Valette fi Blacktown u
fil-festa l-ohra li ssir f'Richmond organizzata mis-St Paul's
Celebration Festa Committee.
Kienet jum ta' shana tremenda (ftakru li hawn bhal daz-zmien
ghandna s-sajf) izda fil-ghaxija nhasset ziffa helwa
li tat |
|
|
pjacir lil dawk kollha minn madwar NSW li marru ghal din
il-festa.
Il-festa ta' Richmond bdiet b'quddiesa mill-kappillan Fr John
Hogan u wara l-quddiesa dan mexxa l-purcissjoni, kif jidher
fir-ritratt, akkumpanjat mit-tfal u l-OLQP Maltese Band. Il-vara
kellha 12-ir-reffiegha. Il-festa spiccat bis-soltu loghob
tan-nar u kien hemm lotterija wkoll bi premju ta' $1000.
Il-kumitat diga habbar li sena ohra, din il-festa tradizzjonali
ta' missierna San Pawl se tinzamm fit-12 ta' Jannar 2005.

Fir-ritratt tidher l-istatwa ta' San Pawl u r-reffiegha, quddiem
Fr John Hogan. Tidher ukoll parti mill-folla.

Minn Sydney NSW immorru f'Lockleys South Australia fejn
il-festa ta' San Pawl tigi ccelebrata mill-Maltese
Chaplaincy Festivities Group.

Il-programm beda b'quddiesa kantata minn Fr Gabrielle
Micallef OFM li |
|
ghamel ukoll l-omelija. Kien akkumpanjat
mill-kor MCFG taht id-direzzjoni ta' Bonnie Attard.
Fil-quddiesa hadu sehem hafna zghazagh ta' nisel Malti.
Wara l-quddiesa u l-barka bdiet hierga l-purcissjoni bl-istatwa
ta' San Pawl li wkoll kienet merfugha minn zghazagh
bit-tama li dawk ikomplu it-tradizzjonijiet religjuzi
Maltin.
Ta' min isemmi x-xoghol b'dedikazzjoni li jaghmel
Emmanuel Monsigneur biex izejjen il-knisja u l-vara u
jiehu hsieb il-purcissjoni. Hadet sehem ukoll il-banda
Our Lady Queen of Victories ta' SA.
Fis-sala tal-parrocca mbaghad saret varjeta fejn hadu
sehem Shaun Saliba u Jane Agius. L-ahwa Saliba kantaw
ukoll bil-Malti. Fl-ahhar kien hemm it-tombla. Prosit
lill-Maltese Chaplaincy u lil ko-ordinatur John Debono. |
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
Borza ta' studju |
| |
|
Nifirhu
li giet moghtija borza ta' studju lil zghazugh Malti minn NSW
biex ikompli jistudja u jghallem il-Malti izda fl-istess hin
inhoss sobgha kbira bix-xehha tal-Gvern Malti li joffri biss
borza wahda minn fost mijiet ta' tfal Maltin li b'diffikultajiet
kbar jipprovaw jitghallmu l-lingwa Maltija fl-Awstralja.
Ma nafx nistghux inkunu grati quddiem dan il-gest ta' xehha
kbira. Il-Gvern Malti jaghti biss borza ta' studju (jew tnejn)
izda hija l-komunita` Maltija fl-Awstralja li trid tipprovdi
l-ispejjes biex dawn iz-zghazagh jivjaggaw bl-ajru lejn Malta.
Il-BOV fl-Awstralja kemm-il darba jidhol ghal din l-ispiza bhal
ma dahal din is-sena wkoll izda ma nistghux nifhmu ghaliex
il-Gvern Malti ma jistghax joffri mill-inqas sitt
boroz ta' studju inkluz
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040223_AMangion.jpg |
|
|
Antoine Mangion |
| |
|
ukoll
l-passagg lejn Malta u lura meta dan qed isir biex jikber
it-tixrid ta' l-ilsien Malti barra x-xtut tal-gzejjer
taghna.
Iz-zaghzugh li rebah din il-borza ta' studju Antoine Mangion
ta' 20 sena (ritratt) minn
Doonside NSW huwa
|
|
|
wiehed
mill-ahjar zghazagh ta' nisel Malti li ghandna fil-komunita` ta'
NSW. Jiehu parti fil-programm ghaz-zghazagh fuq ir-radju SBS
bil-Malti u gej minn familja ezemplari li ilhom f'NSW mis-sena
1982. Ommu Antoinette hija ghalliema tal-Malti u missieru Joseph
(li miet f'April 2002) kien ghalliem u kien wiehed mill-iktar
membri attivi fil-komunita`.
Antoine Mangion tghallem il-Malti fli School of Community
Languages f'Seven Hills taht l-ghalliem, Charles Galea (li jigu
hu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr L. Galea). Meta kellimt lil
Antoine qabel ma telaq lejn Malta qalli kemm kien herqan li mhux
biss irid jispicca l-erba` xhur ta' studju fl-Universita' ta'
Malta b'success izda assigurani li meta jigi lura jrid ikompli
jghin biex ixerred l-ilsien Malti f'NSW.
|
|
| |
|
|
| |
|
Dawra xalata |
| |
|
Il-Maltin
ma jitilfux okazzjoni biex jiddevertu. Kellna l-long weekend
ta' Australia Day u grupp ta` Maltin imexxija minn Emmanuel
Abela marru xalata twila lejn is-South Coast fejn zaru
postijiet ta' interess fi Southern Highlands.
F'Goulburn
waqfu biex jorqdu fi 5 star hotel.
L-ghada marru wkoll Lavander Farm u t-tieni lejl ghamluh
f'Nowra. Zaru wkoll Jasper Valley Winery u Berry, post ferm
storiku.
Lura lejn Sydney zaru il-Blow Hole f'Kiama u waqfu
Bulli Pass biex setghu jaraw minn dik l-gholja, l-wirja
meraviljuza ta' loghob tan-nar li ssir f'Jum l-Awstralja. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040223_MGroup.jpg |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Konferenza Generali |
| |
|
L-Australia
Labor Party dis-sena kellhom l-43 Konferenza Nazzjonali
Annwali taghhom f'Darling Harbour, ftit boghod mill-qalba
ta' Sydney, post maghruf sewwa f'Sydney ghas-sbuhija tieghu
fejn jattira hafna turisti.
Din il-konferenza li kienet fuq tlett ijiem, il-Hamis,
il-Gimgha u s-s-Sibt laqghat ghall-ewwel darba lill-mexxej
gdid, Mark Latham li fil-ftit xhur li ilu f'din il-kariga
wara r-rizenja ta' Simon Crean tant gie milquh tajjeb
mill-poplu li l-opinion
polls illum
qed jghidu li Mark Latham u
John Howard huma
ras |
|
|
|
imbras fil-popolarita`. Il-Konferenza wkoll kienet l-ewwel
wahda ghall-President gdid tal-ALP Dr Carmen Lawrence.
Ghalkemm ufficjalment ma hareg xejn mill-Kummissjoni Gholja
Maltija f'Canberra sirna naf li l-Kummissarju Gholi ghal
Malta, Dr Ivan Fsadni, (ritratt) gie apposta f'Sydney
fil-long weekend biex jattendi din il-konferenza. Is-Sibt
fl-ahhar tal-Konferenza giet organizzata l-43rd National
Conference Dinner fil-Ballroom ta' Sydney Convention and
Exhibition Centre. Prezz kien ta' $100 ir-ras. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040223_Fsadni.jpg |
|
|
Dr Ivan Fsadni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|