|
Fl-Istat
ta' Western Australia ghandna komunita zghir ta' 1,010 persuna (imwielda
Malta) izda attiva ferm. Mill-belt kapitali Perth ghal belt
kapitali ta' NSW hemm madwar 4,000 km boghod; ghalhekk nifirhu
ferm meta xi Maltin minn dawk in-nahat jigu jarawna f'Sydney.
Dan l-ahhar kellna ghal ftit jiem lil Reno Aquilina, persuna
ferm prominenti li ilu assoccjat mal-Maltese Assocation ta' WA
ghal hafna snin. Kien serva wkoll bhala Vici President ghal 8
snin, membru tal-Maltese Professional & Business Association u
midhla wkoll mal-programmi tar-radju. Reno li joqghod
f'Beachboro ghandu 72 sena u dan l-ahhar sahhtu ma ghandhiex
fl-aqwa taghha. Imwieled ir-Rabat Malta u ilu l-Awstralja 35
sena. Martu Censina mietet fl-1988 u kellhom hamest subien.
Il-hbieb ta' Reno u membri tal-Maltese Community Council ta' NSW
iltaqghu mieghu f'ikla ta' hbieb fl-Eagles Nest, ir-resturant
popolari tal-Melita Eagles FC. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
040105_RenoWA.jpg |
|
|
Xi whud minn dawk li attendew ghall-ikla:
Bil-wieqfa mix-xellug: L. Dimech, Jessie Mifsud, L. Vella,
G. Bartolo.
Quddiem mix-xellug: V. Buttigieg, C. Mifsud, Reno Aquilina u
S. Vella. |
|