| Il-Milied
fis-shana |
| |
|
|
|
|
|
|
| |
|
Eccellenza fit-taghlim |
| |
|
Ma
hemm l-ebda dubju li biex tkun kapaci tghallem fl-iskejjel
trid mhux biss tkun ikkwalifikat izda fuq kollox iddedikat
ghal din il-professjoni tant mehtiega. Kif dejjem nghidu
minn din il-pagna, huma hafna dawk il-Maltin li jibbrillaw
fil-qasam taghhom, mhux ma' djul ommhom biss izda f'pajjizi
barranin. Wahda minn dawk li ricentament giet mghotija
gharfien fis-sistema ta' l-Edukazzjoni Kattolika ta'
|
 |
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
Premju iehor f'Wollongong |
| |
|
Blokk
ta' appartamenti ftit il-boghod mic-centru tal-belt ta'
Wollongong NSW rega' rebah premju iehor din id-darba l-2003
Integral Energy Illawarra Business Award. Dawn l-appartament li
jinstabu f'Kembla Street mibnija mid-ditta ta' Tony Gauci u ohtu
Carmen Rudd jipprovdu l-ahjar akkomodazzjoni u servizzi
ghat-turisti fir-regjun ta' l-Illawarra. Il-blokk ta'
appartamenti li nbena fl-2000 huwa gholi tlett sulari u fih
jigbor 21 appartament b'kamra tas-sodda wahda jew tnejn.
Is-sena l-ohra rebhu wkoll premju bhala l-ahjar fil-kategorija
ta' Hotels u Motels fil-klassi ta' erba stillel u nofs. Il-gurija
kienu impressjonati ferm bil-mod kif jigu amministrati dawn
is-service flats. Gie innutat ukoll li l-impjegati jircievu
t-tahrig taghhom billi jattendu kors tat-TAFE. |
|
 |
|
Ir-ritratt juri lil l-ahwa Gauci, Tony u Carmen juru l-premjijiet
li gew mghotija |
|
|
| |
|
|
|
|
| |
|
The
Maltese Herald |
|
Bhal ma naghmlu kull gimgha, qed ingibulkom l-editorjali ta'
The Maltese Herald,
il-gazzetta nazzjonali ghall-Maltin li tohrog fl-Awstralja. |
|
L-ahhar harga tas-sena 2003 |
|
Kif
naghmlu kull sena f'dawn iz-zmenijiet ahna wkoll niedu l-mistrieh
taghna ghal ftit gimghat kif jaghmlu hafna f'dan il-pajjiz.
Ghalhekk din hija l-ahhar harga ta' din is-sena sa kemm
nergghu nibdew sena gdida bl-ewwel harga fis-6 ta' Jannar
2004.
Meta nharsu lura lejn is-sena 2003 naraw hafna shab iswed.
Izda bhall-ishab tal-hajja dan ghadda wkoll. Ghalkemm xorta
rridu nkomplu nillottjaw mal-futur li ftit jidher sabieh
izda fl-istess hin joffrilna sfida ohra.
Wara kollox, l-ebda sena mill-44 wahda li ilna maghkom ma
kienu xi xalata. Dejjem kellna neghlbu kull xorta ta' saram
izda sena wara sena, skala wara skala, tlajna s-sellum, minn
fejn dejjem ghamilna l-almu taghna kollu biex inservu
lill-komunita' Maltija f'kull rokna ta' l-Awstralja.
Wara 43 sena ta' pubblikazzjoni kontinwa xorta ghad hawn min
donnu ma jridx jammetti li fl-Awstralja ghandna gazzetta
nazzjonali mill-emigranti ghall-emigranti. Niftakru li
n-naha taghna damet sas-snin sebghin biex tat gharfien
ufficjali lic-Cina, pajjiz b'popolazzjoni ta' iktar minn 800
miljun.
Is-sena 2003 gabet maghha mumenti kbar ta' niket specjalment
bil-mewt ta' Barbara Vella, wahda mill-kolonni li fuqha
nbniet u zviluppat din il-gazzetta. Is-snin li gejjin se
jkunu kollha ddedikati lil din il-mara ta' natura ferrieha,
mara li habbet il-hajja u li kellha determinazzjoni ta' l-azzar.
The Maltese Herald mhix xi gazzetta mmexxija minn xi palazz
jew minn xi stamperija politika. Hija gazzetta tal-komunita'
fejn dejjem fittxet il-participazzjoni ta' kulhadd. Gazzetta
li sabet ghajnuna kbira mill-voluntarjat. Gazzetta li fethet
il-kolonni taghha lil kulhadd. Dawk li jikkritikawna ghal xi
nuqqas jew iehor, dawk li jhossu li huma xi difensuri ta'
ahbarijiet bilancjati huma l-istess nies li qed jonqsu u
jxekklu lill-komunita' ghax il-kolonni taghna huma miftuha
kemm ghan-naha u kemm ghal ohra. Ghalhekk mhux ahna qed
nonqsukom izda dawk li ma jafux isarfu l-ilmenti taghhom
f'azzjoni.
F'din l-ahhar harga tas-sena nixtiequ nirringrazzja
sincerament, l-ewwel lil dawk li jirriklamaw maghna ghax
dawn huma l-kolonni tal-gazzetta. Lil dawk li joffru
l-ghajnuna taghhom kontinwament biex jghinuna
fil-produzzjoni. Lill-korrispondenti taghna kemm
fl-Awstralja u anke f'Malta, ghadna min ilu maghna mill-bidu
tal-gazzetta, lill-qarrejja li gimgha wara gimgha jixtru u
jaqraw dak li npoggulhom fil-pagni. Dawk l-istess qarrejja
li wkoll hafna minnhom ilhom maghna kemm ilha tohrog
il-gazzetta.
Lill-impjegati fl-ufficju, tim zghir izda dedikat ferm fejn
bla dubju tispikka Rita Kassas li giet mghobija b'hafna
responsabilita' f'zmenijiet difficli li ghaddejna minnhom
f'dawn l-ahhar tlett snin.
Lil dawn kollha minghajr distinzjoni nirringrazzjawhom
sincerament ghax dawn qasmu u qeghdin jaqsmu maghna kull
pass, kull skoss, kull ferha li tghaddi minn fuq rasna.
Grazzi minn qiegh qalbna. Nafu li se tkunu maghna sena ohra
meta nkomplu din il-missjoni taghna.
Fl-ahhar, id-direzzjoni ta' The Maltese Herald tixtieq lil
kulhadd fl-Awstralja, Malta u kull fejn tinqara TMH, Milied
qaddis u sena mimlija paci u risq. |
|
|
|
|
|
|
|