|
Flus "misruqa" |
| |
|
Ftit qabel
il-Milied gejt infurmat li l-Kummissarju Gholi ghal Malta
fl-Awstralja se jhalli Canberra biex imur Malta ghal btala. Din
kienet il-hames darba li l-K.Gh. kellu l-bzonn li jinzel Malta
kemm ilu li gie l-Awstralja fl-ahhar xhur tas-sena 2002. Bl-ebda
mod m'hu qed nikkritika dawn il-vjaggi izda kull darba li jhalli
postu l-Kummissarju Gholi f'Canberra, l-assistent tieghu jiehu
postu u b'gustizzja jithallas dawk l-allowances li jisthoqqlu
jew jisthoqqilha sa kemm il-persuna tibqa' taghmel il-"higher
duties". Izda mhux dejjem kien hekk.
Fl-1978 meta
Joseph Caruana kien jokkupa l-posizzjoni ta' Acting High
Commissioner ghal erba' snin shah qatt ma gie moghti l-higher
duty allowances li kien jisthoqqlu. Ma ninsewx ukoll li dawk
kienu zmenijiet volatili u ferm difficli meta r-relazzjonijiet
bejn Malta u l-Awstralja kienu f'hofra minhabba ndhil zejjed
minn naha ta' Malta fil-politika interna ta' l-Awstralja.
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040119_JCaruana.jpg |
|
|
Joseph Caruana li
miet f'Canberra f'Ottubru 2003 kien bla dubju wiehed
mill-iktar membri kapaci, effettivi u qaddej fidil
tac-Civil Malti li qatt serva lill-Gvern Malti
fl-Awstralja. Il-kwistjoni tieghu mal-Gvernijiet ta'
Malta mhux qed nikteb dwarha jien biss izda nkitbu
hafna artikli qabel specjalment f'The Times.
|
|
|
|
Meta fl-1996 kien
Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta' l-Affarijiet
Barranin, Victor Camilleri kien sar dibattitu shun
f'The Times bejnu u bejn Dr Paul Pullicino, li kien
ukoll serva Canberra bhal Deputat Kummissarju Gholi.
Tant hu hekk li Dr Pullicino akkuza lill-Ministeru
li fil-fatt xi ufficjali gew "misruqa" ghax ma
thallsux il-pagamenti li kien haqqhom bhala "acting
allowance" waqt li kien hemm ohrajn, forsi xi ftit
iktar tal-qalba, li baqghu jircievu dawn
l-allowances.
Il-Gvern
Laburista ta' dak iz-zmien u l-Gvernijiet
Nazzjonalista li gew wara qatt ma riedu jafu
x'gustizzja jimmerita dan il-kaz. Mhux hekk biss,
izda rrangaw ir-regulamenti, attwawhom b'mod
restrospettiv biex barra li jghattu l-hnizrijiet li
wettqu jkomplu jinhbew wara regulamenti vagi biex
icahdu d-drittijiet ta' dawk li hadmu u stinkaw u
fuq kollox irrapprezentaw lin-Nazzjon Malti
b'dinjita' kbira barra minn Malta. |
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
Minn South
Australia |
| |
|
Ghall-ewwel
darba fost il-komunita' Maltija ta' South Australia, giet
imtella' wirja tal-presepji u oggetti ohra bhal pasturi u
bambini antiki. Din il-wirja giet organizzata mill-Maltese
Chaplaincy Festival Group u kienet success kbir. Kien hemm
hafna presepji ghal wirja u laqtghu l-ghajn ukoll dawk il-presepji
li nhadmu mit-tfal. Fost il-presepji antiki kien hemm dawk
li xi familji Maltin li kienu gabu maghhom minn Malta. Skond
kelliem mill-organizzaturi din il-wirja kienet immirata biex
tidhol fost il-familji id-drawwa tal-presepju.
Il-wirja
bdiet b'quddiesa minn Fr Gabriel Micallef OFM li jiehu hsieb
il-parrocca ta' Kristu Re ta' Lockleys, fost hafna ghanjiet
tal-Milied. Kien hemm ukoll il-purcissjoni tradizzjonali
bil-Bambin Gesu u Fr Gabriel bierek il-wirja. Kien hemm
ukoll riceviment u ghamel dehra wkoll Father Christmas
iqassam il-helu lit-tfal.
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040119_Presepju.jpg |
|
|
|
|
|
|
| |
|
Zomm il-boghod mid-delfini |
| |
|
Jason
Farrugia ta' 30 sena minn Werribee hdejn Melbourne kien l-ewwel
persuna li giet immultat f'Melbourne wara li nstab hati li
ddisturba lid-delfini li hemm f'Port Philip Bay. Dawn t-80
delfin huma protetti b'ligi stretta. Jason Farrugia stqarr li
fil-fatt huwa innocentament u minghajr ma kien jaf b'dawn il-ligijiet
beda jifrah u jiehu r-ritratti tal-delfini hdejn id-dghajsa
tieghu. Huwa ammetta li jhobb hafna l-annimali u dilettant ferm
tas-sajd.
L-incident sehh meta, flimkien mal-kelb |
|
|
tieghu
Bullwinkle (ara ritratt) hareg jistad u d-delfini bdew
jaqbzu madwar id-dghajsa. Huwa ma kienx jaf li kien hemm
ristrizzjoni li ried izomm 200 metri boghod mid-delfini
meta jkunu flimkien. Meta ftit wara u l-boghod mid-delfini
kien qed jistad gew fuqu l-Water Police. Jason jghid li
huwa konxju tar-regoli tas-sajd u dejjem jobdi l-ligijiet
izda qatt ma bassar li ghax kien qieghed jilghab mal-delfini
kien se jigi mmultat. Fil-Qorti quddiem il-Magistrat
Terry Wilson, il-prosekutur qal li Farrugia beda jigri
wara d-delfini bil-motor-boat
tieghu u
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040119_JasonF.jpg |
il-possibilita' li jistghu jsofru xi hsara. Il-Magistrat
wahhlu $1500 u $136 spejjez izda
without convicting him. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Luna Park, just for Fun |
| |
|
Ahna
li noqoghdu fl-inhawi tal-belt sabieha ta' Sydney niftakru
fi tfulitna, specjalment meta konna ghadna godda f'din
il-belt, kemm konna naqsmu l-Harbour Bridge u mmorru sa Luna
Park, post ta' divertiment izda wisq izjed sorgut f'wahda
mill-ahjar postijiet ta' Sydney kwazi taht l-arkati tal-pont.
Hdejh hemm ukoll pixxina pubblika. Luna Park ta' Sydney
infetah fl-1935 izda f'dawn l-ahhar snin kellu hafna
problemi. Ghadd ta' sinjuri u nies ta' influwenza li
joqghodu vicin f'Milsons Point bdew joggezzjonaw minhabba l-hsejjes
u specjalment il-Big
Dipper.
L-oggezzjonijiet taghhom
tant kienu |
|
|
|
orkestrati tajjeb li fl-1996 Luna Park kellu jaghlaq. Izda
issa wara li l-operaturi l-godda nefqu $100 miljun biex
jaghtuh dehra gdida u l-Big Dipper spicca f'Dream World
fil-Gold Coast QLD. Luna Park li bhala bieb principali
ghandu halq kbir se jerga' jiftah.
Is-sala
taz-zfin Crystal Palace li hija mharsa bhala
heritage listed
gie rrangat u se ssir sala ghall-funzjonijiet waqt li Coney
Island ukoll inzammet u flok il-Big Dipper se jkun hemm
Cirklu permanenti taht tinda enormi li tesa' 2000 persuna
Iva, Luna Park ta' Sydney tfakkarni f'hafna memorji ta'
zghoziti. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040119_LunaPark.jpg |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
It-talent Malti fl-Awstralja |
|
|
|
Il-gimgha l-ohra
semmejna l-kuncert kolossali li jsir kull sena Carols by
Candlelights" fil-gonna tad-Domain fil-qalba tal-belt ta'
Sydney. Kien hemm prezenti 100,000 persuna u miljuni ohra raw
il-kuncert dirett fuq il-Kanal 7 ma' l-Awstralja kollha. Izda
zgur li ahna l-Maltin konna l-iktar nies kburin b'dan
il-kuncert. Kien hemm il-Beethoven Choir li fih jiehdu sehem
hafna Maltin. Ic-ckejkna Malta taghna li taghmel tant sforzi u
tonfoq tant flus biex tiehu parti f'Festivals ta' kant
fl-Ewropa, rregalat ukoll lil dan il-kuncert bi tlett atti
principali ta' nisel Malti. Dawn kienu:
Amelia Farrugia,
wahda mill-aqwa sopranos fl-Awstralja (Missierha Malti) Sharon u
Christine Muscat, li jkantaw that l-isem ta' Sisters 2, zewgt
tfajliet ta' fama mondjali (ommhom u missierhom Maltin) u Troy
Cassar-Daley, wiehed mill-aqwa kantanti stil Country
fl-Awstralja (missieru Malti).
Ghalhekk ma
nistax ma nuriex kemm ahna kburin bit-talent Malti
fl-Awstralja. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040119_carols.jpg |
|
|
Dawn huma tlieta minn ghadd mhux hazin ta' successi
fl-Awstralja kemm fil-qasam ta' l-ispettaklu, negozju,
sports u religjon.
Irnexxili
nakkwista ritratt ta' l-okazzjoni |
|
fejn
jidhru l-kantanti specjali ma' xi Maltin li hadu sehem
fil-kor. Jidhru mix-xellug: Amelia Farrugia, Sharon u
Christine Muscat, Nancy Serge, Fred Fenech, Paul Galea,
Maria Schembri u Troy Cassar-Daley. |
|
|
|
|
|
|
|