| Sacerdot
zaghzugh izur Sydney |
|
|
|
|
|
|
Fr Vella dahal
ghal hajja religjuza fl-1979 u gie ordnat sacerdot
fl-1986 Ix-xoghol tieghu huwa bhala kunsillier u jaghti
xi lectures ukoll fl-Istitut tal-Health Care, li hi
parti mill-Universita' ta' Malta. Fil-parrocca tieghu l-Marsa
jahdem ukoll maz-zghazagh u jghin wkoll lill-Kummissjoni
Djakonjana li tahdem ghall-anzjani u dawk li huma
fil-bzonn fin-nahat tal-Marsa. Fr John Vella halla
impressjoni tajba fost il-membri tal-Maltese Welfare li
rringrazzjawh talli waqt il-btala tieghu sab hin
ghalihom. Huwa ghandu huh, Manwel li huwa attiv ma'
l-Ghaqda "Marsa Holy Trinity Assoc" ta' Sydney, ilu
l-Awstralja mill-1965 u joqghod fis-subborg ta'
Campertown. |
|
|
 |
|
Fr John Vella |
|
|
|
|
 |
|
Fr Vella
jidher ma' xi membri tal-komunita Maltija ta' NSW. |
|
|
|
|
| |
|
L-iskola tal-Malti |
| |
|
Spiss
minn din il-pagna nghidilkom dwar il-progress ta' l-iskola
tal-Malti f'NSW. Illum irnexxili nakkwista ritratt iehor
tal-klassijiet li jsiru fis-subborg ta' Richmond, fejn hemm
l-ikbar ghadd ta' studenti li jattendu fil-klassijiet li hawn
f'dan li Stat. Il-Kumitat habrieki li jmexxi din l-iskola
kellhom il-laqgha generali taghhom fl-iskola ta' Holroyd High u
kien l-unur tieghi li hatruni bhala r-returning officer.
Il-kumitat il-gdid gie elett hekk:

John Borg: Chairman, (J.Borg huwa l-ko-ordinatur tal-programm
bil-Malti fuq l-SBS Radio).

Segretarja: Rhonda Balzan (B.Educ). (Maria Decarlo li kienet
segretarja ghal dawn l-ahhar sentejn ma kontestax minhabba
xoghol iehor).
Kaxxier: Sam E. Vella (S. Vella huwa wkoll il-kaxxier tal-MCC
ta' NSW).
Principal ta' l-Iskola: Lucy Calleja M.A.
Deputata: u PRO: Jane Borg. |
|
|
Teachers' Co Ordinator: Cynthia Cassar.
Dawk kollha involuti direttament mat-taghlim huma kollha
nies ikkwalifikati. Hafna minnhom kisbu degrees
mill-Universita` L-ghalliema kollha jridu jattendu
korsijiet universitarji
biex |
|
jakkwistaw certifikati skond ma' jitlob id-Dipartiment
ta' l-Edukazzjoni ta' NSW. Taht sistema hekk
professjonali, l-iskola tal-Malti ghandha tkompli
taghmel progress, ghalkemm il-Gvern ta' Malta ftit jew
xejn jaghti gharfien lil dan l-isforz kbir biex inkomplu
nrawwmu l-kultura Maltija barra x-xtut ta' Malta. |
|
 |
|
Uhud
mill-istudenti li jattendu l-klassijiet f'Richmond NSW
flimkien mac-chairman, John Borg (l-ewwel wiehed fil-filliera
ta' wara mix-xellug) u l-kaxxier, Sam E Vella it-tieni
wiehed, filliera ta' wara. |
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-Melita Eagles FC |
| |
|
Sejhulu
li tridu! Melita, Parramatta, Eagles, xorta l-isem huwa sinonimu
ma' l-aqwa fil-qasam tal-futbol fl-iStat ta' NSW. Kif
gharrafnikom minn din il-pagna, dan il-klabb famuz intlaqat
ukoll mill-marda kronika finanzjarja li donna nferxet ma' hafna
klabbijiet fid-dinja. Wara d-daqqa fatali fl-1995 meta nqalghu
barra min-National League, l-klabb Malti beda jmur lura. Izda
kien fl-ahhar tlett snin li l-amministrazzjoni halliet
is-sitwazzjoni finanzjarja tmur il-bahar.

L-istagun l-iehor gie elett President gdid, Tony Azzopardi u
flimkien ma' ohrajn specjalment iz-zaghzugh Stephen Ellul saret
kwazi rivoluzzjoni amministrattiva u ghalkemm skond l-istess
President is-sitwazzjoni finanzjara tibqa' dejjem ta' tim tal-futbol |
|
|
medjokru izda hafna affarijiet irrangaw irwiehom.
Hemm skema fejn il-partitarji dahlu bhala
sponsors
ghall-hlasijiet tal-plajers. L-attivitajiet socjali
regghu bdew ikunu success. Il-facilitajiet fil-Melita
Stadium dejjem qed jigu rrangati u sintendi fl-Eagles
Nest ghandhom ukoll l-aqwa restaurant ta' ikel Malti
f'NSW. Il-klabb jippubblika magazine kull loghba
home u
issa ntroducew sa anke website li hija mmexija minn nies
f'Malta. Jekk tridu taghtu harsa, dan huwa l-indirizz:
www.parraeagles.com Iva, dan il-klabb li ilu mwaqqaf
mill-1956 wara li zewg timijiet, Malta Eagles u Melita
kienu inghaqdu jidher li jinsab lura fit-triq fejn
jisthoqqlu.

F'Novembru / Dicembru 1998 kienu |
|
|
Parramatta
Melita Eagles FC li baghtu l-ewwel tim taz-zghazagh biex
jilaghbu f'Malta maghzul kollu mit-timijiet taghhom u
kollha ta' nisel Malti.

Xi snin wara, nizlu timijiet mill-iStat ta' Victoria
izda dawn it-timijiet kienu ghazla mill-iStat kollu u
mhux minn tim wiehed Malti. |
 |
|
Tidher
parti mis-sala socjali fil-Melita Stadium li fiha jsiru
hafna funzjonijiet. |
|
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Mill-Imgarr ta' Malta |
| |
|
L-idea
originali kienet li jiltaqghu xi ftit ex-studenti li kienu
jmorru l-iskola ta' l-Imgarr Malta izda meta finalment iltaqghu
fil-Workers' Club ta' Blacktown kien hemm madwar 60 persuna. L-instigatura
ta' din ir-reunion kienet Maria Camilleri nee Gatt li waslet
Sydney minn Malta ghal btala. Habiba taghha, Rita Galea nee
Caruana minn Melbourne giet Sydney biex tiltaqa' maghha. Bdew
isiru l-kuntatti u f'kemm ili nghidlek ic-cirku kiber u l-istedina
kienet tajba wisq biex tigi mwarrba. Ir-reunion spicca success
kbir. Maria Camilleri issa tinsab lura f'Malta b'memorji sbieh
ta' kemm issimentjaw hbiberiji u kemm din ir-reunion gabet
maghha memorji u ferh. |
|
 |
|
F'dan
ir-ritratt jidhru Maltin mill-Imgarr fil-laqgha li kellhom
fi Blacktown NSW |
|
|
| |
|
|
|
|
| |
|
The
Maltese Herald |
|
Il-Maltese Herald, il-gazzetta ta' kull gimgha tal-Maltin
fl-Awstralja kellha xi tghid hekk dwar l-inizjattivi godda
tal-Gvern Awstraljan biex idahhal iktar immigranti
fl-Awstralja |
|
Dawk li jridu jemigraw |
|
Mhix
l-ewwel darba li smajna tgergir mill-kapijiet ta' l-Istat
ta' l-Awstralja li l-immigrazzjoni qed tohnoq sewwa l-ibliet
kapitali u ta' madwarha ghax dawk li jaslu godda dejjem
ifittxu biex jitfghu l-ankri taghhom lejn l-ibliet
industrijali. Il-gibda naturali hija l-ewwel li tmur fejn
hemm il-familjari u l-hbieb u t-tieni fejn tista' ssib
ix-xoghol. Il-Premier ta' NSW Bob Carr huwa kritiku ahrax
ta' kif qed jigi mfassal il-programm tad-dhul ta'
l-immigranti ghax jinsisti li dawn dejjem jispiccaw fl-ibliet
u s-subborgi ta' Sydney specjalment fis-subborgi tal-punent.
Bob Carr ukoll irid li l-Gvern Federali jnaqqas id-dhul ta'
immigrant b'madwar 30,000 fis-sena.
In-nuqqas ta'
immigrazzjoni mhix s-soluzzjoni. L-Awstralja ghandha bzonn
ta' iktar popolazzjoni u l-programm ta' dhul ghandu jigi
rivedut minn zmien ghal iehor biex jindirizza l-problemi
tal-mument.
Dan l-ahhar il-Gvern
Federali qal li lest li johrog visa ghal tlett snin lil dawk
li huma tas-sengha u li huma taht l-45 sena u li lesti
jmorru jghixu fir-regions,
il-boghod mill-ibliet halli jnaqqsu l-problemi li jinholqu
meta l-maggoranza ta' immigranti jispiccaw jghixu fl-ibliet.
Il-Gvern ukoll qed
joffri postijiet lil dawk li huma irtirati li ghandhom
bizzejjed flus biex jghixu, dawk li ghandhom iktar minn
$800,000 imfaddla, li ma ghandhomx tfal izda biss s-sieheb
jew siehba, li jkollhom
full private health insurance
u li jkunu lesti biex jinvestu $5000,000 f'bonds ta' l-Istat
jew Territorji. Dawn ukoll iridu jmorru jghixu fir-regional
areas u
tinghatalhom visa ta' erba' snin.
L-idea ta' visa
temporanja hija biex dawk li jigu accettati jkunu jistghu
jigu assessjati li tassew ghixu u hadmu fir-regional
areas. Wara
jigu moghtija visa permanenti. Din mhix l-ewwel darba li
l-Gvern Federali hareg bi skema simili izda li tniedi skema
bhal din huwa mod u biex timplimentha hu mod iehor. Mhux
facli li l-immigranti jmorru jghixu fil-bush specjalment
meta dawn in-nahat ma joffrux xoghol adekwat u hafna drabi
akkomodazzjoni dicenti. Illum l-immigranti mhux dawk ta'
dari u mhumiex lesti li jmorru joqghodu f'xi
shed
jew tuzzana nies f'zewgt ikmamar.
Il-Gvern Awstraljan
sar jiddelitta hafna bil-flus u jidher li jrid biss nies li
mhux se jkunu ta' xkiel finanzjarju ghall-Awstralja. Dan
huwa, ma' l-ewwel daqqa t'ghajn, ghan nobbli izda
l-Awstralja giet mibnija minn immigranti ta' l-id li mank
kellhom ghaxja ta' lejla. Dawn u wliedhom illum saru
l-kapijiet ta' l-industrija u l-kummerc.
L-Awstralja llum jew
ghada trid tippopola ruhha, ma nistghux nibqghu f'art tant
kbira u sinjura b'19-il miljun biss meta ninsabu mdawwrin
f'pajjizi ta' forza numerikament enormi li qeghdin jghixu
fil-faqar u mizerja.
Il-Gvern Federali
suppost ghandu politika newtrali fid-dhul ta' immigranti
izda mbaghad jniedi skemi li jaf sewwa li se jghinu iktar
lil certi nies minn certi nahat li ghandhom il-flus.
L-appell taghna huwa li l-Gvern Federali jaghti harsa lejn
dawk il-pajjizi li fil-passat fornewha b'nies li mhux biss
ghamlu success izda li integraw kompletament fil-hajja
Awstraljana. |
|
|
|
|
|
|
|