Qalftuhom minn Malta b'weghdiet foloz -
iridu apologija |
| |
|
Iridu apologija u
tifkira posittiva dwar it-tfal minsjin li qalftuhom minn Malta
lejn nahat boghod u disabitati b'hafna weghdiet foloz kemm
mill-Gvern u anke mill-knisja Maltija. Il-grupp imsejjah Child
Migrants of Malta (C-MOM) se jpoggu dawn it-talbiet u ohrajn
meta c-chairman taghhom, il-Professur David Plowman jasal Malta
dan ix-xahar u jkollu laqgha mal-Ministru ta' l-Affarijiet
Barranin, Dr Joe Borg.
Il-Prof Plowman li kien
hu stess wiehed minn dawn it-tfal, huma maghruf sew bhala
akkademiku u awtur ta' iktar minn 100 ktieb dwar l-ekonomija u
relazzjonijiet industrijali u jghallem fil-Graduate School of
Management fl-Universita ta' WA. L-ahhar ktieb tieghu jgib
l-isem ta'
Enduring Struggle
li jaghti harsa fil-fond dwar ic-"child migration" lejn l-istituzzjonijiet
kattolici f'WA li kien hu stess parti minnhom. Huwa mizzewweg u
ghandu zewgt itfal u jghix f'Perth, Western Australia.
Il-grupp tieghu li
ghandhom bhala patrun lil Hon David K. Malcolm, il-Prim Imhallef
ta' Western Australia, jinkludi wkoll lil Dr Paul Psaila-Savona
li kien Direttur Esekuttiv tad-Dipartiment tal-Public Health
f'WA u lil Paul Calleja, habrieki hafna fil-komunita' Maltija
ta' dawk in-nahat u kittieb prolifiku.
Dan il-grupp, ibbazat
f'Western Australia, hareg minn hdan il-Maltese Professional &
Business Association u l-Christian Brothers and Students
Services (C-BERRS) iridu jippreservaw |
|
|
l-istorja ta' dan l-avveniment iswed fl-istorja ta'
l-emigrazzjoni u qed jitolbu ukoll kemm mill-knisja u
kemm mill-Gvern Malti dikjarazzjonijiet ta' niket u
dispjacir ghal dak li hu hazin li hareg mic-Child
Migration.
C-MOM ghandu
appogg mill-Australian Catholic Bishops' Committee for
Migrants and Refugees, Christian Brother, Sister of
Mercy, Perth Archbishop, Barry Hickey u Bishop Bianchini
ta' Geraldton f'Western Australia.
Paul Calleja
qalli li l-Gvern u l-knisja ta' Malta mhux se jitilfu
din l-opportunita' li ghandhom quddiemhom biex juru li
mhux interessati biss f'affarijiet ekonomici izda
f'ohrajn li huma ta' beneficcju socjali ghall-emigranti.
L-istorja turina
li mhux qed nitkellmu fuq xi ftit tfal li marru lejn
l-Awstralja taht din l-iskema tant imbuttata mill-knisja
Maltija. Kien hemm 259 tifel u 51 tifla li ntbaghtu
l-Awstralja minn Malta fil-perjodu ta' bejn 1950 u 1967.
Minn dawn it-tfal, sebat ibniet intbaghtu fl-istat ta'
South Australia waqt li l-kumplament ittiehdu fl-istituti
kattolici fl-istat ta' Western Australia.
Iktar tard instab
li kienu saru hafna abbuzi kemm abbuz sesswali, fiziku u
psikologiku fuq dawn it-tfal vittmi wkoll ta'
emigrazzjoni sfurzata. Instab li hadd mit-tfal ma gew
infurmati li kienu orfni; ma gewx ittrattati sewwa; anzi
f'hafna kazi b'mod
sadistiku, ma
thallewx |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040209_Plowman.jpg |
|
|
Professur David Plowman |
 |
|
jikkomunikaw b'mod xieraq mal-familji taghhom u meta
hallew Malta kellhom l-impressjoni li kienu se
jergghu jiltaqghu mal-familja xi zmien wara izda
whud minnhom damu snin ma raw lill-familja taghhom u
ohrajn baqghu ma rawhom qatt.
Meta fl-2002,
il-Gvern ta' Western Australia ried jaghti xhieda
hajja f'forma ta' intervisti rekurdjati fuq tapes,
il-Kummissarju Gholi Malti fl-Awstralja ta' dak
iz-zmien, Ives DeBarro irrifjuta li jaccettahom ghax
qal li din kienet kwistjoni "politikament sensittiva."
Decizjoni
ferm stramba u disturbanti li qatt ma giet spjegata
u ghalhekk halliet toghma hazina ferm f'kull min
qatt kellu interess f'dan l-episodju tant
kontroversjali fl-istorja ta' l-emigrazzjoni lejn
l-Awstralja |
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
Indahqu n-nies bina |
| |
|
Ghal
darba ohra l-programm ghall-emigranti Maltin li jixxandar kull
nhar ta' Hadd fuq l-SBSTV fl-Awstralja ma wasalx. Kif
ikkummentajna darba ohra, l-programm ghat-18 ta' Jannar 2004 ma
deherx u floku l-ghorriefa ta' l-SBSTV irrepetu l-programm
tal-gimgha ta' qabel. Meta ndikajna x'gara sorsi qrib l-SBSTV
qalulna li din hija haga li ssir ta'
|
|
spiss
meta t-tape cassettes mill-PBS (Malta) ma jasalx fil-hin.
Kieku
dan gara darba, tnejn ma nghidu xejn izda dan jigri b'monotonija
ripetuta u hadd mill-PBS (Malta) jew ir-rapprezentanti tal-Gvern
Malti fl-Awstralja qatt ma spjegawlna ghaliex minhabba din l-inkompetenza
ahna ta' l-Awstralja ghandna nigu mcahda minn
|
|
dan
is-servizz. Mur ara se jigri meta l-istaff tal-PBS (Malta) taqa'
fuqu l-mannara tal-Gvern u flok il-183 impjegat li ghandu jinzel
ghal 50 biss. Hawn min qed jghid li dawn l-iskossi huma
strategija premeditati halli meta jwaqqfu dan il-programm,
l-emigranti tant ikunu mxebbejn bih li ma johduhiex bi kbira. |
|
| |
|
|
| |
|
Cittadini godda |
| |
|
Diga
ppublikajna rapport dettaljat dwar ic-ceremonja li saret fil-Mandaville
Function Centre, Horsley Park NSW fejn 33 Malti minn din in-naha
metropolitana ta' Sydney saru cittadini Awstraljani. Ghal din
ic-cerimonja li kienet organizzata mill-Maltese Community
Council of NSW attenda wkoll il-Ministru tac-Cittadinanza u
Affarijiet Multikulturali, l-Onor Gary Hardgrave MP. Din
il-gimgha se ngibulkom ritratt ufficjali li hareg mid-Dipartment
biex ifakkar din l-okazzjoni. Fl-ewwel fillieri mix-xellug nsibu
lil Charles Mifsud, President tal-MCC, l-Onor Hardgrave,
l-Konslu Generali Joanna Pisani u Alfred Fenech li kien
strumentali biex din ic-cerimonja u l-organizazzjoni ta' l-intervisiti
tkun is-success li kienet. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040209_CitzHorsley.jpg |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Ghalqu 50 sena mizzewgin |
| |
|
Ftit
wara li waslu l-Awstralja Adele u Sam izzewwgu fil-Katidral
ta' St Mary's Sydney. Fil-fatt kien it-2 ta' Jannar 1954 u
mbaghad marru joqghodu f'Ashbury. Sam li twieled Hal Tarxien
wasal hawn fl-1951 u Adele li twieldet L-Isla waslet sena
wara.
Ic-celebrazzjoni tal-50 sena taz-zwieg saret fil-Bankstown
Sports Club flimkien ma' 65 mistiedna. Huma ghandhom tlett
itfal Paul, Tony u Janice u huma nanniet ta' sitta, Erin,
Patrick, Matthew, Shannon, Lisa u Michelle. Illum joqghodu
fis-subborg ta' Illawong NSW. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040209_SamAde1.jpg |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040209_SamAde2.jpg |
|
|
Fir-ritratti jidhru waqt it-tieg u 50 sena sena wara. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ta' l-ahhar |
|
|
|
Pakkett
impustat f'Bass Hill Post Office NSW fis-16/10/2003 ghall-indirizz
fir-Rahal il-Gdid, Malta ghadu ma wasalx.
L-Isptar
ta' San Luqa u l-Health Centres tal-Gvern ghad hemm hafna injoranza
dwar il-ftehim reciproku dwar is-sahha bejn Malta u l-Awstralja. Qed
nisma' hafna tgergir li Maltin b'passaport Awstralja waqt btala
f'Malta mhux qeghdin jigu kkurati u huma mibghuta ghand il-privat. |
|
|
|
|
|
|
|