It-Tnejn, 12 ta' Jannar, 2004     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Il-festi tas-sajf
 

 Meta niktbu minn dawn in-nahat tad-dinja dwar il-festi tal-Milied, ta' l-ahhar u l-ewwel ta' sena, niffukaw ferm dwar id-differenza kbira fl-istaguni li tezisti bejn Malta, l-pajjiz fejn twelidna u l-Awstralja, l-pajjiz li addottjajna bhala t-tieni pajjiz taghna. Ahna l-Maltin twelidna u trabbejna bil-Milied fl-eqqel tax-xitwa. Nafu li meta tasal l-ahhar tas-sena u meta tibda tittawwal sena gdida quddiemna, dan ikun zmien ta' bard u kesha li xxoqq il-ghadam.
 
Meta fil-hamsinijiet, il-Gvernijiet u l-Knisja hajjruna biex infittxu pajjiz iehor fejn inkunu nistghu nakkwistaw xoghol u futur ahjar, zgur li qatt ma ghaddilna mir-rasna li mhux talli se nhallu l-gheziz taghna u dak kollu li huwa Malti izda li fejn konna sejrin kienu jiffestiggjaw il-Milied u s-Sena l-Gdida fl-eqqel tas-sajf.
 
Mhux xi haga li tidhra f'hakka t'ghajn. Barra li hemm differenzi kbar fl-istaguni izda   t-tradizzjonijiet   Inglizi   fl-Awstralja

 

Grupp ta' Maltin jiccellebraw l-ewwel tas-Sena 2004. Mix-xellug Victor Grech, Anna Fabri, Charles u Helga Micallef, Lawrence u Marlene Dimech, Marlene Grech, Mary u Alfred Camilleri.

 

baqghu marbutin sewwa ma kif jipprogettaw il-Milied dawk li gew qabilna mill-Ingilterra, mill-Irlanda ecc. Min jaf Father Christmas kemm jeghreq bis-shana    tal-baffi    u    l-libsa    hamra xitwija izda xorta jpinguh irid jinzel mic-cumnija. Almenu fis-sajf din ma tkunx tixwi bin-nar izda taqli bis-shana.

 

Il-festi fis-sajf igibu maghhom attivitajiet fuq barra. L-iktar impressjonanti huma l-carols by candlelight li jsiru ma l-Awstralja kollha u sintendi l-ahhar u l-ewwel tas-sena jigu ccelebrati fuq il-beaches. L-ikbar spettaklu huwa dak li l-Belt ta' Sydney torganizza  fil-port fejn  iktar  minn  miljun

 

persuna   jimlew   kull   post   vantaggjuz max-xtajtiet u l-gonna biswiet tal-port biex ikunu xhieda ta' wirja varjata fuq il-bahar minn ingenji tal-bahar kollha mlibsin il-libsa tal-festa u lluminati minn dawl ta' kull kulur.

Ikun hemm ukoll zewg avvenimenti spettakulari ta' loghob tan-nar, l-ewwel wiehed fid-9 pm ghat-tfal u mbaghad hekk kif idoqq nofs il-lejl ta' bejn is-sena l-qadima u l-gdida, Sydney tizbroffa f'musketterija, murtali u kull forma ta' loghob tan-nar iehor li jispiccaw b'iktar nar mill-arkati tal-famuz Harbour Bridge. Dan l-ispettaklu sar maghruf mad-dinja kollha ghas-sbuhija tieghu meta jigi pparagunat ma' celebrazzjonijiet simili li jsiru fi bliet kapitali kbar ohra bhal New York, Londra, Parigi, Tokyo u ohrajn.

  
 
 Ic-cittadinanza u l-Gvern Awstraljan
 

 Ili hafna zmien nammira x-xoghol u d-determinazzjoni tas-Southern Cross Group li jopera minn Brussell. Dan il-grupp qieghed jithabat biex il-Gvern Awstraljan ikun iktar hanin u gust ma' dawk li tilfu c-cittadinanza taghhom meta kienu ghadhom zghar minghajr ma tant kellhom parti fid-decizzjoni. Ftit tas-snin ilu, il-ligijiet tac-cittadinanza ta' Malta kienu ferm rigidi u anke kkomplikati. Ma kienx jista' jkollok cittadinanza doppja. Kien hemm regola li tghid li tfal ta' geneturi Maltin li jitwieldu barra minn Malta kienu maghrufa biss bhala cittadini sa l-eta` ta' 18-il sena. Jekk sa l-eta` ta' 19-il sena ma jirrinunzjawx ic-cittadinanza ta' fejn twieldu, awtomatikament jitilfu l-Maltija.

Kienu hafna dawk il-Maltin li nizlu Malta mill-Awstralja bit-tfal zghar maghhom li kienu cittadini Awstraljani ghax twieldu l-Awstralja. F'Malta kellhom   allura    jwarrbu    l-Awstraljana

 

biex ikunu jistghu jedukaw rwiehhom, jahdmu u jircievu s-servizz socjali. Huwa kkalkulat li hemm madwar 2,000 Malti li ghaddew minn din l-esperjenza qarsa. Maltin li twieldu l-Awstralja izda li kellhom minhabba necessita' jwarrbu c-cittadinanza Awstraljana bejn is-snin 1964 sal-2000.

Fl-2000 Malta hallet il-ktajjen (mhux kollha) li kienu jxekkluna biex nakkwistaw cittadinanza doppja izda dawn it-talin xorta baqghu mcahda mic-cittadinanza Awstraljana. Il-Gvern Awstralja s-sena l-ohra wkoll resaq pass 'l quddiem u offra cittadinanza doppja sa l-eta' ta' 25 sena.

Dan il-Grupp bl-ghajnuna tal-komunita' Maltija fl-Awstralja qeghdin ikomplu bil-kampanja biex anke l-Gvern Awstraljan iwarrab kull xkiel u jnehhi l-hafna burokrazija zejda biex dawk il-madwar  2000 Maltin-Awstraljani

 

jkunu jistghu jakkwistaw lura c-cittadinanza Awstraljana mill-gdid u b'hekk ikunu jistghu jgawdu cittadianza doppja.

F'telefonata minn Brussell, Anne MacGregor, il-ko-fundatur tas-Southern Cross Group (for Australian Diaspora) talbitni biex naghti pubblicita' li din il-kawza gusta u nfakkar li fil-prezent ghaddejja, Australian Senate Inquiry into Australian Expatriates u min irid iressaq submissions jista' jaghmel dan sas-27 ta' Frar 2004. Il-Grupp jixtieq ukoll jikkuntatja Maltin-Awstraljani li tilfu c-cittadinanza Awstraljana fil-perjodu ta' bejn 1946 sal-2000.
 
F'Malta tistghu tikkuntattjaw lil Norman Bonello fuq 7946 8329 jew norman.bonello@mail.global.net.mt jew jekk trid cemplu li Ms MacGregor fuq 32 2 5050 266 jew fax 32 2 5050 260 anne@southern-cross-group.org

 
 
 It-taghlim tal-Malti f'NSW
 

 Minn din il-pagna spiss nikteb dwar l-iskola tat-taghlim tal-lingwa Maltija u kultura f'NSW ghax inhoss li huwa dmir ta' kull Malti, kemm jekk jghix f'Malta u kemm jekk jinsab emigrat, biex izomm hajja l-kultura Maltija specjalment illum meta pajjizna se jsir parti minn blokk massiv u fejn il-lingwa taghna ma tibqax iktar ta' beneficcju ghalina. Qabel ma hargu ghal btala sajfija kelli x-xorti li nitla' Horsley Park fejn isiru l-klassijiet tal-Malti ta' kull eta'. Sar is-soltu party ta' l-ahhar u kull student/a gew moghtija certifikat ta' attendenza mill-principal ta' l-iskola, Lucy Calleja MA. Barra dawn il-klassijiet, il-Maltese Language School ghandha klassijiet ohra fi Blackotwn, Richmond u Greystanes. Irnexxili wkoll nakkwista ritratt ta' xi whud mill-istudenti li kienu prezenti ghall-ahhar gurnata, kollha ferhanin li spiccaw is-sena 2003 u lesti biex ikomplu jistudjaw ghas-sena 2004.

 
 
 
 
 
 
 
 Ir-Repubblika u l-Awstralja
 

 Fis-sena 1999, fl-Awstralja kellna referendum dwar ir-Repubblika izda l-element konservattiva f'dan il-pajjiz dawwar id-dibattitu fuq il-mod kif ghandna nelegu l-ewwel President u dahhal hafna dubji u biza' bla bzonn. Kien hemm 45% li riedu jinfatmu ghal kollox mill-Great Britain, ma riedux jibqghu taht Kap ta' Stat Ingliz li toqghod eluf ta' mili boghod f'Palazz f'Londra. Izda   55%   ma    qablux     u    ghalhekk 

 

bqajna ankrati mar-Regina u mar-rapprezentati taghha li ma ghandhom l-ebda relevanza ghall-Awstralja tal-lum. Imbghad kellna Arcisqof bhala Gvernatur Generali anke jekk ir-Religjon u l-Istat qatt ma ghandhom jithalltu. Finalment dan l-eks-Arcisqof kellu jwarrab ukoll minhabba allegazzjonijiet serji ta' petofilja fid-djocesi tieghu meta kien Arcisqof fi Brisabne.

 

Skond stharrig ricenti minn NewsPoll rega' hemm xaqliba lejn u favur ir-Repubblika. 57% jridu opportunita' ohra biex jistudjaw mill-gdid il-kostituzzjoni ta' l-Awstralja u l-appogg lejn Repubblika.

L-istharrig juri wkoll li l-Awstraljani huma kontra li t-tfal tar-refugjati ghandhom jinzammu maqfulin bhal habsin ghal hafna snin.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivji ta' dawn il-pagni

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.