It-Tnejn, 26 ta' Jannar, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Miet zoptu
 

 Muzicista zaghzugh ta' nisel Malti, Henry Jacono ta' 15-il sena, instab mejjet waqt li kien qed jattendi "camp" organizzat mill-Australia Youth Orchestra f'Canberra. Dan it-tfajjel li kellu quddiemu karriera brillanti fil-muzika kien parti minn dan il-kamp muzikali li kien qed isir fl-Australian National University. Meta marru biex iqajmuh wara ftit jiem li kien ilu hemm, huwa nstab mejjet fil-kamra tieghu. Il-Pulizija Federali qeghda izda ma hemm ebda cirkostanzi ta' suspett.
 
Henry Jacono kien wiehed mill-iktar muzicisti  li  jippromettu u kien  jattendi l-

 

Conservatorium of Music High School f'Sydney. Missieru Malti mill-Hamrun u ommu Russa u joqghodu fi Strathfield NSW.
 
Ftit gimgha ilu kien ha sehem fil-kuncert li gie organizzat minn Alfred Fenech bhala parti mit-thejjija ta' l-opera 'l Martiri li ghandha ssir kmieni dis-sena fir-Riverside Theatre f'Parramatta. F'dak il-kuncert kienu hadu parti ohtu Victoria, Yvonne Zammit u l-kantanti Amelia Farrugia u Jose' Carbo. Il-mewt ta' dan iz-zghazugh kapaci hasdet lill-hafna Maltin li saru jafu bil-genju musikali tieghu.

 

Henry Jacono jidher bejn Amelia Farrugia
u ohtu Victoria (lemin)

  
 
 Cittadini godda
 

 Grupp iehor ta' 33 Malti saru cittadini Awstraljana fil-prezenza tal-Ministru tac-Cittadinanza u Affarijiet Multikulturali l-Onor Gary Hardgrave MP waqt ceremonja li saret fis-sala lussuza Mandaville Function Centre biswit il-knisja OLQP ta' Horsley Park.

Din ic-ceremonja kienet organizzata mill-Maltese Community Council ta' NSW u mal-wasla tal-Ministru fis-sala dan gie eskortat mill-President, Charles Mifsud li tah merhba xierqa.

Ghall-okazzjoni l-MC kien il-PRO tal-Kunsill Fred Fenech li stieden lil Ministru Hardgrave biex ikellem lil dawk prezenti fosthom it-33 applikant li kienu se jiehdu l-gurament ta' lealta` u biex ilissnu flimkien il-weghda solenni li jaqdu dmirhom u jaffirmaw il-lealta` taghhom lejn l-Awstralja bhala cittadini godda.

Antoinette Mascari li kienet qed tghin f'din ic-ceremonja mbaghad qrat l-ismijiet u dawn resqu lejn il-Ministru biex jircievu c-certifikat tac-cittadinanza. Il-Konslu   Generali   ghal   Malta,  Joanna

 

Uhud mit-33 Maltin li saru cittadini Awstraljani.

Pisani u s-Sindku ta' Fairfield Nick Lallich qassmu rigali ta' pjanti nattivi li kienet parti minn din ic-ceremonja. Wara ndaqq l-Innu Awstraljan.

Saru diskorsi fil-qosor mill-Konslu Generali u s-Sindku ta' Fairfield.

Ghalkemm il-Ministru Gary Hardgrave ma tantx  kellu hin  izda  fil-ftit  mumenti  li

 

dam kellu l-opportunita' li jitkellem ma' hafna Maltin u ha ritratt ta' l-okazzjoni ma' l-Awstraljani godda kollha.

Il-MCC ta' NSW ha din l-opportunita` biex ikellem lill-Ministru dwar il-kaz ta' dawk il-Maltin li kienu mwielda l-Awstralja u tilfu c-cittadinanza Awstraljana meta marru joqghodu lura Malta.

 
 
 Is-sena ta' l-elezzjonijiet
 

 Din is-sena jista' jkollna elezzjoni Federali, jigifieri ma' l-Awstralja kollha. Ghalhekk il-fatt li l-Premier Peter Beattie sejjah elezzjoni Statali fl-iStat ta' Queensland ghas-7 ta' Frar 2004 hija ta' sinifikat tremend fil-qasam politiku. Din id-decizzjoni hasdet anke l-Oppozizzjoni Liberali u l-mexxej Lawrence Springborg. Din l-elezzjoni se tkun ukoll l-ewwel sfida ghall-mexxej gdid Federali ta' l-ALP, Mark Latham li m'hemm ebda dubju li se jkollu parti qawwija f'din l-elezzjoni.

Mhux haga facli li l-koalizzjoni Liberali/National jeghlbu lil ALP f'dan l-istat.   Dan  jindikah  il-qaghda  tal-Partiti

 

fil-Parlament prezenti:

Labor 66 siggu, National 12, Liberal 3, One Nation 2, Indipendenti 6.

Dan ifisser li biex il-Koalizzjoni mmexxija minn Springborg jirbhu l-Gvern jridu jirbhu 30 siggu ohra milli diga` ghandhom. Jekk il-Gvern ta' Beattie jitlef 22 siggu u l-ohrajn kollha jifformaw koalizzjoni, l-Laburisti jistghu jitlfu l-Gvern.

Ta' min jinnota li l-Premier ta' Queensland, Peter Beattie ma kienx appogga l-elezzjoni ta' Mark Latham bhala mexxej fl-isfera Federali.

 

Ghalkemm il-Laburista fil-prezent ghandhom 66 minn 89 siggu fl-Assemblea Legislattiva ta' Queensland, Lawrence Springborg li ghandu 35 sena, wiehed mill-izghar fl-eta' bhala kap ta' partit politiku u ilu biss inqas minn sena f'din il-posizzjoni, jahseb li l-poplu ta' Queensland irid bidla. F'dan l-iStat hemm ukoll il-fattur ta' Pauline Henson u l-One Nation li ghadhom ma habbrux s'jaghmlu.

Ta min ifakkar ukoll li fl-Awstralja ghandha Gvern Federali tal-koalizzjoni Liberali/ National izda f'kull Stat u Territorju ta' l-Awstralja ghandna Gvernijiet Laburisti.

 
 
 Premjijiet ghad-ditta Zammit
 

 Id-ditta Zammit Ham & Bacon Curer li ghandhom in-negozju taghhom f'Pendle Hill NSW ghal darba ohra kaxkru kull premju fil-2003 Sydney Royal Fine Food Show meta rebhu iktar midalji tad-deheb, fidda u bronz minn kull kompetitur iehor. Il-propjetarju ta' din id-ditta, Louis Zammit minn Ghawdex "tal-Patri" qal l-dan huwa unur iehor ghal din il-kumpanija Maltija izda xorta se jkomplu jahdmu u jirsisti biex ikomplu jzommu l-isem tajjeb li ghandhom.

Id-ditta Zammit rebhet kategorij deheb fil-leg ham and shoulder ham, fidda fil-bacon u bronz fil-kategoriji ta' bacon tradizzjonali, fir-roast beef, corned beef u pastrami.

 
 
 
 Minn Melbourne
 

 Tlett prigunieri fil-Melbourne Remand Centre gew akkuzati quddiem il-Qorti tal-Magistrati f'Melbourne li heddew u sawwtu lil backpacker Amerikan, Brian Lee Buchhanan waqt li dan kien fil-bitha ta' l-ezercizzju.

 

It-tliett akkuzati fosthom wiehed b'isem Malti, Kevin Farrugia ta' 25 sena minn Taylor Lakes li qieghed iservi sentenza ta' erba' snin u disa xhur fil-habs ta' Barwon ghandhom jergghu jidhru l-Qorti fil-20 ta' Frar.

 

F'Mejju tas-sena l-ohra, ufficjali tal-habs sabu fic-cella ta' Farrugia, arma tan-nar, mobile phone u siringi meta gew biex johduh ghal habs iktar ta' sigurta'.

 
 

 Il-gazzetta Advocate li tohrog fis-subborgi ta' Melbourne semmiet u fakkret is-success li ghamlu diversi persunaggi u klabbs fis-sena 2003 fosthom lil:

Joanne Falzon, kickboxer minn St Albans, Victoria li f'Gunju rebhet il-world

Simon Gerada - table tennis

 

kickboxing    bantamweight  ,   divizzjoni 55kg meta ghelbet lil Tiana Caverley f'Keilor Basketball Stadium. Ir-ritratt tidher ferhana bic-cintorin ta' World Champion flimkien missierha Sam, ommha Doris u huha Wayne.

Simon Gerada minn Sunshine li kompla bis-successi tieghu fit-table tennis. Gerada rrapprezanta lil Malta ukoll fl-Olimpjadi tal-Pajjizi z-Zghar.

Christ Taylor, il-coach tat-tim tas-soccer tal-Maltin, Sunshine George Cross li rebhu l-kampjonat State League 2 (North West) u ssemma' wkoll Ben Stafrace li rebah il-Player of the Year Award.

Green Gully Cavalliers, it-tim l-iehor tal-Maltin li rebhu l-kampjunat tal-Victoria's Premier League.

 

Joanne Falzon flimkien mal-geneturi taghha,
Sam u Doris u huha Wayne.

 
 

 Ta' l-ahhar: issa tassew tlifna il-boxla, l-SBSTV nhar il-Hadd 18 ta' Jannar 2004 flok urewna segment ta' kull gimgha li suppost jircievu mill-PBS ta' Malta regghu irrepetu l-programm shih tal-gimgha ta' qabel.

 Ittra mpustata mic-Central Mail Room Marsa, Malta fit-28 ta' Ottubru 2003 tasal f'Sydney fit-23 ta' Dicembru 2003, tlett xhur u hamest ijiem wara. Kieku bghatuha b'nghaga bhal ma' hemm NZ kienet tasal qabel.

 
 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivji ta' dawn il-pagni

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.