It-Tnejn, 16 ta' Frar, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Rebha kbira Laburista
 

 Il-Partit Laburista rregistrata t-tielet rebha nfila fl-elezzjonijiet ta' l-Istat ta' Queensland. Sa kemm qed nikteb jidher li se jirbhu 63 siggu minn Parlament Statali ta' 89 siggu. Dan ifisser li tilfu biss tlett siggijiet mill-ahhar elezzjoni li saret fl-2001. Il-Laburisti rregistraw 54.7% tal-voti bejnhom u l-Ko-alizzjoni tal-Liberal National li kisbu biss    19-il     siggu     ghalkemm    rebhu
erba`    iktar     mill-ahhar    elezzjoni.    L-

 

Indipendenti rebhu hamsa u One Nation wiehed. Ghad hemm xi siggijiet dubjuzi.
Il-Premier ta' Queensland, Peter Beattie qal li ghalkemm din hija t-tielet rebha nfila u l-ahhar tnejn bhala landslide hu jhossu qisu ghadu kemm rebah l-ewwel elezzjoni u se jkompli jmexxi lill-Istat ta' Queensland lejn iktar progress specjalment fl-oqsma ta' edukazzjoni u s-sahha.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040216_Beattie.jpg

Peter Beattie

  
 
 Il-Gimgha l-Kbira f'Melborne
 

 M'hemmx dubju li l-purcissjoni tradizzjonali tal-Gimgha l-Kbira fl-Istat ta' Victoria pprezentata mill-Maltin taht l-isem ta' St Albans Good Friday Association saret attivita` ta' importanza kbira li gibdet l-approvazzjoni mhux biss tal-Maltin izda ta' l-awtoritajiet Awstraljani.

Due to web space restrictions this image has been removed
040216_Ellul.jpg

Joe Ellul u l-Premier ta' Victoria Steve Bracks

 

The Good Friday Pageant rebhet l-oghla unur moghti mill-Istat ta' Victoria Awards for Excellence in Multicultural  Affairs. Il-Premier ta' dan l-Istat, Steve Bracks, ipprezenta t-trofew lil Joe Ellul ghall-hidma tieghu fil-prezentazzjoni ta' dan l-avveniment ta' spettaklu religjuz.
 
Dan kien it-tieni premju moghti lis-St Albans GFA billi f'Jum l-Awstralja l-Kunsill ta' Brimbank onorhom bil-premju bhala l-aqwa attivita` tas-sena. Il-President ta' l-ghaqda Lewis Stafrace gie moghti l-Meritorious Award Medal ghas-servizz lill-komunita'.
 
Il-prezentazzjoni saret mill-Gvernatur ta' Victoria l-ET John Landy AC, MBE (il-maghruf eks-atleta) f'Government House li ghaliha attendew madwar 1500 persuna minn kull nazzjonalita`.
 
Il-Kumitat ta' St Albans Good Friday irringrazzja lis-Sindku ta' Brimbank, Cr

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040216_Stafrace.jpg

Lewis Stafrance u l-Gvernatur ta' Victoria,
l-ET John Landy

 
Dorothy Costa, u lil George Seitz MP li nnominhom ghal dan l-gharfien u lil dawk kollha li jghinuhom biex jingabru l-fondi biex l-ispettaklu religjuz ikompli jkun success. Huma rringrazzjaw lil media Maltija, lis-sacerdoti tal-MSSP u lil Dr Clemente Zammit.

 
 
 Konslijiet jiltaqghu f'South Australia
 

 Il-Korp Konslulari jidher li kellhom laqgha ohra, din id-darba f'South Australia. Sa kemm qed nikteb din il-kontribuzzjoni ma waslilna xejn ufficjali izda sirna nafu li l-Kunsill Malti ta' South Australia organizza serata specjali fic-Centru Kulturali Malti f'Beverley li ghaliha attendew ukoll il-Kummissarju Gholi, Dr Ivan Fsadni u l-Konslijiet li marru Adelaide ghal din it-tieni laqgha tal-Korp Konsulari.
Waqt is-serata saru diskorsi minn Robert Debono, l-President tal-Kunsill f'SA, Frank Scicluna, l-Konslu Onorarju u l-Kummissarju Gholi. Inkixfet lapida li fiha l-ismijiet tal-presidenti tas-socjetajiet Maltin, kif ukoll dawk li kienu fl-esekuttiv u delegat minn kemm ilu mwaqqaf il-Kunsill. Fr Gabriel Micallef bierek din il-lapida.
Wara kien hemm xi divertiment. Il-lejla giet imexxija minn Bernardette Buhagiar.
Gie mniedi wkoll it-tieni edizzjoni tal-Maltese Resource Directory ta' South Australia li l-editur tieghu huwa Frank Scicluna. Dan il-ktejjeb huwa mimli b'informazzjoni siewja kif ukoll iservi ta' holqa bejn il-komunita ta' SA u l-kumplament ta' l-Awstralja u Malta. Frank Scicluna ghandu mill-gdid jinghata apprezzament u ringrazzjament ghax xoghol tieghu. Minn jixtieq kopja ta' dan id-direttorju ghandu jcempel 08 8269 2948 u jekk ser icemplu minn barra l-Awstralja irid izied il-prefix 61.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040216_South01.jpg

Due to web space restrictions this image has been removed
040216_South02.jpg

It-tberik tal-lapida u l-folla li attendiet ghas-serata.

 
 
 Unur ferm misthoqq
 

 Paul Azzopardi huwa sinonimu mal-klabb tas-soccer f'Victoria, Green Gully. Ghal dawn l-ahhar 50 sena Paul, li huwa membru fundatur qeghda mill-koxxa lil dan il-klabb fejn jidhlu l-facilitajiet u qatt ma naqas li joffri l-hin u s-sengha tieghu.

In-National Australia Day Council u l-Victorian Multicultural Commission gharfu l-kontribuzzjoni tieghu b'midalja li giet moghtija lilu fis-sezzjoni ta' l-isports mill-Gvernatur ta' Victoria, John Landy. Paul Azzopardi gie l-Awstralja minn Malta meta kellu 19-il sena. Beda jahdem f'xoghlijiet bl-esplussivi taht l-art fis-Siggiewi meta kellu biss 13-il sena.

Meta l-Green Gully FC bdew jibnu l-klabb taghhom fl-1970, Paul li llum is-

 

Due to web space restrictions this image has been removed
040216_Azzopardi.jpg

Paul Azzopardi

sengha tieghu hija ta' bennej mill-ewwel offra l-ghajnuna tieghu u kellu sehem shih fil-bini tal-pedament u l-konkrit tant li meta l-klabb fetah ufficjalment fl-1981

 

giet iddedikata plakka ghalih.

Fl-1994 infethet sala gdida u giet ukoll imsejha Paul Azzopardi Room. Wara li rtira mix-xoghol hames snin ilu, dam sena shiha jibni sezzjoni gdida ghaz-zghazagh li llum ghandhom 20 tim u iktar minn 1000-il players u jaghmlu parti mill-Parramatta Eagles / Manchester Utd Soccer Academy.

Paul Azzopardi ghadu sal-lum jahdem biex dejjem itejjeb il-facilitajiet ta' wiehed mill-iktar klabbs progressivi tas-soccer f'Victoria.

Lisa Curry Kenny, li hija c-chairperson ta' l-Australia Day Council irringrazzjatu talli biex xoghol voluntarju tieghu ghamel l-Awstralja pajjiz ahjar.

 
 

The Maltese Herald

X'qalet il-Maltese Herald, l-gazzetta tal-Maltin fl-Awstralja, fil-harga ta' nhar it-10 ta' Frar 2004

Unuri minn Malta

 Skond il-website tal-Maltese Migration Museum Committee hawn 238 Malti li gew onorati fl-Awstralja mill-awtoritajiet lokali mis-sena 1975 sal-lum. Meta tikkonsidera n-numru ta' Maltin li emigraw lejn l-Awstralja dan huwa numru sostanzjali. Maltin li spikkaw fl-isfera taghhom tant li gew moghtija gharfien mill-awtoritajiet ta' dan il-pajjiz. Dan juri wkoll li l-Maltin fl-Awstralja integraw tassew fil-hajja l-gdida li ghazlu.

Ghal hafna dawn l-unuri mhux se jibdluhom hajjithom jew se jgibu maghhom xita ta' gid izda ma nahsbux li hawn xi hadd li ma japprezzax gharfien minn dawk ta' madwaru.

Waqt li l-awtoritajiet Awstraljani gharfu l-kontribuzzjoni ta' l-immigrant Malti fl-Awstralja u hargu jfahhru l-merti tieghu fil-pubbliku u b'mod ufficjali mhux l-istess jista' jinghad ghal pajjizna Malta li fejn jidhlu l-emigranti Maltin dejjem baqghu lura u wrew xehha kbira u hafna drabi nuqqas serju ta' gharfien ghal dak li ghamlu l-emigranti l-ewwel biex jghixu hajja ahjar u t-tieni biex izommu hajjin it-tradizzjonijiet u l-kultura Maltija fl-Awstralja.

Aspett iehor li dahal hafna fl-ghotjiet Maltin. Waqt li fl-Awstralja l-unuri jigu moghtija fil-maggoranza taghhom fuq bazi principalment ta' hila u servizzi utli lill-komunita` minghajr l-ebda xamma politika, mal-Gvernijiet ta' Malta ftit ghandek cans li tigi onorat u moghti gharfien ufficjalment jekk ma tkun tal-klikka jew habib tal-hbieb.

Dan ma rridu bl-ebda mod inehhu xi mertu minn dawk li gew moghtija l-unuri. Ahna zgur li fil-maggoranza taghhom kien jisthoqqilhom ferm iktar minn hekk.

L-argument taghna huwa li jidher li l-Maltin fl-Awstralja huma ferm iktar apprezzati ghax-xoghol li jaghmlu mal-komunita` Maltija mill-Gvernijiet Awstraljani milli mill-Gvern Malti.

Is-sistema tal-Justices of the Peace

 Jidher li fl-ahhar din is-sistema f'NSW se tigi kkontrollat. Din l-ghotja importanti ferm giet moghtija hafna drabi minghajr hafna hsieb u llum tista' tghid kwazi kulhadd hu JP. Il-Gvern ta' NSW se jeffettwa tibdiliet sostanzjali permezz tal-Justice of the Peace Act 2002.

1. Il-hatra ta' JP mhux se tibqa' izjed ghal dejjem izda l-persuna trid iggeddidha kull hames snin.

2. Dawk li llum huma JP se jigu moghtija zmien ta' tlett snin biex japplikkaw mill-gdid.

3. Id-Dipartiment ta' l-Attorney General se johrog numru gdid li kull min jigi appuntant skond dan l-Att 2002.

4. Se jkun hemm registru pubbliku u l-ismijiet u xi dettalji jkunu ukoll fuq l-internet.

Nahsbu li dan it-tibdil huwa mehtieg biex din il-hatra tigi ferm iktar ikkontrollata u ghalhekk ferm iktar effettiva ghall-bzonnijiet ta' kulhadd.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.